Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta — laqgħat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarux iktar laqgħat mal-Kunsilliera tal-Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta mill-aħħar laqgħa fl-2019? Jekk iva, jistgħu jitqiegħdu l-minuti fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena li għaddiet (2020) u din is-sena (2021) saru żewġ laqgħat mal-Kunsilliera tal-Kunsill tal-Maltin li Jgħixu barra minn Malta. Dawn il-laqgħat saru f’forma virtwali minħabba l-pademija COVID-19 fis-16 ta’ Ottubru 2020 u fit-3 ta’ Frar 2021 rispettivament. Filwaqt li qiegħed inpoġġi kopja tal-minuti tal-ewwel laqgħa (dik li nżammet fis-16 ta’ Ottubru 2020) fuq il-Mejda tal-Kamra, il-minuti tat-tieni laqgħa tat-3 ta’ Frar 2021 ma jistgħux ikunu mpoġġija minħabba li għad iridu jiġu approvati mill-membri tal-Kunsill. Għaldaqstant l-Onorevoli Interpellant jista’ jitlob kopja tal-istess minuti meta dawn jiġu approvati mill-Kunsill fil-laqgħa li jmiss.

Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta — kunsilliera ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma attwalment il-Kunsilliera ġodda tal-Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta li ħadu post dawk li rriżenjaw u x’kienet ir-raġuni tar-riżenja tagħhom?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li l-Kunsilliera li rriżenjaw mill-kariga s-sena li għaddiet kienu tnejn: Is-Sur Shane Delia u s-Sa. Anita Grillo, liema Kunsilliera rre¿enjaw mill-kariga għal raġunijiet personali. Posthom ittieħed mis-Sur John Vassallo u s-Sa Georgina Bugeja rispettivament.

Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta- CMLA – Road Map

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’ġie implimentat s’issa mir-Road Map tas-CMLA li l-Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta vvota dwarhom u li kien hemm qbil anki mill-Ministeru dwarha?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għal PQ bin-numru 19523.

Ambaxxati u rappreżentanzi diplomatiċi ta’ Malta – Sistema tal-accounts ġdida

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kemm-il-darba huwiex ikun hemm assistenza da parti tal-Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol lid-diversi ambaxxati u rappreżentanzi diplomatiċi ta’ pajjiżna in vista tas-sistema l-ġdida tal-accounts? Jista’ f’dan jikkonferma li jidher li kien hemm uħud li ma setgħux jagħlqu l-accounts tas-sena li għaddiet?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill Onor. Interpellant li dan il-Ministeru qed isib l-assistenza kollha neċessarja mingħand is-sezzjoni tas-CFMS fi ħdan it-Te¿or. Nista wkoll nikkonferma illi l-Ambaxxati kollha għalqu l-accounts tas-sena li għaddiet.

Rappreżentanzi Diplomatiċi ta’ Malta – kredituri u debituri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kredituri u debituri kellhom ir-rappreżentanzi diplomatiċi ta’ pajjiżna fl-aħħar tas-sena li għaddiet?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Informazzjoni mitluba tinsab fit-tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Senior Counsellors

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm għad fadal diplomatiċi tal-karriera li huma fil-grad ta’ Senior Counsellors u għadhom ma ngħatawx pożizzjoni ta’ Ambaxxatur, Kummissarju fil-Kummissjoni Għolja jew Rappreżentant Permanenti?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat illi fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej, hawn Senior Counsellor tal-karriera wieħed li diġà kellu l-opportunità li jservi kemm bħala Ambaxxatur u anke bħala Kummissarju Għoli għal pajjiżna.

Lands Authority – art ta’ Forti Salvatur il-Kalkara

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għand min għaddiet l-art ta’ Forti Salvatur fil-konfini tal-Kalkara l-Awtorità tal-Artijiet u meta sar il-kuntratt ta’ trasferiment? Jekk hemm kuntratt, jista’ l-Ministru jgħid jistax jiġi ppublikat?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Ta’ Xbiex – Xatt — Drenaġġ

