Legislature:
Category:
Reset
Active:

Jobsplus u Richmond Foundation – arranġamenti viġenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’arranġamenti viġenti hemm bejn il-Jobsplus u Richmond Foundation?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Servizz tal-Occupational Therapy

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta s-servizz tal-Occupational Therapy se jerġa’ jibda jsir normali (u mhux virtwali) bħalma qed jingħataw servizzi oħra?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi s-servizzi tal-Occupational Therapy qed jingħataw b’mod fiziku fl-isptar Mater Dei, fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo, fl-isptar Karen Grech, fl-isptar Ġenerali t’Għawdex, fl-isptar Monte Karmeli u fir-rehabilitation Centres, fir-residenzi u djar tal-Anzjani (li tinkludi ukoll servizzi fil-komunita’), fid-Dementia Intervention unit, kif ukoll f’Sonia Tanti Independent Living Centre li taghmel parti mill-Agenzija sapport. Fil-kaz tal-pazjenti tas-CDAU dawn is-servizzi qed jinghataw b’mod virtwali.

Awtorità tad-Djar — kiri ta’ proprjetà għall-użu amministrattiv

Question

B' referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 15737 jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa, u għal kemm-il sena huwa l-kuntratt ta' proprjeta li kriet l-Awtorità tad-Djar għall-użu amministrattiv tagħha mill-2017 ’l hawn?

Response (GALDES, RODERICK)

M’għandi xejn xi nżid mat-tweġiba li diġa kont tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 15737.
Leg 13 PQ #18688 Sitting 430 2021-02-22 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Ministeru għall-Edukazzjoni

WIFI Skola Ħal Għaxaq

Question

Tista' l-Ministru tinforma lil din il-kamra dwar l-istatus tal-WIFI fl-Iskola Primarja ta' Ħal Għaxaq? Tista' l-Ministru tikkonferma jekk hemmx WIFI aċċessibbli għal kull klassi u għal kull student/a?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li fl-iskola Primarja ta' Ħal Għaxaq hemm wi-fi aċċessibbli għall-istudenti. Infurmata li kien hemm problema fi klassi partikulari, u din ġiet solvuta.
Leg 13 PQ #18817 Sitting 430 2021-02-22 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — karozzi leased

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm karozzi leased fil-Ministeru tiegħu?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li huma 6 l-karozzi leased fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Leg 13 PQ #18819 Sitting 430 2021-02-22 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Ministeru għall-Edukazzjoni — karozzi leased

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm karozzi leased fil-Ministeru tagħha?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Ministeru għall-Edukazzjoni hemm 10 karozzi fuq kuntratt ta’ leasing.

Talbiet biex ajruplani statali jew militari jinżlu f’pajjiżna

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il talba rċieva d-Direttorat tal-Protokoll sabiex ajruplani militari jew statali jinżlu f’pajjiżna u kemm-il darba saret talba sabiex jidħlu fl-ispazju tal-arja tagħna tul l-2020?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li tul l-2020 id-Direttorat tal-Protokoll irċieva 122 talba sabiex ajruplani militari jew statali jinżlu Malta. Id-Direttorat irċieva wkoll 297 talba sabiex ajruplani militari jew statali jidħlu fl-ispazju tal-ajru ta’ Malta.

Talbiet biex bastimenti statali jew militari jidħlu f’pajjiżna

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il talba rċieva d-Direttorat tal-Protokoll sabiex bastimenti militari jew statali jidħlu f’pajjiżna fl-2020?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li d-Direttorat tal-Protokoll rċieva sitta u għoxrin (26) talba sabiex bastimenti militari jew statali jidħlu f’pajjiżna fl-2020.

