Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ħal Qormi — Triq Ġuże Duca - street lighting

Question

Tista’ l-Ministru tara li l-istreet lighting ta’ Triq Ġuże Duca f’Ħal Qormi jkun qed jiffunzjona kif suppost minħabba s-sigurtà tar-residenti u tas-sewwieqa fl-inħawi?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet mistennija jitlestew fil-ġranet li ġejjin.

Air Malta – Destinazzjoni lejn Lourdes u lura

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk ir-ristrutturazzjoni tal-programm ta’ titjiriet tal-Air Malta għal din s-sena daħletx u ġietx inkluża d-destinazzjoni lejn Lourdes u lura? Jekk iva dawn ser ikunu scheduled jew chartered flights? Kif ukoll jista’ jgħid f’liema perjodu se jiġu skedati u organizzati, meta u x’ħin, u kemm ser ikun maħsub li jġorru passiġġieri?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi r-ristrutturazzjoni tal-programm tat-titjiriet bdiet tiġi implimentata din is-sena, imma għadha ma daħlitx fis-seħħ kompletament għax l-istudju f’dan ir-rigward għadu għaddej. Barra minn hekk, irridu niftakru li din is-sena (u s-sena li għaddiet) huma snin bla preċedent minħabba l-pandemija, li fihom inqalbu l- użanzi kollha tal-ivvja ġġ ar ta’ taht fuq!

Air Malta – Titjiriet lejn Lourdes

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’liema sena l-Air Malta bdiet it-titjiriet lejn Lourdes u jistax jiġi indikat kemm użaw is-servizz sena b’sena possibbilment ukoll kemm scheduled u kemm chartered?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Air Malta bdiet it-titjiriet lejn Lourdes fl-1988. L-informazzjoni li għanda l_Air Malta hija ta’ dawn l-aħħar 13-il sena, mill-1 ta’ April sal-31 ta’ Marzu ta’ kull Financial Year. MALTA-LOURDES-MALTA Financial yearsFlight FY2019/20Charter/Schedule FY2018/19Charter/Schedule FY 2017/18Charter FY 2016/17Charter FY 2015/16Charter FY 2014/15Charter FY 2013/14Charter FY 2012/13Charter FY 2011/12Charter FY2010/11Charter FY 2009/10Charter FY 2008/09Charter FY 2007/08Charter

Ħaż-Żebbuġ – Triq Ħal Mula/Triq il-Fraxxnu – permessi għax-xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-permessi kollha relatati max-xogħlijiet li Infrastructure Malta wettqet fiż-żona ta’ Triq Ħal Mula/Triq il-Fraxxnu f’Ħaż-Żebbuġ fl-aħħar jiem?

Response (BORG, IAN)

