Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #18822 Sitting 431 2021-02-23 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol — karozzi leased

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm karozzi leased fil-Ministeru tiegħu?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li fil-Ministeru hemm erba’ karozzi fuq kuntratt ta’ leasing.
Leg 13 PQ #19158 Sitting 431 2021-02-23 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Proġetti Kapitali bi ħruġ ta’ tenders

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-proġetti kapitali li saru jew qed isiru jew se jsiru permezz ta' ħruġ ta' tenders din is-sena li għalihom il-letters of acceptance lill-kuntratturi rispettivi nħarġu matul is-sena 2020 jew din is-sena? Jista' jgħid kemm hu l-valur f'ċifri ta' euro ta' kull proġett imsemmi u minn liema vot/i kapitali se jittieħdu l-flus?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.

Indis/Malta Enterprise – kumpaniji megħjuna

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm-il kumpannija kienet megħjuna mill-Indis/Malta Enterprise sena b'sena mit-2013 sal-lum biex twaqqaf impriża f'Għawdex? Kemm kien l-investiment totali sena b'sena ta' dawn il-kumpaniji? Kemm ħaddiema qed iħaddmu llum?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika – postijiet ta’ impjegati pubbliċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema postijiet ta' impjegati pubbliċi ġew identifikati mill-Bord u li ssir referenza għalihom fl-artikolu 4 tal-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika (Kap. 595 tal-Liġijiet ta' Malta)?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lil Ministru kkonċernat.
Leg 13 PQ #19173 Sitting 431 2021-02-23 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali

Għawdex – Social Housing

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'ibbenefika Għawdex u l-Għawdxin kull sena mill-2015 'il hawn: a. minn sussidju fuq imgħax dwar self fuq akkwist ta' djar, eċċ ( house loans ) taħt l-iskemi kollha tas- Social Housing u tal-Awtorità tad-Djar; b. minn sussidju ta' kera; c. minn xogħlijiet ta' titjib f'oqsma ta' djar; d. minn tiswijiet f' tenements tal-gvern; u e. minn bini ta' djar, maisonettes , flats , eċċ? Jista' jgħid ukoll x'kienet in-nefqa għal kull sena mill-2013 'il hawn fuq kull waħda mill-items (i) sa (v) hawn fuq u f'liema lokalitajiet saru x-xogħlijiet, it-tiswijiet u l-bini ta' djar, eċċ? Jista’ jgħid wkoll x'tip ta' xogħlijiet, tiswijiet u bini (djar, maisonettes u flats separatament) sar?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fid-dokument li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Ta’ min jgħid illi t-tiswijiet imsemmija saru kollha fil-Qasam tad-Djar taċ-Ċawla Rabat Għawdex u kienu jikkonsistu f’tiswijiet strutturali ta’ soqfa, gallariji u bjut kif ukoll tiswijiet fil-partijiet komuni bħal tibdil tal-katusi tad-drenaġġ u ilma tax-xita, tibdil ta’ aperturi u meter cupboards.
Leg 13 PQ #19174 Sitting 431 2021-02-23 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – għajnuna tal-Gvern lid-Djar tal-Anzjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'għajnuna ta l-Gvern lid-Djar tal-anzjani li joperaw fis-settur privat f'Għawdex għal kull sena mill-2013 'il hawn?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru għal Ghawdex ma ta l-ebda għajnuna lid-Djar tal-Anzjani li joperaw fis-settur privat f’Għawdex. Il-Ministeru jixtri s-servizz tas-sodod għall-anzjani.
Leg 13 PQ #19175 Sitting 431 2021-02-23 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Setturi bankarji – drittijiet ta’ utenti anzjani li mhumiex computer literate