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19298, peress li hemm drenaġġ ħiereġ minn ċertu restoranti, tista’ l-Ministru tikkonferma dan u tgħid x’se jsir biex dan l-inkonvenjent jispiċċa?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din l-area indikata tippreżenta numru ta’ sfidi minħabba nuqqas ta’ ppjanar serju fil-passat. Għalhekk il-Korporazzjoni, flimkien ma’ entitajiet oħrajn għandha pjan għal soluzzjoni permanenti u fit-tul. Il-Korporazzjoni beħsieba timplimenta żewġ proġetti li ħa jsiru fil-futur qarib fejn ser isir tibdil tal-medda matul Triq ix-Xatt Ta’ Xbiex li se jkun iffinanzjat kollu mill-Korporazzjoni. Filwaqt li mistenni wkoll jitwettaq proġett ieħor li għandu jiġi mplimentat flimkien ma entita oħra matul l-istess triq. Permezz ta’ dawn il-proġetti, se nkunu qed ntejbu l-kapaċita tal-mejnijiet, kif ukoll jintużaw mezzi sabiex nissiġillaw il-pajpijiet u l-manholes biex jiġi evitat l-infiltraġġ tal-ilma baħar u b’hekk ikollna upgrade fis-sistema tal-akwati. Barra minn hekk, ħa jsir upgrade fil-pompi tal-pumping stations tal-viċinanzi, tal-Msida u tal-Gżira, li wkoll se jikontribwixxu għall-benefiċċju tas-sistema ta’ din iż-żona.

Dar tal-Anzjani taż-Żejtun – antenna tat-TV

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux veru li l-antenna tat-TV ġewwa d-Dar tal-Anzjani taż-Żejtun ilha kważi tlieta/erba’ xhur ma taħdem u li l-familjari tal-anzjani residenti hemm, qed jiġu mitluba biex privatament jipprovdulhom “a private Home pack” jekk iriduhom jaraw it-TV?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-antenna tad-dar residenzjali msemmija taħdem iżda l-problema hi s-signal tal-fornitur tas-servizz li sar baxx. B’riżultat ta’ dan ċertu stazzjonijiet m’humiex jidħlu. Għaldaqstant, l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità laħqet ftehim ma’ fornitur tas-servizz sabiex jibda x-xogħol neċessarju biex jiġi provdut pakkett ġdid ta’ stazzjonijiet tat-televiżjoni fid-djar residenzjali kollha tal-gvern.

Infrastructure Malta — Bini ta' toroq

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18986 u jelenka liema huma l-ismijiet tat-toroq u f’liema lokalitajiet li għalihom għamel referenza fir-risposta parlamentari 18693 (total 655 triq) meta qal “Fil-ftit żmien kemm ilha li twaqqfet, l-aġenzija diġà bniet mill-ġdid u għamlet titjib f’madwar 500 triq. Matul l-2020 bniet mill-ġdid mal-155 triq residenzjali u bħalissa għaddejjin xogħlijiet f’għexieren ta’ toroq oħrajn” . Dan meta bħala aġenzija kien qed jirreferi ghall-Infrastructure Malta?

Response (BORG, IAN)