Implimentazzjoni tar-regolament tal-Unjoni Ewropea 2017/2394

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 17789, jista’ l-Ministru jagħti ħjiel ta’ meta ser jsiru l-emendi li għalihom għamel referenza fit-tweġiba tiegħu dan ukoll meta wieħed iqis li r-Regolament tal-UE 2017/2394 daħal fis-seħħ f’nofs Jannar tal-2020?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara l-konsultazzjoni kien hemm il-ħtiega li l-Abbozz propost jiġi rivedut. Ir-reviżjoni fil-fatt issa tlestiet u għaldaqstant l-Abbozz għandu jitressaq quddiem il-Parlament fi żmien qasir.
Leg 13 PQ #19084 Sitting 430 2021-02-22 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Tender – performance guarantee

Question

B'referenza għat-tender bin-numru CT2263/2018 'Paving and embellishment works at St Francis Square, Victoria, Gozo' jista’ l-Ministru jgħid jekk dan ix-xogħol hux kopert b'performance guarantee u jekk iva, kemm hi u għal kemm tul hija valida din il-garanzija?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan ix-xogħol huwa kopert b’performance guarantee skont it-termini u l-kundizzjonijiet tal-kuntratt.
Leg 13 PQ #19085 Sitting 430 2021-02-22 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – post ta’ Foreman (Agriculture)

Question

B'referenza għas-sejħa li ħarġet internament f’dawn l-aħħar ġimgħat mill-Ministeru għal Għawdex għall-Post ta' Foreman (Agriculture), jista’ l-Ministru jgħid fil-ġimgħat li ġejjin skont il-Capacity Building (HR Plan) approvat għas-sena 2021, kemm hemm ippjanat li jingħataw promozzjonijiet internament mal-Ministeru għal Għawdex ta' Assistant Foreman (Agriculture) u jekk humiex ser jaqdu d-dover tagħhom fid-Direttorat tar-Rural Directorate?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni miġbura għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.

MCCAA — indipendenza fit-tmexxija

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 17258, jista’ l-Ministru jgħid meta saru u daħlu fis-seħħ il-liġijiet u/jew miżuri nazzjonali li allura jimplimentaw id-Direttiva (UE) 2019/1, tenut kont li skont l-istess Direttiva n-normi taħt l-istess Direttiva kellhom jiġu trasposti sal-4 ta’ Frar 2021? Jekk dawn għadhom ma sarux jista’ l-Ministru jgħid meta ser isiru?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi kemm l-abbozz kif ukoll l-avviżi legali sabiex jittrasponi u jimplimentaw d-dispożizzjonijiet rilevanti fid-Direttiva (UE) 2019/1 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, qegħdin jiġu ffinalizzati bil-għan li jingħata bidu għall-proċess leġiżlattiv, u biex l-avviżi legali jiġu introdotti fil-liġi Maltija fi żmien qasir. Ta’ min jinnota wkoll illi l-maġġor parti tas-setgħat li għandu jkollha awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni li ġew introdotti bid-Direttiva, diġa jinstabu fl-Att dwar il-Kompetizzjoni.
Leg 13 PQ #19153 Sitting 430 2021-02-22 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bord ta’ entitajiet pubbliċi – persuni appuntati

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17924 u jgħid kemm ġew appuntati persuni ta' sess femminili fuq il-bord ta' entitatijiet pubbliċi sena b'sena mill-2010 ’l hawn u kemm kien il-perċentwali ta' nisa min-numru totali ta' appuntati?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li fuq l-Bord tal-NDSF Governors fil-perjodu ta’ 2015 sal 2020 kien hemm persuna wahda ta’sess femminili li huwa 20% min-numru totali ta' appuntati.

Designated Date imsemmija f’Art 311(6)(a) tal-Kodiċi Ċivili (Kap 16)

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18065 u jgħid jekk id-'designated date' imsemmija f'Art 311 (6) (a) tal-Kodiċi Ċivili (Kap 16), li tirregola l-bidu ta' terminu ta' 10 snin sabiex jiġu reġistrati drittijiet privati fuq l-art ta' mal-plajja, ġietx stabbilita mill-Ministru responsabbli għall-Artijiet permess ta' ordni fil-Gazzetta tal-Gvern hekk kif jgħid l-istess artiklu tal-liġi? Jekk din ġiet stabbilita, jista' jgħid liema hi din id-data, u fejn din ġiet ippubblikata?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor, Interpellant li l-Informazzjoni ghadha qed tingabar.