Residenti li jgħixu fl-inħawi kien ilhom jitolbu lill-awtoritajiet biex jitjieb l-aċċess f’din it-triq sa minn qabel l-2014, minħabba li t-triq qatt ma kienet ġiet iffurmata kompletament skont il-wisgħa proprja tagħha. Fil-fatt, parti minn din it-triq tidjieq b’mod sinifikanti, u tikkawża diffikultajiet lir-residenti li għandhom garaxxijiet fl-istess triq. Meta twaqqfet Infrastructure Malta fl-2018, il-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żebbuġ kien talab l-assistenza biex isiru x-xogħlijiet neċessarji biex din it-triq tkun aktar aċċessibbli għar-residenti li jgħixu fiha. B’dawn ix-xogħlijiet qed jitneħħew strutturi llegali biex jitjieb l-aċċess għal triq pubblika, waqt li l-art tal-gvern biswitha, li partijiet minnha kienu okkupati bħala ġnien u terazzin privat, issa se jiġu trasformati fi ġnien pubbliku ġdid, u minbarra li jin¿ammu s-siġar e¿istenti se jitħawlu ħafna oħrajn. Fil-fatt, wara talbiet li sarulha mir-residenti li jgħixu fl-inħawi, Infrastructure Malta qed testendi x-xogħlijiet f’din iż-żona biex tibni ġnien pubbliku madwar il-blokka tal-apaprtamenti, li jista’ jitgawda minn kulħadd. L-aġenzija diġà infurmat lill-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żebbuġ dwar din il-proposta u l-pjanijiet għall-ġnien pubbliku ġdid se jiġu komunikati lilu fil-ġimgħat li ġejjin. Ix-xogħlijiet li qegħdin isiru jinkludu twessigħ żgħir ta’ bejn metru u 1.6 metri tul medda ta’ 40 metru mit-triq, biex l-ispazju tat-triq jiżdied b’madwar 50 metru kwadru. Oriġinarjament, ir-residenti u l-kunsill lokali riedu li t-triq titwessa’ aktar sal-limitu sħiħ skont il-pjanijiet lokali, u skont il-wisa’ tal-iktar parti wiesgħa ta’ din it-triq (kantuniera ma’ Triq Ħal Mula), iżda Infrastructure Malta se tkun qed tu¿a inqas minn nofs l-art allokata għal dan il-għan, biex il-kumplament tal-art tinbidel fi ġnien pubbliku. Il-ħajt u kamra żgħira li kien hemm fuq din l-art pubblika u li tneħħew l-Erbgħa filgħodu bħala parti mix-xogħlijiet, kienu inbnew illegalment. Infrastructure Malta se tibni l-ħajt f’għoli aktar baxx, kif permess bil-liġi, biex tassigura li ż-żona tal-ġnien biswit tista’ titgawda bħala spazju pubbliku u mhux aktar bħala ġnien privat magħluq. Fl-istess waqt il-kamra żgħira llegali li kien hemm mhux ser terġa’ tinbena. It-twessigħ ta’ din it-triq u l-ġnien pubbliku ġdid se jsiru fuq art tal-gvern li iha allokata għall-kostruzzjoni sħiħa tat-triq minn meta kien ġie ppjanat il-qasam tad-djar għexieren ta’ snin ilu. Fil-fatt, l-ispazju kollu madwar il-blokki tal-appartamenti tal-qasam tad-djar jagħmel parti mill-ispazju ddedikat għat-triq. Matul is-snin, dan l-ispazju ttieħed għal użi varji, inkluż spazji ta’ parkeġġ, ġonna privati, terazzini u mogħdijiet t’aċċess. Peress li din iż-żona diġà kienet identifikata għall-bini ta’ triq fil-passat, m’hemmx bżonn li Infrastructure Malta tikseb permessi mill-Awtorità tal-Ippjanar, hekk kif ikkonfermat l-istess entità lill-mezzi tal-midja fil-jiem li għaddew. Għax-xogħlijiet li qegħdin isiru, Infrastructure Malta kisbet il-permessi meħtieġa għal xogħlijiet fit-toroq mill-Awtorità tat-Trasport, li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Il-Mellieħa – Taraġ il-Landieri — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jindika meta mistenni jibda u jitlesta x-xogħol kollu fuq Taraġ il-Landieri fil-Mellieħa minn Infrastructure Malta?

Response (BORG, IAN)

Bit-twaqqif ta’ Infrastructure Malta t-titjib fl-infrastruttura ta’ pajjiżna jinsab fuq quddiem nett tal-ħidma ta’ dan il-Gvern. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq fil-pajjiż. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis. Infrastructure Malta qed twettaq ħafna proġetti biex ittejjeb is-sigurezza u s-sostenibilità tas-sistema tat-toroq ewlenin, toħloq infrastruttura ta’ kwalità u ambjent aħjar fit-toroq residenzjali f’kull lokalità u tibni mill-ġdid ukoll ħafna toroq sekondarji oħra, fosthom kilometri ta’ toroq rurali fil-kampanja. Dan l-investiment diġa qed iħalli l-frott mixtieq, b’diversi toroq residenzjali mibnija mill-ġdid u b’ħafna proġetti ta’ titjib fit-toroq ewlenin tas-sistema tat-trasport bl-art f’pajjiżna. Fil-ftit żmien kemm ilha li twaqqfet, l-aġenzija diġà bniet mill-ġdid u għamlet titjib f’madwar 500 triq. Matul l-2020 bniet mill-ġdid mal-155 triq residenzjali u bħalissa għaddejjin xogħlijiet f’għexieren ta’ toroq oħrajn. Taraġ il-Landiera huwa konnessjoni ġdida bejn żewg toroq li minkejja li kienet skedata biex issir ħafna snin ilu, qatt ma saret. Madankollu, Infrastructure Malta nkludietu fil-pjanijiet tagħha. Il-pjanti u d-disinn ta’ dan it-taraġ ġdid, għoli diversi sulari, qed jiġu finalizzati sabiex ix-xogħol ta’ kostruzzjoni jibda mill-aktar fis possibbli. Fil-lokalità tal-Mellieħa Infrastructure Malta diġà għamlet xogħlijiet fi Triq il-Marfa, Triq Little Armier, Triq it-Telgħa ta’ Selmun, Triq Ġorġ Borg Olivier, Triq il-Mellieħa, Triq il-Mejjiesa, Triq Luis Wettinger, Triq ir-Ramla, Triq il-Palma u l-pont tal-Mistra.

