Freeport – test fuq vapuri biex ikunu konformi mar-regoli tat-tniġġiż tal-arja
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il test sar fuq vapuri li daħlu l-Freeport mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-lum, biex jassigura li dawn huma konformi tar-regoli applikabbli tat-tniġġiż fl-arja waqt li qegħdin fil-port? Jista’ jgħid kemm instabu li ma kenux hekk konformi? X’passi ttieħdu kontra tagħhom?
Response (FARRUGIA, AARON)
B’żieda mat-tweġiba li kont tajt ghall-mistoqsija parlamentari 16394, ninsab infurmat li l-kontroll tal-emissjonijiet minn vapuri hija responsabbilta’ ta’ Transport Malta u allura nitolbu jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista’ l-Ministru:
(a) jissottometti rapport tal-kejl tal-inkwinament mill-istazzjon taż-Żejtun għas-sena 2019?;
(b) jgħid meta jikkonsidra li Birżebbuġa hi fost l-aktar raħal li qed jaqla’ velenu, u dan minħabba li ‘l fuq minn 2,000 vapur fis-sena jqattgħu ġranet fil-port, u jekk l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) tikkonsidrax li tinstalla equipment biex ikejjel it-tniġġiż ġo Birżebbuġa ħalli r-residenti jkollhom informazzjoni iżjed eżatta? u
(c) jgħid jekk ir-riżultati minn dan l-equipment jistax jibda jiġi ppubblikat kuljum ħalli min għandu bżonn jieħu prekawzjonijiet (bħall-morda) ikunu jistgħu jagħmlu hekk?
Response (FARRUGIA, AARON)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport mitlub dwar iż-żejtun għas-sena 2019. Infurmat ukoll li f’B’Bugia l-ERA tagħmel monitoraġġ ta’ volatile organic compounds, sulphur dioxide u nitrogen dioxide habba il-kwalità tal-arja u dan isir bl-użu ta’ diffusion tubes li jiġu esposti għal-perjodu ta’ erbgħa ġimgħat. Ir-riżultati juru li l-ebda sustanza ta’ tniġġis minn dawk imsemmija hawn fuq ma teċċedi l-limiti stabbiliti fid-Direttiva tal-Unjoni Ewropea (Direttiva 2008/50/KE dwar il-kwalità ta’ l-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa). Barra minn hekk peress li l-kampjuni jittieħdu fuq perjodu ta’ erba’ ġimgħat u l-analiżi tal-kampjuni ssir f’laboratorju barra minn Malta, ir-riżultati ma jistgħux ikunu disponibbli kuljum. Meta jkunu analizzati, l-ERA tipproduċi mapep li juru l-informazzjoni miġbura mid-diffusion tubes. Dawn il-mapep huma disponibbli fuq il-website tal-Awtorità. Madankollu, id-data hija wkoll disponibbli għal individwi fuq talba lill-ERA.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 19045, peress li ż-żewġ krejnijiet ġodda ser joperaw fuq l-akbar vapuri li jidħlu l-Freeport u peress li Terminal 1, fejn hu maħsub li jitwaħħlu huwa l-aktar qrib tar-residenti, jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex possibbli li tali krejnijiet jitwaħħlu f’Terminal aktar ‘l barra mir-residenti?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Informazzjoni għadha qed tinġabar.
Freeport – servizz mill-Enemalta għall-shore to ship supply — preparamenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux qed isiru xi preparamenti min-naħa tal-Freeport bi tħejjija għal meta jasal is-servizz mill-Enemalta biex ikun possibbli li l-Freeport jopera ix-shore to ship supply?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant fi f’dan ir-rigward għaddejjin diskussjonijiet bejn il-Korporazzjoni, l-Malta Freeport Terminals u l-Enemalta.
Jista’ l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex jara li trejqa f’Għajn Riħana tkun mogħtija l-manutenzjoni meħtieġa, minħabba li wara x-xogħol li sar fit-triq li saret mill-ġdid lejn Burmarrad, issa din it-trejqa tħalliet ff stat ħażin ħafna?