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri qed jittieħdu da parti tal-entitajiet regolatorji responsabbli għas-settur bankarju li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu biex jiġu mħarrsa l-interessi u drittijiet tal-utenti anzjani tas-servizzi finanzjarji li wħud minnhom huma computer illiterate u dan fid-dawl taż-żieda, da parti ta’ ħafna mill-banek, ta’ mezzi elettroniċi biex isiru diversi tranżazzjonijiet finanzjarji fejn allura qed jiżdied in-numru ta’ anzjani li qed ikunu iżjed u iżjed emarġinati mis-soċjetà, peress li m’għandhomx il-ħila neċessarja biex jagħmlu użu mill-għodda tad-dinja diġitali?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onorevoli interpellant li, b’riżultat tar-restrizzjonijiet imposti kawża tal-pandemija, f’Marzu tal-2020 il-Bank Ċentrali ta’ Malta ppubblika d-Direttiva 17. L-iskop ta’ din id-Direttiva kien li kemm jista’ jkun jitnaqqas il-b¿onn għal-klijenti tal-banek biex imorru fiżikament ġewwa fergħa ta’ xi Bank biex jinqdew fir-rigward ta’ depożiti ta’ flus kontanti jew ċekkijiet, kif ukoll tisrif ta’ ċekkijiet jew ġbid ta’ flus kontanti, bl-eċċezzjoni fejn ġbid ta’ flus kontanti jeċċedi l-€500. B’din id-Direttiva il-Banek m’għandhomx aktar obbligu li jaqdu fil-fergħat tagħhom dawk il-persuni li għandhom il-faċilità tal-u¿u tal-ATMs biex jiġbdu flus kontanti għal ammont ta’ inqas minn €500, jew biex jiddepożitaw ċekkijiet u flus kontanti. B’hekk, dan l-arranġament jippermetti lil dawk il-persuni li m’għandhomx aċċess għall-ATMs jew internet banking, bħal bosta anzjani, sabiex ikollhom aktar spazju biex jinqdew fil-fergħat tal-banek. Apparti minn dan, Direttiva Nru 17 tippermetti wkoll li persuni, bħall-bosta anzjani, li ma jużawx l-ATMs jew internet banking, u jixtiequ jsarffu xi ċekk, inkluż ċekk li jkun pagabbli esklussivament lilhom (“only” cheque), bħal ċekk tal-pensjoni jew xi benefiċċju soċjali, jgħaddu dan iċ-ċekk lill-persuna ta’ fiduċja tagħhom biex dan tal-aħħar jgħaddilhom flus kontanti u l-persuna ta’ fiduċja tiddepożita dan iċ-ċekk fil-kont tagħha, biex b’hekk persuni anzjani li jixtiequ jiġbdu xi flus mill-bank ma jkollhomx għalfejn imorru ġewwa fergħa għal dan il-għan. Fiż-żmien li ġej din id-Direttiva għandha tiġi riveduta. Madankollu nfakkar li f’Malta għad hawn banek li joffru s-servizzi bankarji kollha permezz tal-fergħat tagħhom.

Bdiewa, Raħħala u Sajjieda Għawdxin – għajnuna finanzjarja

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'għajnuna finanzjarja ħadu l-bdiewa, ir-raħħala u s-sajjieda Għawdxin rispettivament għall-bini ta' irziezet, serer, ġwiebi u strutturi oħra kif ukoll għax-xiri u l-immodernizzar ta' inġenji, makkinarju u opri tal-baħar sena b'sena mill-2013 sal-lum? Jekk jogħġbu, jista' jagħti dan it-tagħrif skont it-tip ta' għajnuna u skont għal xiex kienet l-għajnuna?

Response (REFALO, ANTON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f’seduta oħra.

Freeport – skemi għar-residenti ta’ Birżebbuġa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Freeport hux ser joħroġ xi skemi oħra, apparti l-iskema tad-double glazing, biex tittaffa t-tbatija tar-residenti ta' Birżebbuġa?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li meta u jekk ikun hemm mizuri jithabbru fil-mument opportun.