Vaċċin tal-Covid-19 lil psikologiki

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa ġentilment jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jiġu vaċċinati l-psikologiki li jaħdmu fil privat peress li dawn jagħmlu one to one sessions u jkollhom exposure ma' kull klijent ta' madwar siegħa u bħalissa minħabba l-effetti tal-pandemija huma professjonisti li aktar minn qatt qabel huma ferm meħtieġa u imfittxija?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi d-Dipartiment tas-Saħħa qiegħed jimxi fuq strateġija għat-tilqim kontra l-Covid 19 billi jagħti prijoritajiet lill-gruppi ta’ nies li huma l-aktar f’riskju ta’ kumplikazzjonijiet f’każ ta’ kuntatt dirett ma dan il-virus.

Kunsilli Lokali — vouchers għall-Cat feeders - xiri ta' ikel minn petshops

Question

Jista' l-Ministru ġentilment jgħid jekk meta cat feeder imur għand il-kunsill lokali biex jieħu vouchers biex jagħtihom lil cat feeders hux obbligat li jixtri ikel minn pet shop partikulari magħżul mill-Kunsill Lokali jew inkella hux fil-libertà li jixtri minn fejn irrid? Jekk il-pet shop ikun magħżul mill-Kunsill Lokali fuq liema mertu jintagħżel?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi din l-iskema ma taqax taħt ir-responsabbilità ta’ dan il-Ministeru. Għaldaqstant, nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Kunsilli Lokali — vouchers għal ikel u kura ta' annimali stray

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il kunsill lokali għamel użu mill-iskema biex jieħu vouchers mill-kunsill lokali biex jittma jew jikkura animali stray? Liema huma dawn il-kunsilli lokali u kemm ħadu flus s’issa kull kunsill lokali minn din l-iskema?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi din l-iskema ma taqax taħt ir-responsabbilità ta’ dan il-Ministeru. Għaldaqstant, nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Ministeru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal – Public Social Partnerships

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-ftehimiet (Public Social Partnerships) kollha li l-Gvern għandu (permezz tal-Ministeru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal) ma’ entitajiet li jaħdmu fil-qasam soċjali? Jista’ jgħid, f’kull każ: a. l-isem tal-entità li magħha sar il-ftehim; b. x’servizz toffri l-entità; c. kemm hu l-valur tal-ftehim; d. għal kemm-il sena huwa l-imsemmi ftehim; u e. meta jiskadi l-ftehim?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’ seduta oħra.

Persuni li applikaw għall-għajnuna soċjali

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 18940, jista’ l-Ministru jgħid kif inhuma imqassmin l-applikazzjonijiet? Għal liema benefiċċji saru l-applikazzjonijiet?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, kif ġie rrapurtat fil-Mistoqsija Parlamentari 18940, it-tabella ta’ hawn taħt tirreferi kif inhuma mqassmin l-applikazzjonijiet li ġew sottomessi matul l-2019 u l-2020. Applikazzjonijiet Sena SA SUP Total 2019 576 258 834 2020 768 549 1,317 SA = Għajnuna Soċjali u SUP = Għajnuna Soċjali għal ommijiet xebbiet.