Response (BORG, IAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jippreżenta site plan fejn jindika t-trejqa li qed jirreferi għaliha.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18924 u jgħid kemm-il konsulent ġie maħtur sabiex jagħti servizzi lill-Ministeru jew lil xi entità li taqa' taħt il-Ministeru tiegħu mill-1 ta' Jannar 2019 sal-lum? Jista’ jgħid ukoll x'tip ta' servizzi, lil liema entità jingħataw is-servizzi, liema ħlas sar lil dak il-konsulent s’issa u kemm huwa l-valur ta' dak il-ħlas?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra il-lista ta’ konsulenti li ġew maħtura mill-2019 sal lum sabiex jagħtu servizzi mal-Ministeru għas-Saħħa. Niġbed l-attenzjoni tal-Onorevoli Interpellant illi l-maġġoranza kbira ta’ dawn il-konsulenti jagħtu servizz mediku fl-isptarijiet u fiċ-ċentri tas-saħħa.
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — konsulenti maħtura
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18925 u jgħid kemm-il konsulent ġie maħtur sabiex jagħti servizzi lill-Ministeru jew lil xi entità li taqa' taħt il-Ministeru tiegħu mill-1 ta' Jannar 2019 sal-lum? Jista’ jgħid ukoll x'tip ta' servizzi, lil liema entità jingħataw is-servizzi, liema ħlas sar lil dak il-konsulent s’issa u kemm huwa l-valur ta' dak il-ħlas?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella annessa:
Title of Position/Contract Nomenclature
Department / Entity engaged with
Date of First Appointment of Contract
Salary Scale
Full Time / Part-Time
Policy Consultant - SPU
MHAL
28.03.20
3
Full time
Policy Consultant - SPU
MHAL
15.01.20
3
Full time
Policy Consultant - SPU
MHAL
15.01.20
3
Full time
Policy Consultant - SPU
MHAL
15.01.20
3
Full time
Policy Consultant - SPU
MHAL
15.01.20
5
Full time
Policy Consultant - SPU
MHAL
15.01.20
6
Full time
Policy Consultant - SPU
MHAL
15.01.20
3
Full time
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — konsulenti maħtura
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18926 u jgħid kemm-il konsulent ġie maħtur sabiex jagħti servizzi lill-Ministeru jew lil xi entità li taqa' taħt il-Ministeru tiegħu mill-1 ta' Jannar 2019 sal-lum? Jista’ jgħid ukoll x'tip ta' servizzi, lil liema entità jingħataw is-servizzi, liema ħlas sar lil dak il-konsulent s’issa u kemm huwa l-valur ta' dak il-ħlas?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lil Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni miġbura, id-dettalji mitluba qegħdin fit-tabella segwenti;
Title of Position/Contract Nomenclature
Department / Entity engaged with
Date of First Appointment of Contract
Salary Scale
Full Time / Part-Time or Reduced
Policy Consultant - SPU
Ministry
05/06/2020
Salarju bażiku - Skala 3 tas-Servizz Pubbliku
F/T
Policy Consultant - SPU
Ministry
15/06/2020
Salarju bażiku - Skala 3 tas-Servizz Pubbliku
P-T / Reduced 20hrs
Policy Consultant - SPU
Ministry
10/12/2020
Salarju bażiku - Skala 3 tas-Servizz Pubbliku
P-T / Reduced 20hrs
Policy Consultant - SPU
Ministeru
28/03/2018 - still active till todate
Salarju bażiku - Skala 6 tas-Servizz Pubbliku
F/T
Policy Consultant - SPU
Segretarjat Parlamentari għall-Artijiet u l-Kostruzzjoni
minn 17/10/2017
sa Diċembru 2020
(wara t-tibdil fil-Portafoll tal-Ministeri)
Salarju bażiku - Skala 3 tas-Servizz Pubbliku