Freeport – ħaddiema li twaqqfu mix-xogħol minħabba emmissjonijiet fl-arja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk fl-aħħar sentejn kienx hemm okkażżjonijiet li ħaddiema tal-Freeport twaqqfu mix-xogħol minħabba emmissjonijiet fl-arja minn intrapriżi oħra fil-viċinanzi? Jista’ jagħti dettalji ta' tali okkażżjonijiet?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kumpanija li topera mill-Port Hieles hija privata u ghalhekk il-Korporazzjoni m’ghandiex talli informazzjoni u qatt ma dahlu rapport diretti ghand il-Koprporazzjoni f’dan ir-rigward.

Hate Crime and Speech Unit – ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna hija impjegata fil-Hate Crime and Speech Unit?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor Interpellant li permezz ta’ l-Avviz Legali 418/2020 li waqqaf l-‘Victim Support Agency’ (VSA), l-ħaddiema mpjegati fil-Hate Crime and Speech Unit se jiġu integrati mal-VSA. Dawn jinkludu professjonisti li jipprovdu servizz terapewtiku, u oħrajn fl- amministrazzjoni. B’kollox jammontaw għal disa (9) mpjegati.

Hate Crime and Speech Unit u Victim Support Agency – appoġġ psikoloġiku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema tip ta’ appoġġ psikoloġiku jingħata mill-Hate Crime and Speech Unit u l-Victim Support Agency, kemm hemm persuni impjegati biex jagħtu dan l-appoġġ u kemm-il każ ingħata dan l-appoġġ minn kemm ilu li dan il-Unit ġie mwaqqaf?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor Interpellant li hekk kif irreġistrat mill-Hate Crime and Speech Unit li twaqqaf f’ Ottubru 2019, l-ammont ta’ vittmi li kellhom bzonn appoġġ emozzjonali kienu disgħa u tletin (39) minn tlieta u sittin każ (63), filwaqt li ġew referuti tmienja (8) għat-terapija. Il-Hate Crime and Speech Unit kellha erba’ (4) professjonisti jaħdmu f’dan il-qasam full time. Dawn l-istess professjonisti ġew integrati fil-Victim Support Agency, filwaqt li l-istess aġenzija qiegħda tħejji pjanijiet sabiex jkunu ngaġġati aktar professjonisti f’ dan ir-rigward.

Hate Crime and Speech Unit – assistenza legali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il-vittma talbet u ngħatat assistenza legali mill-Hate Crime and Speech Unit, u min huwa inkarigat sabiex jagħti din l-assistenza legali u dan minn meta ġie mwaqqaf il-Unit?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Skont l-informazzjoni rreġistrata mill-Hate Crime and Speech Unit sa minn Ottubru 2019, disa’ (9)vittmi talbu l-assistenza legali u dan is-servizz ġie mogħti mill-avukati tal-Hate Crime and Speech Unit.

Hate Crime and Speech Unit – kuntatt fuq l-online chat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kuntatt kien hemm fuq l-online chat li jipprovdi l-Hate Crime and Speech Unit u dan sa minn meta ġie mwaqqaf dan is-servizz?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor Interpellant li sa mit-twaqqif tas-servizz jiġifieri Ottubru 2019, il-Hate Crime and Speech Unit irreġistrat 328 kuntatt fuq online chat. Dan is-Servizz se jkun integrat fil-Victim Support Agency.

National Sexual Health Strategy

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm ilha li ġiet varata l-aħħar National Sexual Health Strategy u f’liema sena ġiet varata?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-aħħar Politika Nazzjonali dwar is-Saħħa Sesswali kienet varata f’Novembru 2010. Wara perjodu ta’ konsultazzjoni ma’ stakeholders ġiet ippublikata Strateġija dwar is-Saħħa Sesswali f’ 2011. Ninfurmaha ukoll illi bħalissa qed isir xogħol fuq National Sexual Health Strategy ġdida.