Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18705 u jindika n-numru ta’ persuni f’pajjiżna, li fil-preżent qed jingħataw għajnuna għaliex huma dipendenti mid-droga?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li dan il-Ministeru jista’ jitkellem biss dwar il-persuni li jieħdu l-għajnuna mill-Aġenzija SEDQA fi ħdan il-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS).
F’dan il-kuntest, it-tagħrif mitlub minnhu huwa kif jidher fit-tabella t’hawn taħt.
Każijiet Attivi
Individwi Attivi
Substance Misuse In-Patient Detoxification Unit (SMIPU)
Dar l-Impenn
2
2
Kommunità Santa Marija
(KSM – Ċentru Residenzjali ta’ Rijabilitazzjoni)
23
23
Addictions Community Service
470
470
Minbarra dawn is-servzzi, wieħed irid iżid is-Substance Misuse Out-Patient Detoxification Unit (SMOPU) jew id-DETOX kif inhuwa aħjar magħruf; fejn kuljum jattendu medja ta’ 750 persuna sabiex jieħdu d-doża tagħhom tal-mediċina methadone f’ dak li huwa essenzjalment opiate substitution treatment li huwa intiż sabiex iservi bħala servizz ta’ harm reduction.
Jista’ l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex il-vetturi li jkunu meħtieġa jidħlu f’Triq Ta’ Sriedaq, li hi Żona Industrijali fil-Mosta, ikunu jistgħu jidħlu one-way bil-kuntrarju ta’ dak li hija s-sistema one-way fil-preżent? Dan ifisser li l-vetturi jidħlu min-naħa ta’ Triq San Pawl tal-Qlejgħa u joħorġu lejn in-naħa ta’ Triq Durumblat?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li Triq ta’ Sriedek saret f’direzzjoni waħda bi ħruġ lejn San Pawl tal-Qlejja minħabba li hemm nuqqas ta’ viżibilita’ f’salib it-toroq man-naħa tan-nofs in-nhar ta’ Triq il-Kunċizzjoni. Ukoll il-manuvra li vetturi ġejjin minn Buqana fi Triq San Pawl tal-Qlejja jiksru għal Triq ta’ Sriedek tirrikjedi li tali vetturi jaqsmu l-karreġġjata f’liwja tat-triq u għaldaqstant m’hemmx distanza adekwata ta’ viżibilita’ biex tali manuvra ssir b’mod sigur. Tali arranġamenti tat-traffiku saru b’konsultazzjoni u bi qbil mal-Kunsill Lokali tal-Mosta u ġiet approvata mit-Traffic Management Committee ta’ Transport Malta.
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — tenders/direct orders lill-kumpanija
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18209, jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa' taħtu tawx tender jew direct order lil kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-2013 sissa? Jekk iva, jista' jagħti l-informazzjoni sena b’sena?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li l-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali ma ta l-ebda tip ta’ tender jew direct order lill-kumpanija msemmijja.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18210, jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa' taħtu tawx tender jew direct order lil kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-2013 sissa? Jekk iva, jista' jagħti l-informazzjoni sena b’sena?
Response (REFALO, ANTON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Ministeru li tiegħu jien responsabbli flimkien ma’ l-entitajiet rispettivi, ma taw l-ebda tender jew direct order lil din il-kumpanija partikolari mill-2013 s’issa.
Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kemm kienet ir-rata tat-twelid u r-rata ta' mwiet f'dawn l-aħħar għaxar snin, mogħtija sena b'sena?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Ministeru għall-Ekonomija u l-Industrija — tender/direct orders lill-kumpanija
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18211, jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa' taħtu tawx tender jew direct order lil kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-2013 sissa? Jekk iva, jista' jagħti l-informazzjoni sena b’sena?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-taghrif ghadu qed jingabar u t-twegiba tinghata f’seduta ohra.
Ministeru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza — tender/direct order lill-kumpanija
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18212, jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa' taħtu tawx tender jew direct order lil kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-2013 sissa? Jekk iva, jista' jagħti l-informazzjoni sena b’sena?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninsab infurmat li mill-2013 sad-19 ta’ Frar 2021 l-ebda entita’ jew departiment li jagħmel parti mid-dekasteru tiegħi ma ta tender jew direct order lil kumpanija li d-dettalji dwarha ingħataw separatament
Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar — tender/direct order lill-kumpanija
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18205, jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa' taħtu tawx tender jew direct order lil kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-2013 sissa? Jekk iva, jista' jagħti l-informazzjoni sena b’sena?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, mill-2013 sal-lum, il-Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar u l-entitajiet li jaqgħu taħtu ma taw l-ebda tender jew direct order lill-kumpanija li d-dettalji dwarha ngħataw separatement u għaldaqstant ir-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari hija nil.