P-T / Reduced 20hrs
Policy Consultant - SPU
Ministeru
minn 01/08/2018
sa Lulju 2019
Salarju bażiku - Skala 3 tas-Servizz Pubbliku
F/T
Policy Consultant - SPU
Ministeru
minn 12/08/2017
sa Awwissu 2019
Salarju bażiku - Skala 3 tas-Servizz Pubbliku
P-T / Reduced 20hrs
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18927 u jgħid kemm-il konsulent ġie maħtur sabiex jagħti servizzi lill-Ministeru jew lil xi entità li taqa' taħt il-Ministeru tiegħu mill-1 ta' Jannar 2019 sal-lum? Jista’ jgħid ukoll x'tip ta' servizzi, lil liema entità jingħataw is-servizzi, liema ħlas sar lil dak il-konsulent s’issa u kemm huwa l-valur ta' dak il-ħlas?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ 19216 - Ministeru għal Għawdex - konsulenti maħtura.pdf
Ministeru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal — Konsulenti maħtura
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18928 u jgħid kemm-il konsulent ġie maħtur sabiex jagħti servizzi lill-Ministeru jew lil xi entità li taqa' taħt il-Ministeru tiegħu mill-1 ta' Jannar 2019 sal-lum? Jista’ jgħid ukoll x'tip ta' servizzi, lil liema entità jingħataw is-servizzi, liema ħlas sar lil dak il-konsulent s’issa u kemm huwa l-valur ta' dak il-ħlas?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnha hija kif tidher fit-tabelal t’hawn taħt:
Title of Position/Contract Nomenclature
Department / Entity engaged with
Date of First Appointment of Contract
Salary Scale
Full Time / Part-Time
Policy Consultant - SPU
MSFC
05/06/2017
Salary Scale 3
PT - 30 Hrs
Policy Consultant - SPU
MSFC
05/06/2017
Salary Scale 5
PT - 30 Hrs
Policy Consultant - SPU
MSFC
01/06/2018
Salary Scale 5
PT - 13 Hrs
Policy Consultant - SPU
MSFC
01/09/2019
Salary Scale 7
PT - 15 Hrs
Policy Consultant - SPU
MSFC
05/11/2019
Salary Scale 5
PT - 20 Hrs
Policy Consultant - SPU
MSFC
30/11/2018
Salary Scale 3
PT - 5 Hrs
Policy Consultant - SPU
MSFC
01/11/2020
Salary Scale 3
PT - 8 Hrs
Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar — konsulenti maħtura
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 18923, jista’ l-Ministru jindika l-ismijiet tal-konsulenti li ġew maħtura mill-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Kummissarju għas-Simplifikazzjoni u t-Tnaqqis tal-Burokrazija — lista
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti lista tal-Kummissarji għas-Simplifikazzjoni u t-Tnaqqis tal-Burokrazija mill-2013 'l hawn u l-perjodu li fihom okkupaw tali kariga?
Response (ABELA, ROBERT)
Mis- sena 2013 l’hawn kien hemm tliet Kummissarji għas-Simplifikazzjoni u t-Tnaqqis tal-Burokrazija:
Isem
Titolu
Perjodu
Onor Dr Michael Falzon
Kummissarju għas-Simplifikazzjoni u t-Tnaqqis tal-Burokrazija.
01.07.2013 sa 01.04.2014
Onor Anthony Agius Decelis
Kummissarju għas-Simplifikazzjoni u t-Tnaqqis tal-Burokrazija.
02.04.2014 sa 08.06.2017
Onor Rosianne Cutajar
Kummissarju għas-Simplifikazzjoni u t-Tnaqqis tal-Burokrazija.
27.06.2017 sa 14.01.2020
Uffiċċju tal-Kummissarju għas-Simplifikazzjoni u t-Tnaqqis tal-Burokrazija — nefqa
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'kienet in-nefqa tal-Uffiċċju tal-Kummissarju għas-Simplifikazzjoni u t-Tnaqqis tal-Burokrazija u n-numru ta' impjegati fl-istess uffiċċju mill-2013 'l hawn?