Persuni li applikaw għall-għajnuna soċjali

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 18940, jista’ l-Ministru jgħid kemm minn dawk li applikaw huma nisa u kemm irġiel? Kemm minn dawk li applikaw fil-fatt bdew jieħdu l-benefiċċji?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta, li t-tabelli t’hawn taħt, jagħtu stampa ċara ta’ kemm applikaw nisa u kemm applikaw irġiel għall-Għajnuna Soċjali (SA u SUP), u kemm minnhom bdew jirċievu l-benefiċċju, matul l-2019 u l-2020. Kemm Applikaw : Applikazzjonijiet Nisa Irġiel Total 2019 SA SUP Total SA SUP Total Total 344 254 598 232 4 236 834 Applikazzjonijiet Nisa Irġiel Total 2020 SA SUP Total SA SUP Total Total 443 534 977 325 15 340 1,317 Kemm minnhom bdew jirċievu l-benefiċċju: Applikazzjonijiet Nisa Irġiel Total 2019 SA SUP Total SA SUP Total Tħallsu 196 199 395 151 3 154 549 Applikazzjonijiet Nisa Irġiel Total 2020 SA SUP Total SA SUP Total Tħallsu 227 278 505 181 3 184 689

Persuni li applikaw għall-għajnuna soċjali

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 18940, jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li ma baqgħux jieħdu l-benefiċċji għax mietu? U x’inhuma r-raġunijiet l-oħra għalfejn persuni ma baqgħux jieħdu l-benefiċċji?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tabelli ta’ hawn taħt jagħtu elenku ċar tar-raġunijiet ‘l għaliex twaqqfu l-benefiċċji tas-Social Assistance (SA) u tas-Single Unmarried Parents (SUP) kif ġie rraportat fit-tweġiba parlamentari numru 18940, għas-snin 2019 u 2020. Każijiet Imwaqqfa 2019 Raġuni SA SUP Total Ikkwalifikaw għall-Pensjoni tal-Età 92 2 94 Ikkwalifikaw għall-Pensjoni Kontributorja 5 0 5 Deċiżjoni tal-Bord Mediku 28 23 51 Applikazzjoni rtirata mill-applikant 2 3 5 Mietu 17 2 19 Bdew Jaħdmu 234 310 544 Jeċċedu t-test tal-meżżi tal-kapital 36 9 45 Ma’ baqgħux jirreġistraw 3 0 3 Ma’ baqgħux aktar intitolati għall-benefiċċju 427 83 510 Sospiżi għall-investigazzjoni 3 1 4 Sospiżi temporanjament għal raġunijiet varji 15 2 17 Total 862 435 1,297 Każijiet Imwaqqfa 2020 Raġuni SA SUP Total Ikkwalifikaw għall-Pensjoni tal-Età 47 1 48 Ikkwalifikaw għall-Pensjoni Kontributorja 2 0 2 Deċiżjoni tal-Bord Mediku 16 14 30 Applikazzjoni rtirata mill-applikant 1 1 2 Mietu 10 2 12 Bdew Jaħdmu 185 232 417 Jeċċedu t-test tal-meżżi tal-kapital 47 13 60 Ma’ baqgħux jirreġistraw 1 0 1 Ma’ baqgħux aktar intitolati għall-benefiċċju 411 95 506 Sospiżi għall-investigazzjoni 1 1 2 Sospiżi temporanjament għal raġunijiet varji 8 3 11 Total 729 362 1,091 SA- Social Assistance benefit SUP – Single Unmarried Parents benefit

Social Welfare Professionals — warrant

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm Social Welfare Professionals jaħdmu fil-qasam soċjali? X’inhuma l-kwalifiki tagħhom? Għandhom warrant biex jaħdmu fil-qasam soċjali? F’liema oqsma qed jaħdmu?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif mitlub minnha huwa kif jidher fit-tabella t’hawn taħt. Non-warranted Social Welfare Professionals No. Appogg - Active Ageing & Comm Care 2 Appogg - Besmart Online 1 Appogg - Domestic Violence Unit 16 Appogg - Gozo Operations 4 Appogg - Housing Authority 2 Appogg - Intake Family Support Services 1 Appogg - Supportline 179 1 Directorate for Alternative Care - Homestart Malta 1 Directorate for Alternative Care - LAC 4 Directorate for Alternative Care - SAV 16 Directorate for Child Protection 9 FSWS Staff - EU Projects 13 FSWS Staff - Service Audit 1 Sedqa - Drugs Community Team 1 Sedqa - Phase 2 (EX-KSM) 3 Sedqa - Prevention 10 Sedqa - Psychological Services 1 Appogg - Young Persons Board 2 Directorate for Alternative Care - Residential Services 10 Directorate for Alternative Care - Public Social Partner 2 ACTS- Corradino Correctional Facility 5 Directorate for Alternative Care -Youth Support Services 6 ACTS-Community Services 27 Total 138 Warranted - Social Welfare Professionals No. Appogg - Housing Authority 1 Directorate for Child Protection 1 Directorate for Alternative Care - Residential Services 1 Directorate for Alternative Care - Youth Support Services 1 ACTS-Community Services 1 Total 5 TOTAL SĦIĦ (Grand total) 143 Dawn is-social welfare professionals qed ikunu ingaġġati biex jaħdmu mas-service users li jirrikorru għall-għajnuna tal-FSWS, li qegħdin dejjem jiżdiedu. L-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali, qed tiffaċċja realtà, fejn huma ftit in-nies li jixtiequ jaħdmu fl-hekk imsejħa caring professions. Madanakollu ħafna mill-impjegati li jaħdmu bħala social welfare professionals ġejjin minn professjonijiet relatati u anċillari bħal krimonoloġija, baċċellerat fil-psikoloġija, ħidma maż-żgħażagħ (youth work), ħidma fil-kommunità (community work), soċjoloġija, jew kwalifika li taqa’ fid-dixxiplina tal-humanities. Ovvjament, dawn is-social welfare professionals, ma jagħmlu l-ebda xogħol u / jew funzjoni li jirrikjedi li min jagħmlu jkollu warrant professonali.

