Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #18830 Sitting 432 2021-02-24 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — karozzi leased

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm karozzi leased fil-Ministeru tiegħu?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa fil-Ministeru tiegħi hemm żewġ karozzi leased.

Ministeru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal — karozzi leased

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm karozzi leased fil-Ministeru tiegħu?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-Ministeru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal għandu 5 karozzi leased.
Leg 13 PQ #19177 Sitting 432 2021-02-24 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Reġistrazzjoni ta’ residenza minn Malta għal Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni li ttrasferew ir-reġistrazzjoni tar-residenza tagħhom minn Malta għal Għawdex mill-1 ta' Jannar 2013 sal-lum, qed jaħdmu f'Għawdex illum?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li Jobsplus ma’ jkollhiex informazzjoni dwar kemm kien hemm persuni li ttrasferew ir-reġistrazzjoni tar-residenza tagħhom minn Malta għal Għawdex.
Leg 13 PQ #19211 Sitting 432 2021-02-24 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

MFSA – penalitajiet amministrattivi

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 18898, jista’ l-Ministru jgħid fir-rigward tas-sena 2017 kemm mill-penalitajiet amministrativi mposti għal dik is-sena, fattwalement ġew miġbura mill-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA)? U x’kienet ir-raġuni, jekk parti jew l-ammont kollu s’issa ma ġiex miġbur?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-total ta’ penalitajiet amministrattivi mponuti f’din is-sena kienu disgħa (9), li ammontaw għas-somma totali ta’ € 686,774 u l-ebda waħda minnhom ma’ ġiet appellata. Tmienja (8) minn dawn il-penalitajiet amministrattivi ġew imħallsa filwaqt li multa waħda baqat ma tħallsitx minkejja li l-MFSA ħadet passi biex tirkupra l-ammont dovut.

GU Clinic – servizzi

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il persuna rċeviet servizz mill-GU clinic għal kull sena mis-sena 2013?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fl-2013 kien hemm 3,035 attendenza fil-GU clinic, fl-2014 3,946, fl-2015 kien hemm 4,504, fl-2016 6,022, fl-2017 6,277, fl-2018 7,218 filwaqt li fl-2019 kien hemm 7,469 u fl-2020 4,718. Dawn l-attendenzi fost oħrajn jinkludu diversi trattamenti, testijiet u konsultazzjonijiet. Ninfurmaha ukoll illi persuna tista’ tattendi l- GU Clinic għal aktar minn darba fis-sena kif filfatt jiġri.

Servizzi tal-GU Clinic mogħtija minn kliniċi tal-gvern fil-lokalitajiet

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm minn dawk is-servizzi li jingħataw mill-GU Clinic fl-Isptar Mater Dei, jingħataw ukoll minn kliniċi tal-gvern fil-lokalitajiet?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi sal lum is-servizzi tal-GU Clinic jingħataw biss minn Mater Dei. Bħalissa qed jitfasslu l-pjanijiet sabiex dan is-servizz jiġi esti¿ ukoll fuq livell ta’ kura primarja u b’hekk parti mis-servizz ikun jista’ jibda jingħata wkoll miċ-Ċentri tas-Saħħa u mill-Kliniċi fil-Komunità.

Formolarju tal-mediċini essenzjali – contraceptive pill

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk huwiex qed jikkunsidra li jqiegħed il-contraceptive pill fuq il-formolarju tal-mediċini essenzjali, u jekk iva meta huwa ppjanat li dan iseħħ u għal liema pazjenti?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bħalissa qiegħed isir xogħol fuq strateġija olistika dwar is-saħħa sesswali.

Testijiet tal-HIV

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il test għal HIV sar għal kull xahar minn Mejju 2020, u jindika kemm-il każ instab pożittiv?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi minn Mejju tal-2020 sa Diċembru tal-2020 sar 14,335 test għal-HIV li minnhom 62 irri¿ultaw li kienu po¿ittivi.