Uffiċċju tal-Kummissarju għas-Simplifikazzjoni u t-Tnaqqis tal-Burokrazija – lista ta’ inizjattivi
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti lista tal-inizjattivi li l-Uffiċċju tal-Kummissarju għas-Simplifikazzjoni u t-Tnaqqis tal-Burokrazija ħa fis-settur pubbliku mill-2013 'l hawn?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li matul l-perjodu li dam jiffunzjona dan l-Uffiċċju, saru diversi laqghat ma diversi għaqdiet , stakeholders differenti u persuni fuq bazi personali. Saru ukoll laqgħat mal-Kunsilli Lokali kollha.
F’dawn l-laqgħat , ġie mitlub li jitressqu proposti jew suggerimenti relatati ma simplifikazzjoni jew tnaqqis ta’burokrazija li kienu tal-aktar prijorita għalihom. Dawn l-proposti ġew evalwati u sar proċess fejn ġew mlaqqa l-istakeholders ma Ministeri u Dipartimenti kkonċernati, fejn flimkien ddiskutew kif setgħu jimplimentaw l-ideat mressqin. Paralelli ma’ dan saru għadd ta’ round table conferences bis-sehem ta’ diversi stakeholders, Ministri u Segretarji Parlamentari differenti fejn ġew diskussi xogħol li ġie mwettaq, xogħol ieħor li qed issir il-ħidma fuqu, kif ukoll xi proposti oħra li tqajmu dak il-ħin minn dawk preżenti.
Apparti minn hekk, il-Kummissarju għas-Simplifikazzjoni u Tnaqqis tal-Burokrazija ħa sehem ukoll f’diversi konferenzi u laqgħat oħra li ġie mistieden għalihom.
Jista' l-Ministru jispjega x’inhi r-raġuni li ma nħatarx ambaxxatur għar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem fost l-ambaxxaturi tematiċi li nħatru dan l-aħħar? Jidhirlux li dan in-nuqqas juri nuqqas ta' impenn ta' Malta fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem u jikkunsidrax li jaħtar wieħed fil-futur qarib?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-Rappreżentant Permanenti ta’ Malta f’Geneva hija ‘ffukata propju fuq il-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fid- dinja.
Barra minn dan l-Ambaxxataturi ta pajjizna isegwu u jahdmu għar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem fil-missjonijiet taghhom.
Dan juri li l-impenn ta Malta fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem huwa aktar mifrux.
Ġentilment nirreferi għall-mistoqsija parlamentari tiegħi 18775, filwaqt li huwa pass tajjeb ħafna li l-lukandi ġew jew ser jiġu eżentati milli jħallsu l-liċenzji dovuti, jaħsibx il-Ministru li anki l-operaturi tal-coaches, trains u tad-dgħajjes tat-turisti li ilhom fuq sena weqfin minħabba li jiddependu mit-turisti għandhom ta’ lanqas jiġu eżentati milli jħallsu l-liċenzja dovuta lill-gvern jew entitajiet tiegħu li tammonta għall-eluf ta’ ewro meta dawn qed joħorġu flus f’manutenzjoni, pagi u spejjeż oħra mingħajr ma huma jdaħħlu xejn?
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 18775, jaħsibx il-Ministru li anke l-operaturi tal-coaches, trains u tad-dgħajjes tat-turisti li ilhom fuq sena weqfin minħabba li jiddependu mit-turisti għandhom tal-anqas jiġu eżentati milli jħallsu l-liċenzja dovuta lill-gvern jew entitajiet tiegħu li tammonta għall-eluf ta’ ewro meta dawn qed joħorġu l-flus f’manutenzjoni, pagi u spejjeż oħra mingħajr ma huma jdaħħlu xejn? Filwaqt li d-deċiżjoni li jiġu eżentati l-lukandi hija waħda tajba ħafna, jaħsibx il-Ministru li għandu jsir l-istess mal-operaturi tal-coaches tat-turisti, trains u operaturi tad-dgħajjes tat-turisti li jinsabu fl-istess sitwazzjoni konsegwenza tal-pandemija?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’għandi xejn iżjed xi nżid mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 18775.