Servizz ta’ Therapeutic Secure Unit

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-pjan tal-Gvern għat-Therapeutic Secure Unit għal żgħażagħ bi problemi severi ta’ imġieba? Jista’ jgħid ukoll jekk dan is-servizz hux se jingħata wara ordni tal-Qorti biss?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li, dan il-Ministeru għamel short listing ta’ siti fejn possibbilment jista’ jsir is-Secure Therapeutic Unit. Dan minħabba in-natura speċifika ta’ dawn it-tipi ta’ ċentri, li ġeneralment ikunu lokalizzati ‘l bogħod mill-abitat. Il-ħsieb tagħna, ġaladarba jkun ikkonfermat is-sit, huwa li dan il-proġett isir premezz ta’ fondi Ewropej, u skont il-proċeduri stabbiliti tal-procurement. Lil hinn minn hekk, it-tmexxija tas-Secure Therapeutic Unit tkun skont id-dispożijonijiet ta’ Kap 602; jiġifieri skont l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Minuri (Kura Alternattiva), kif speċifikat, f’Titlu III tal-Att, intitolat Iċ-Ċentru Terapewtiku w Sikur, artikoli 26 sa 20.

Tilqima tal-Covid-19 lil persuni li rċivew trapjant ta' organu

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta persuni li rċevew trapjant ta' organu sħiħ se jirċievu t-tilqima kontra l-Covid-19?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi persuni li rċevew trapjant ta' organu sħiħ huma meqjusa bħala vulnerabbli, u bdew jirċievu t-tilqima kontra l-Covid-19 mill-ġimgħa li għaddiet.

Lista tal-Qgħad

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tan-numru ta' persuni fil-lista tal-qgħad fl-2019, 2020, u fl-2021 sal-lum? Jista’ jgħid ukoll f'liema oqsma l-iktar li sabu impjiegi dawk il-persuni li kienu fir-reġistru?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Jobsplus – travel tickets, cash benefits u allowances

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-ammont ta’ travel tickets, cash benefits u allowances li tħallsu minn Jobsplus fl-2019 u 2020? Lil min ingħataw u f’liema ammonti ngħataw?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Infiq għal Promotion — Press

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-infiq għal Promotion – Press bħala spiża attwali għas-snin 2019 u 2020? Jista’ l-Ministru jgħid liema press u media houses intużaw u għal liema proġett jew attività jew messaġġ? Jista’ jgħid ukoll f’liema ammonti tħallsu kull waħda minn dawn il-media houses?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jispeċifika għal xiex qed jirreferi.

Jobsplus — Rendikont tal-ammont ta’ konsulenzi

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-ammont ta’ konsulenzi li tħallsu minn Jobsplus fl-2019 u 2020? Lil min ingħataw u f’liema ammonti ngħataw? Jista’ jgħid min huma l-konsulenti u b’liema proċess ġew maħtura konsulenti? Jista’ jgħid ukoll x’tip ta’ servizz taw u x’tip ta’ kuntratt kien?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Jobsplus u Caritas – arranġamenti viġenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’arranġamenti viġenti hemm bejn il-Jobsplus u l-Caritas?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.