Strateġija għal gender equality mainstreaming

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta beda x-xogħol fuq strateġija għal gender equality mainstreaming għal gvern u meta huwa ppjanat li din il-policy tiġi varata?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpallant li t-taqsima għall-Integrazzjoni tal-Ġeneru twaqqfet f’Jannar 2019 u minn hemm beda ix-xogħol fuq dan l-abbozz ta’ politika, b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Konsultattiv għad-Drittijiet tan-Nisa. Huwa ppjanat li din l-istrateġija titnieda fit-tieni kwart tal-2021.
Leg 13 PQ #19291 Sitting 432 2021-02-24 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Tender for Finishing Works including the use of Environment Friendly Paint Material at Villa Lauri

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 17128 jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar it-tender 'CT2423/2019 - Tender for Finishing Works including the use of Environment Friendly Paint Material, at Villa Lauri, Valley Road Birkirkara' li għalqet fis-7 ta' Lulju 2020 u jgħid fiex wasal il-proċess biex din l-imsemmija tender tiġi awarded?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tender qiegħed fi stadju ta’ evalwazzjoni.

Għawdex – Għasri – Triq il-Lanterna – xogħlijiet — permessi

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 18901 rigward permessi għal xogħlijiet fi Triq il-Lanterna ġewwa l-Għasri fejn intqal minnek 'li x-xogħlijiet fuq it-triq li twassal għall-Fanal tal-Ġordan jikkonsistu minn rikostruzzjoni ta’ triq eżisteni fejn tali xogħol huwa meqjus bħala żvilupp permess skont Klassi 3 fl-Ewwel Skeda tal-Liġi Sussidjarja numru 552.08.' jista’ l-Ministru jispjega x'inhuma r-raġunijiet li saret applikazzjoni quddiem il-PA bin-numru DS/00285/20 'To Sanction new works and the removal of dangerous structures, including cascading road structure, retaining walls, and rubble walls and shoring of the same structures and rebuilding of rubble walls to capture falling debris' mill-Ministeru għal Għawdex u l-permess meħtieġa għadhom ma ħarġux? Jista’ jgħid fiex kienu jikkonsistu dawn in-'New Works' li saru bla permess?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’dan il-każ ma kienx hemm il-ħtieġa ta’ tali applikazzjoni tenut tal-fatt li tali ¿vilupp huwa meqjus bħala żvilupp permess u kien hemm il-ħtieġa li jsiru interventi b’urġenza minħabba sigurtà pubblika, xogħlijiet li huma ukoll mhux meqjusa bħala żvilupp skont l-Artikolu 70 tal-Att VII tal-2016. Infakkar li t-triq kienet fi stat prekarju u bi ħsarat strutturali sostanzjali, inkluża ħsara fil-bażi u l-ħitan li fuqhom kienet qed isserraħ l-istess triq, kif joħroġ mill-applikazzjoni ta’ ‘dangerous structure’ DS/00285/20.
Leg 13 PQ #19293 Sitting 432 2021-02-24 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Rabat Għawdex – proġett tal-Gozo Museum – project leader

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min hu l-Project Leader (isem, kunjom u grad ta' individwu) tal-Proġett tal-Gozo Museum ġewwa r-Rabat Għawdex?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Project Leader tal-proġett tal-Gozo Museum huwa Uffiċjal fi Skala 9 fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex.

Sptar Ġenerali t’Għawdex – Emergency Ambulance Responder

Question

B'referenza għas-sejħa li ħarġet reċentement biex jiddaħħlu persuni fil-grad ta' 'Emergency Ambulance Responder at the Gozo General Hospital' jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid fil-ġimgħat li ġejjin kemm hemm ippjanati li jiddaħħlu ħaddiema f'dan il-grad skont il-Capacity Building?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi sal-aħħar ta’ din is-sena ser ikun hemm bżonn 4 replacements fl-isptar Ġenerali t’Għawdex. Ninfurmah ukoll illi n-numru ta’ postijiet vakanti jkunu jiddependu mill-esiġenzi tas-servizz. Ir-riżultat huwa validu għal perjodu ta’ sena.