Ministeru għal Għawdex — tender/direct order lill-kumpanija
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18202, jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa' taħtu tawx tender jew direct order lil kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-2013 sissa? Jekk iva, jista' jagħti l-informazzjoni sena b’sena?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-2013 sal-lum, il-Ministeru għal Għawdex u l-Entitajiet li jaqew fi ħdanu ma tawx tender jew direct order lill-kumpanija li d-dettalji dwarha ngħataw separatament.
Jista’ l-Ministru jgħid x'qed jiġi ppjanat biex jiġi assigurat li Forti Salvatur u l-Bieb tal-Kalkara jiġu lura f'idejn il-Gvern, u b’hekk jiġi żgurat li jiġu restawrati bil-possibbilità li jitgawdew mill-pubbliku?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li l-Forti hu proprjetá privata, u għaldaqstant ir-restawr tiegħu ma jaqax taħt ir-responsabbiltá tal-Gvern.
Madanakollu s-Sovrintendenza għall-Patrimonju Kulturali tibqa tilqa talbiet sabiex kull tip ta' propjeta skedata tiġi rrestawrata u tinfetaħ biex titgawda mill-pubbliku.
Tista’ l-Ministru tgħid fiex wasal ix-xogħol biex it-tankijiet taż-żejt li hemm fir-Rinella, l-Kalkara, jiġu mbattla u jitneħħew?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tankijiet taż-żejt msemmija ma jaqgħux taħt ir-responsabbilta tal-Ministeru tiegħi peress li huma propjeta ta’ kumpanija privata.
Tista’ l-Ministru tagħti iżjed informazzjoni dwar l-użu ta' Villa Portelli, il-Kalkara? Tista’ tgħid ukoll jekk hux ser tibqa għall-użu tal-MCAST u jekk iva hux ser isir restawr ta' din il-Villa prestiġjuża?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li dwar Villa Portelli qed isiru diskussjonijiet bejn l-MCAST u l-Ministeru għall-Edukazzjoni dwar l-aħjar użu għat-taħriġ u l-edukazzjoni, u niżguraw li l-binja tkun aċċessibbli għal persuni b’diżabilità.
Ħaż-Żebbuġ – Triq il-Fraxxunu – twessiegħ ta’ triq
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni għaliex tkisser ġnien fi Triq il-Fraxxunu Ħaż-Żebbuġ u għaliex kien hemm il-bżonn li titwessa’ triq residenzjali? Jista’ jgħid għaliex il-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żebbuġ ma kienx ikkonsultat dwar dan ix-xogħol? Jista’ jgħid ukoll kienx jaf li l-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żebbuġ kien irtira l-applikazzjoni għall-xogħlijiet f’din it-triq?
Response (BORG, IAN)
Fl-2020, Infrastructure Malta bniet mill-ġdid mal-155 triq residenzjali madwar Malta, jiġifieri medja ta’ tliet toroq kull ġimgħa. B’hekk, minn meta lejn l-aħħar ta’ Jannar tal-2019 tat bidu għall-programm t’investiment ta’ €700 miljun biex ittejjeb il-kwalità tat-toroq residenzjali fil-pajji¿, l-aġenzija bniet mill-ġdid mal-285 triq residenzjali biex eluf ta’ familji li joqogħdu f’dawn it-toroq qegħdin igawdu minn ambjent aħjar barra minn djarhom. Bħalissa għaddejjin xogħlijiet f’madwar 50 triq residenzjali oħra.
Fl-istess ħin, Infrastructure Malta qed taħdem mill-qrib mal-kunsilli lokali biex tappoġġjahom fl-iżvilupp u l-manutenzjoni tal-infrastruttura pubblika, inkluż toroq lokali. Il-ġimgħa li għaddiet, l-aġenzija bdiet xogħlijiet fi Triq il-Fraxxnu, triq twila 70 metru ħdejn il-qasam tad-djar f’Ħaż-Żebbuġ. Residenti li jgħixu fl-inħawi kien ilhom jitolbu lill-awtoritajiet biex jitjieb l-aċċess f’din it-triq sa minn qabel l-2014, minħabba li t-triq qatt ma kienet ġiet iffurmata kompletament skont il-wisgħa proprju tagħha. Fil-fatt, parti minn din it-triq tidjieq b’mod sinifikanti, u tikkawża diffikultajiet lir-residenti li għandhom garaxxijiet fl-istess triq. Meta twaqqfet Infrastructure Malta fl-2018, il-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żebbuġ kien talab l-assistenza biex isiru x-xogħlijiet neċessarji biex din it-triq tkun aktar aċċessibbli għar-residenti li jgħixu fiha.