San Ġiljan – Triq Diodorus Siculus – ilmenti rigward xogħol ħażin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min hu responsabbli tax-xogħlijiet fi Triq Diodorus Siculus, Ta’ Giorni f’San Ġiljan u dan għaliex skont ilmenti mir-residenti qed isir xogħol ħażin speċjalment fil-livelli tal-istess triq u li allura qed jikkawża problema tal-ilma fl-uċuħ tat-toroq?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jitlob l-informazzjoni meħtieġa lill-Ministeru kkonċernat.

Ambjent Malta – tħawwil ta’ siġar f’Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħawlu siġar u arbuxelli u fejn, ġewwa Għawdex minn Ambjent Malta f'dawn l-aħħar tliet snin? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm ippjanati li jitħawlu siġar u arbuxelli ġewwa Għawdex u fejn, minn Ambjent Malta matul is-sena 2021?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, minkejja li r-responsabbiltà għall-affarijiet ta’ Għawdex, inkluża l-afforestazzjoni, taqa’ taħt il-Ministeru għal Għawdex, Ambjent Malta hija dejjem disposta li tassisti lill-kwalunkwe entità jew organizzazzjoni li tkun tixtieq tidħol għall-proġetti jew inizjattivi ta’ taħwil ta’ siġar. Bħala eżempju nista’ nsemmi l-kollaborazzjoni li Ambjent Malta kellha din is-sena stess ma’ Heritage Malta u li permezz tagħha tħawlu mija disgħa u tmenin (189) arbuxell fis-sit tal-Ġgantija.

Ħidma volontarja – konsultazzjoni pubblika rigward miżuri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri - oltre dawk imsemmija fit-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 17707 - qed iqis li jieħu l-Gvern biex l-għaqdiet tal-konsumatur f’Malta jissaħħu u jkunu f’qagħda aħjar kemm finanzjarjament kif ukoll mill-għad ta’ riżorsi umani biex jagħtu l-kontribut tagħhom fir-rigward tal-ħarsien tal-konsumatur dan l-aktar meta wieħed iqis kemm il-firxa wiesgħa ta’ oqsma li b’xi mod jew ieħor jimpattaw lill-konsumaturi u kemm għaliex sal-lum jidher li l-għaqdiet eżistenti huma esklussivament dependenti fuq ħidma volontarja? Jikkunsidrax f’dan ir-rigward li joħroġ dokument ta’ konsultazzjoni pubblika biex jiġi mistħarreġ x’jista’ jsir?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat minn żmien għal żmien joħroġ skemi t’għajnuna li għalihom jistgħu japplikaw l-għaqdiet tal-konsumatur li huma reġistrati mal-istess Kunsill. Jien infurmat li min-naħa tal-Ammistrazzjoni Pubblika, li jinħarġu espressjonijiet t’interess biex impjegati pubbliċi jkunu rilaxxati biex jagħmlu xogħol m’għaqdiet volontarji filwaqt li jibqgħu jiġu mħallsin minn fondi pubbliċi. L-entitaijiet kompetenti qiegħdin iħarsu lejn modi differenti kif l-għaqdiet reġistrati jkomplu jissaħħu għall-benefiċċju tal-konsumatur.

Dwejra Lines — konkos

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux ser jittieħdu passi u min ser jerfa’ r-responsabbilità politika għall-isfreġju ambjentali bi ksur ta’ liġi/regolamenti li seħħew fil-każ tal-passaġġ bil-konkos fid-Dwejra Lines (Victoria Lines) minn Infrastructure Malta?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġibiet li diġà ngħataw għall-mistoqsijiet parlamentari 19097 u 19098.