Huwa ta’ sodisfazzjon għall-Gvern li fl-aħħar l-Oppożizzjoni qed tibda tinnota l-ħidma bla heda li qed jagħmel il-Gvern fl-infrastruttura tat-toroq f’pajjiżna. Naħseb huwa importanti li nifhmu ftit sew in-numri li qed issir referenza għalihom. L-ewwelnett, in-numru zero. Dan huwa n-numru ta’ toroq li kienu jinbnew mill-ġdid jew isirilhom titjib li kieku kien għall-Oppo¿izzjoni u l-Membri Parlamentari tagħha, fosthom l-Onorevoli Cutajar, li fl-2018 ivvutaw kontra t-twaqqif ta’ Infrastructure Malta. Iżda l-Gvern ma qatax qalbu mill-politika negattiva tal-Oppożizzjoni dwar Infrastructure Malta. Fil-fatt, kif qed jgħid sew l-Onorevoli Cutajar, Infrastructure Malta bniet mill-ġdid jew wettqet titjib f’madwar 500 triq minn meta twaqqfet. Sabiex niċċaraw ftit il-figuri li qed jikkwota l-Onor. Cutajar, Infrastructure Malta wettqet xogħlijiet f’madwar 500 triq minn meta twaqqfet fl-2018 sal-lum. Fl-istess tweġiba għal mistoqsija parlamentari li qed jirreferi għaliha, għidna wkoll li fl-2020 bnejna mill-ġdid mal-155 triq residenzjali. Naturalment, kulħadd jifhem li l-155 li saru fl-2020 huma parti mill-500 li saru mill-2018 sal-lum. Għalhekk, m’huwiex ċar eżattament għaliex l-Onorevoli Cutajar iddeċieda li jgħoddhom flimkien u jitlob għal figura ta’ 655 triq. Sabiex nagħtu eżempju aktar sempliċi, jekk mill-bidu tal-2019 ‘l hawn għaddew madwar 25 xahar u fl-2020 kien hemm 12-il xahar, dan ma jfissirx li b’kollox kien hemm 37 xahar. L-ismijiet tat-toroq huma Pjazza biswit Triq Lampat, Pjazza San Leonardu, Sqaq Ballott, Sqaq Barcellona, Sqaq Brimbu, Sqaq Buhar, Sqaq fi Triq Bieb ir-Ruwa limits of Bahrija, Sqaq fi Triq il-Kuncizzjoni, Sqaq fi Triq tal-Ferha, Sqaq fi Triq Wied l-Isqof, Sqaq Fra Diegu, Sqaq Fuqwied Betti, Sqaq ic-Cawl, Sqaq il-Gebel, Sqaq il-Girghien, Sqaq Harper, Sqaq il-Hofra, Sqaq il-Lewz, Sqaq il-Maghtab, Sqaq il-Mejda, Sqaq il-Qasba, Sqaq il-Qieghed, Sqaq Ir-Ramlija, Sqaq l-Arkati, Sqaq Lourdes, Sqaq Madre Marija Tereza Spinelli, Sqaq maġenb Ġnien Alexander Ball, Sqaq numru 2 in Triq il-President Anton Buttigieg, Sqaq Numru 3 fi Triq Strejnu, Sqaq numru 4 fi Triq il-Bdiewa, Sqaq numru 5 fi Triq Xrobb l-Ghagin, Sqaq Rajgu, Sqaq Ramlija, Sqaq Rjallu, Sqaq San Alessi, Sqaq San Frangisk, Sqaq San Mikiel, Sqaq San Tumas, Sqaq Santa Marija taz-Zellieqa, Sqaq Santu Wistin, Sqaq Skarpell, Sqaq ta Bieb il-Garra, Sqaq ta' Sejduna, Sqaq ta’ B'Xejn, Sqaq Tal-Barrani numru 2, Sqaq tal-Blajjet, Sqaq tal-Handaq, Sqaq tal-Lhudija, Sqaq tal-Qasam, Sqaq tal-Qlejgha z-Zghira, Sqaq tal-Usif Numru 2, Sqaq tan-Nadur, Sqaq tas-Sejba, Sqaq Urbella, Sqaq Wilga, Sqaq Xlejli, Sqaq iz-Zebbiegh, Telghet il-Kurcifiss, Telghet ix-Xemxija, Trejqa Boxbox, Trejqet Francesco Chircop, Trejqet il-Profs.V.Griffiths in Tas-Salib, Trejqet Kostinjus, Trejqet l-Ghollieq, Trejqet San Frangisk, Trejqet Wied ta Klima, Dawret il-Mellieha, Triq Alessandra, Triq Alofju Wignacourt, Triq Andrea Bogdan, Triq Annetto Caruana, Triq Annibale Preca, Triq Awrekarja, Triq Ballata, Triq Bdoti, Triq bejn Sqaq Alessi u Triq Wied il-Qliegħa, Triq Belle Isle, Triq Bengħajsa, Triq bla isem bejn Ta’ Ħlantun u Triq Ħal-Far, Triq bla isem bejn Triq Godwin Ganado u Triq l-Isqof, Triq bla isem f’Bur ix-Xewk, Triq bla isem f’San Niklaw, Triq bla isem f’Triq l-Imdawra