B’referenza għad-diversi interventi tiegħi fil-Parlament matul din il-leġislatura rigward is-sigurtà fiż-żona tal-Iskola Primarja tal-Mellieħa, jista’ l-Ministru jara li Transport Malta tieħu l-miżuri adegwati (possibbilment traffic lights) fi Triq Qasam Barrani fil-Mellieħa fil-parti fejn hemm l-annex tal-Iskola Primarja tal-Mellieħa u dan sabiex jiġu evitati perikli/inċidenti għall-istudenti u l-ġenituri tagħhom waqt il-ħinijiet tad-dħul u l-ħruġ lejn l-iskola?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta diġa evalwat u rrifjutat talba mingħand il-kunsill lokali biex ti¿died zebra crossing ftit metri bogħod minn dik ezistenti u għalhekk mhux f’konformita mal-policy tal-Awtorità. Għaldaqstant l-Awtorità tat rekomandazzjoni sabiex il-Kunsill Lokali jipproponi traffic management iktar ħollistiku fejn il-faċilitajiet biex wieħed jaqsam it-triq ikunu maħsuba b’tali mod li l-istess crossing tkun isservi għal aktar minn bini wieħed.
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 19030 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali u issa ġie riferuta lilha u ċjoe: Peress li x-Xatt ta’ Ta’ Xbiex se jkollu tarmak ġdid, tista’ l-Ministru tgħid hemmx il-ħsieb li jkun hemm drenaġġ peress li hemmhekk id-drenaġġ ta’ spiss ifur?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għandha diversi proġetti u qed tikkollabora ma’ entitajiet oħra biex isir tisħiħ fin-networks tal-ilma u d-drenaġġ fit-triq indikata u fl-akkwati tal-madwar.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18704 u jindika x’servizz ta’ appoġġ jingħata lill-vittmi tal-kriminalità? X’tip ta’ għajnuna qed jirċievu? X’għandhom jagħmlu dawn il-vittmi sabiex jirċievu dan is-servizz?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, filwaqt li dan il-Ministeru ma huwiex teknikament responsabbli la minn ġustizzja restorattiva u lanqas minn victim support, xorta, permezz tal-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS), għandna numru ta’ servizzi li jagħtu għajnuna lill-vittmi tal-kriminalità.
Fost dawn is-servizzi nsibu:
- Is-servizzi ta’ għajnuna għall-vittmi ta’ vjolenza domestika fi ħdan l-
Aġenzija Appoġġ
.
Dan jikkonsisti kemm f’ ħidma soċjali u ta’akkumpanjament ma’ dawn il-vittmi u post ta’ kenn (
shelter
) minn meta joħorġu minn djarhom sakemm isibu akkommodazzjoni alternattiva.
- Is-servizzi kollha tal-
Aġenzija Sedqa
li huma mħasuba biex jgħinu lil kulmin huwa vittma ta’ xi vizzju (
addictive behaviour
).
Dan jikkonsisti wkoll, naturalment, f’servizzi għal min għandu l-vizzju tad-droga. Dawn is-servizzi jibdew minn
counselling
u ħidma soċjali sa programmi aġġornati ta’ rijabilitazzjoni u
after-care
.
- Is-Servizz tal-Protezzjoni tal-Minuri fi ħdan id-Direttorat għall-Protezzjoni tal-Minuri kif imwaqqaf mill-Kap 602 tal-liġijiet ta’ Malta.
Dan id-Direttorat jinvestiga kull rapport li jasal għandu fejn ikun allegat kull tip ta’ abbuż fuq tfal u żgħażagħ taħt it-18-il sena. Fejn ikun il-kas, is-servizz jirrakkkomanda lill-Qorti kompetenti biex tinħareġ Ordni ta’ Ħarsien (
Care Order
) u t-tfal jew jiġu
fostered
jew jgħixu f’dar tat-tfal.
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, kulħadd jista’ jingħata dawn is-servizzi billi jċempel fuq in-numru 179, liema servizz jingħata bla ħlas.