Ix-xogħlijiet jinkludu twessigħ żgħir ta’ bejn metru u 1.6 metri tul medda ta’ 40 metru mit-triq, biex l-ispazju tat-triq jiżdied b’madwar 50 metru kwadru. Oriġinarjament, ir-residenti u l-kunsill lokali riedu li t-triq titwessa’ aktar, iżda Infrastructure Malta se tkun qed tu¿a biss nofs l-art allokata għal dan il-għan, biex tagħmilha aktar aċċessibbli għar-residenti filwaqt li timminimizza l-impatt fuq iż-żona biswit, li tintu¿a minn uħud mir-residenti bħala ġnien privat. Il-bqija taż-żona tista’ tibqa’ tintuża bħala ġnien. Għalhekk mhux veru li Infrastructure Malta kissret jew qed tkisser xi ġnien kif ġie allegat.
Infrastructure Malta se tkun qed ittejjeb ukoll il-bankini fuq in-naħa l-oħra tat-triq, qabel ma tiksi l-istess triq b’wiċċ ġdid bl-asfalt.
It-twessigħ ta’ din it-triq qed isir fuq art tal-gvern li mhix mikrija lill-okkupanti attwali tagħha għall-użu ta’ ġnien privat, peress li fil-passat ġiet allokata għall-kostruzzjoni sħiħa tat-triq. Infrastructure Malta kisbet il-permessi meħtieġa mill-Awtorità tat-Trasport għax-xogħlijiet li qegħdin isiru.
Infrastructure Malta hija wkoll infurmata li l-ħajt u kamra żgħira li kien hemm fuq din l-art pubblika u li tneħħew l-Erbgħa filgħodu bħala parti mix-xogħlijiet, kienu inbnew illegalment. Wara li kien inħareġ avviż ta’ infurzar, saret applikazzjoni lill-Awtorità tal-Ippjanar għal dan il-ħajt mill-okkupant ta’ din l-art pubblika, liema applikazzjoni ġiet rifjutata fl-1996. Appell kontra dan ir-rifjut ukoll kien ġie miċħud.
Infrastructure Malta se tibni l-ħajt f’għoli aktar baxx, kif permess bil-liġi, biex tassigura li ż-żona tal-ġnien biswit tista’ titgawda bħala spazju pubbliku u mhux aktar bħala ġnien privat. Fl-istess waqt il-kamra żgħira llegali li kien hemm mhux ser terġa’ tinbena.
Is-siġar li hemm fiż-żona mhux se jintmissu u għalhekk l-ebda siġra m’hi se tinqala’ minħabba dan ix-xogħol.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk hux minnu li operaturi ta’ childcare centres ġodda mhux jitħallew jipparteċipaw fl-iskemi ta’ sussidju li ngħatat lil childcare centres e¿istenti? X’inhi r-raġuni? Tista’ tgħid taħsibx li hu inġust li hemm min investa l-flus u ilu għaddej sena bil-proċess ta’ permessi biex fl-aħħar mument jgħidulu li l-iskema magħluqa? X’inhuma l-benefiċċji li qed jitilfu dawn l-operturi u li l-oħrajn qed igawdu? Meta se terġa’ tiftaħ l-iskema? X’inhi r-raġuni li l-proċess ta’ childcare ġdid għadu jitlaq minn JobsPlus u mhux mill-Ministeru għall-Edukazzjoni? Ma taħsibx il-Ministru li dan inaqqas mill-funzjoni edukattiva li għandhom ikollhom dawn iċ-childcare centers?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċess ta’ reġistrazzjoni ta’ Childcare ġdid, biex jiġi żgurat li jkun hemm l-istandards neċessarji, jaqa’ taħt id-Direttorat għall-Kwalità u Standards fl-Edukazzjoni (DKSE) fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni.
Għall-kumplament tal-mistoqsija, nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għall-Ministeru konċernat.