Ministeru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli — tender/direct order lill-kumpanija

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18214, tista' l-Ministru tgħid jekk il-Ministeru tagħha jew xi entità li taqa' taħtha tawx tender jew direct order lil kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-2013 sissa? Jekk iva, tista' tagħti l-informazzjoni sena b’sena?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kumpanija msemmija ma ġew mgħotija l-ebda tender jew direct order la minn naħa tal-Ministeru tiegħi u lanqas mill-entitajiet mid-dekasteru tiegħi.
Leg 13 PQ #19323 Sitting 432 2021-02-24 Oral · Final From: DAVID THAKE To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Ministeru għall-Edukazzjoni — tender/direct order lill-kumpanija

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18213, tista' l-Ministru tgħid jekk il-Ministeru tagħha jew xi entità li taqa' taħtha tawx tender jew direct order lil kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-2013 sissa? Jekk iva, tista' tagħti l-informazzjoni sena b’sena?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninsab infurmata li d-Direttorati/Entitajiet fi ħdan il-Ministeru tiegħi qatt ma taw tender jew direct order lil kumpanija li d-dettalji dwarha ngħataw separatament mill-2013 lil hawn.

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja — tender/direct order lill-kumpanija

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18215, tista' l-Ministru tgħid jekk il-Ministeru tagħha jew xi entità li taqa' taħtha tawx tender jew direct order lil kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-2013 sissa? Jekk iva, tista' tagħti l-informazzjoni sena b’sena?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja kif ukoll l-entitajiet li jaqgħu taħtu, ma tawx tenders jew direct orders lill-kumpanija imsemmija.

Riforma tal-Gvern Lokali — Steering Committee - membri

Question

Jista’ l-Ministru jispjega l-kriterji għal għażla tal-membri tal-Isteering Committee tar-Riforma tal-Gvern Lokali u kemm ser jitħallsu dawn il-membri kif ukoll liema xogħol ser ikun qed jagħmlu u f'liema perjodu?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi il-membri ta’ dan l-Isteering Committee ġew maħtura skont l-istess kriterji li jintużaw f’ħatra ta’ bordijiet jew kumitati simili, fejn il-membri kollha għandhom esperjenza fil-management, policy, jew Kunsilli Lokali. Ic-Chairperson jitħallas €13,747.89 fis-sena filwaqt li l-membri jitħallsu €5,328.15 fis-sena. Ix-xogħol ta’ dan il-Kumitat beda fl-2019, b’għoxrin punt għar-riforma, li ġew mgħaqqda fi tlettax-il punt. Għaxra minn dawn il-punti diġa kienu implimentati, u x-xogħol għaddej b’ritmu tajjeb sabiex jiġu konklużi l-aħħar tlett punti. Fit-tieni stadju tar-riforma, il-Kumitat qed iħejji policy review tal-Gvern Lokali. Id-dokument ta’ konsultazzjoni qiegħed fl-aħħar stadju qabel jiġi finalizzat u għandu jiġi ppubblikat għal konsultazzjoni pubblika fil-ġimgħat li ġejjin. Il-Kumitat qiegħed jaħdem ukoll fuq dokument ta’ policy review rigward l-għaxar pilastri għal komunitajiet aktar inklussivi, liema dokument għandu jiġi mqassam għal konsultazzjoni mal-Kunsilli Lokali, NGOs u stakeholders oħrajn.
Leg 13 PQ #19348 Sitting 432 2021-02-24 Oral · Final From: EDWIN VASSALLO To: Ministeru għall-Edukazzjoni

MCAST — Student - ħlas ta' refund

Question

Tista' l-Ministru tara x'jista’ jsir fil-każ ta’ dan l-istudent tal-MCAST (li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament) li qed ikun mitlub iħallas refund ta' €166.47 bħala refund tal-maintenance grants, li skont l-MCAST, ir-raġuni li dan l-istudent ikollu jħallas ir-refund hi għax ma għaddiex mill-eżami, imma minħabba l-lockdown kien għamel l-eżami mid-dar, u ma kellux LSA miegħu?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninsab infurmata li minħabba li l-istudent weħel mill-kors li kien qed isegwi, intużat il-proċedura msemmija fil-Legal Notice 308 tas-sena 2016.