Ir-Rabat Għawdex — kiri ta' postijiet biex jintużaw bħala uffiċini
Question
Tista’ l-Ministru tgħid għala nħasset il-ħtieġa li fl-aħħar ġranet tas-sena 2020 il-Ministeru għall-Edukazzjoni joħroġ espessjoni ta' interess biex jinkrew postijiet biex jintużaw bħala uffiċini ġewwa r-Rabat Għawdex? Tista’ tgħid minn min ħa jintużaw dawn l-uffiċini u għal-liema skop ħa jintużaw dawn l-uffiċini? Tista’ tgħid kemm ħa tkun l-ispiża ta’ kull xahar biex jinkrew dawn l-uffiċini u jekk il-Ministru u s-Segretarjat humiex ħa jibdew jużaw dawn l-uffiċini ġewwa Għawdex b'mod regolari?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-kiri ta’ post ser jintuża biex jingħataw servizzi ġodda f’Għawdex mill-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Edukazzjoni. L-FTS mistennija tibda topera minn hemm fil-ġranet li ġejjin.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-grants TESS li ġew approvati fl-2019/2020 tħallsux? Jekk ma tħallsux, meta se jitħallsu?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninsab infurmata li 60 grant agreement mill-84 li ġew approvati diġà tħallsu. Il-kumplament ser jitħallsu sa l-aħħar ta’ Frar 2021, kemm il-darba l-applikanti jipprovdu d-dokumenti kollha meħtieġa skont ir-regolamenti tal-iskema TESS.
Tista’ l-Ministru tgħid minn kemm ilu mwaqqaf it-Think Tank tal-edukazzjoni minn Mejju li għadda, kemm-il darba ltaqa’? Tista’ tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-proposti dwar il-futur tal-edukazzjoni li dan il-kumitat kellu jlesti sal-14 ta’ Settembru?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li t-think tank kellu skeda ta’ erba’ laqgħat li saru kif ippjanat. Dawn kienu:
· 03.12.2020 - Think Tank Introductory Meeting
· 07.12.2020 - Education Compass: Think Tank Stakeholders Forum
· 15.12.2020 - Education Compass: Think Tank Technical Forum
· 16.12.2020 - Education Compass: Think Tank Children’s Forum
Filwaqt li ma kienx hemm data ta' meta kellu jitlesta dan id-dokument intern, inserraħ moħħ l-interpellant li ser nara li d-dokument jitlesta mill-aktar fis possibbli.
Skema ta’ Tablet per Child għal studenti tas-sekondarja
Question
Tista’ l-Ministru tgħid għaliex wara 7 snin fil-gvern, l-iskema ta’ Tablet per child għadha waslet biss sas-snin tal-primarja u mhux ukoll fis-sekondarja? Tista’ tgħid għaliex wara l-Year 6 it-tfal tal-iskejjel jittieħdilhom it-tablet? Tista’ tgħid hemmx ħsieb li t-tfal tas-sekondarja jingħataw tablet f’din is-sena skolastika jew dik li jmiss?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li wara li ġie evalwat dak li sar fil-qasam Primarju, tgħallimna minn dak li sar u tejjibna fejn kien meħtieġ filwaqt li bdew il-preparamenti biex dan il-proġett jiġi estiż fl-iskejjel Medji u Sekondarji. Fil-fatt, is-sena l-oħra, 2020, sar studju xjentifiku fl-iskejjel medji u sekondarji dwar x’inhuma l-aħjar modi ta’ kif tiġi introdotta teknoloġija ġdida, x’tip ta’ teknoloġija għandha tidħol, ix-xogħol li għandu jsir fuq l-infrastruttura tal-iskejjel, it-taħriġ tal-għalliema u x’bidliet jeħtieġ li jsiru biex teknoloġija ġdida twassal verament għal tagħlim aħjar.
Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, is-sistema edukattiva fil-primarja hija differenti minn dik sekondarja u t-tablets huma speċifikament immirati għall-bżonnijiet tal-istudenti u l-għalliema fl-iskejjel Primarji.
Qed isiru l-preparamenti meħtieġa biex l-introduzzjoni tat-teknoloġija portabbli tibda tidħol bil-għaqal u bi prova bi proġett pilota fl-anqas żmien possibbli.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm:
a. hu n-numru ta’ persuni vulnerabbli ġewwa Malta u Għawdex;
b. hu l-persentaġġ minnhom li diġà ħadu l-ewwel vaċċin tal-COVID-19; u
c. hu l-persentaġġ minnhom li ħadu ż-żewġ dożi tal-vaċċin tal-COVID-19?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta’ persuni vulnerabbli ġewwa Malta u Għawdex huwa 23,191. Il-persentaġġ minnhom li diġà ħadu l-ewwel vaċċin tal-COVID-19 huwa 13.6%.