Numru 3, Triq bla isem fi Trejqa tal-Providenza, Triq bla isem fi Triq Busewdien, Triq bla isem fi Triq Conti S.Manduca, Triq bla isem fi Triq Delimara, Triq bla isem fi Triq Delimara, Triq bla isem fi Triq Ghar Dalam, Triq bla isem fi Triq Ghar Ram, Triq bla isem fi Triq Gianpula, Triq bla isem fi Triq Hagar Qim, Triq bla isem fi Triq Hal-Far, Triq bla isem fi Triq Hal-Far, Triq bla isem fi Triq Hal-Farrug, Triq bla isem fi Triq ic-Cens l-Iswed, Triq bla isem fi Triq il-Brolli, Triq bla isem fi Triq il-Gargir, Triq bla isem fi Triq il-Gudja, Triq bla isem fi Triq il-Hofra, Triq bla isem fi Triq il-Hwawar, Triq bla isem fi Triq il-Mellieha, Triq bla isem fi Triq il-Milord, Triq bla isem fi Triq il-Wardija, Triq bla isem fi Triq Inzul ix-xemx, Triq bla isem fi Triq ir-Rabat, Triq bla isem fi Triq ir-Rizza u Triq il-Gandoffla, Triq bla isem fi Triq is-Salvja u Trejqet ix-Xorbett, Triq bla isem fi Triq is-Siggiewi, Triq bla isem fi Triq it-Torri, Triq bla isem fi Triq l-Avjazzjoni, Triq bla isem fi Triq l-Imdawra, Triq bla isem fi Triq l-Immakulata Kuncizzjoni, Triq bla isem fi Triq l-Imnarja, Triq bla isem fi Triq Mikiel Ang Borg, Triq bla isem fi Triq Sabbat, Triq bla isem fi Triq San Guzepp, Triq bla isem fi Triq San Guzepp, Triq bla isem fi Triq San Lawrenz ta’ l-Gholja, Triq bla isem fi Triq San Niklaw, Triq bla isem fi Triq San Pawl tal-Qliegha, Triq bla isem fi Triq Santa Katerina, Triq bla isem fi Triq ta Santi, Triq bla isem fi Triq tal-Barrani, Triq bla isem fi Triq tal-Imdawra, Triq bla isem fi Triq Tartarni, Triq bla isem fi Triq Vjal l-Avjazzjoni, Triq bla isem fil-limit ta ix-Xaghra tax-Xini area, Triq bla isem fix-Xaghra ta Girad limiti tas-Salib, Triq bla isem fl-inħawi Ta’ Faqqani, Triq bla isem fl-inħawi ta’ L-Isbal, Triq bla isem fl-inħawi ta’ Wied Hesri, Triq bla isem fl-inħawi tal-Ajruport, Triq bla isem fl-inħawi tal-Buskett, Triq bla isem fl-inħawi tal-Kuncizzjoni, Triq bla isem fl-inħawi tal-Kuncizzjoni, Triq bla isem fl-inħawi tal-Kuncizzjoni, Triq bla isem fl-inħawi tal-Mithna ta’ Laroka, Triq bla isem fl-inħawi tal-Qawra, Triq bla isem fl-inħawi tal-Qolla, Triq bla isem fl-inħawi tax-Xaghra ta Sentini, Triq bla isem fl-inħawi tax-Xaghra tax-Xini, Triq bla isem fl-inħawi taż-Żebbug, Triq bla isem ħdejn ir-runway il-qadima, Triq bla isem ħdejn Triq Kostinjuz, Triq bla isem ħdejn Triq San Niklaw, Triq bla isem ħdejn Triq Wied is-Sewda, Triq blaisem ħdejn Triq il-Gargir, Triq Brighella, Triq Brolli, Triq Bruka, Triq Btieti, Triq Budaq, Triq Bugharbiel, Triq Buqexrem, Triq Bur il-Kbir, Triq Bur ix-Xewk, Triq Burglat, Triq Burma, Triq Burmarrad, Triq Burmarrad, Triq Caravaggio, Triq Carlo Darmanin, Triq Censu Bugeja, Triq Dawret il-Wied, Triq Delimara, Triq Dun Alwig Galea, Triq Dun G Cilia, Triq Dun Gulio Muscat, Triq Dun Guzepp Micallef, Triq Dun Karm Schembri, Triq Dun Karm Vella, Triq Duncan, Triq Dwiemes, Triq f’Ta Gawhar, Triq Ferdinand Grech, Triq Ferdinand Stuflesser, Triq Filippu Castagnia, Triq fil-limiti ta Hofret ir-Rizz, Triq fil-limiti ta' Wied il-Qoton, Triq fil-limiti tad-Dwejra (ħdejn il-kamra tan-nar), Triq fil-limiti tal-Gebel l-Abjad, Triq fil-limiti tal-Gnien tal-Gibjun, Triq fil-limiti tal-kamra tan-Nar ta’ San Ġorg, Triq fil-limiti tal-kamra tan-nar ta’ San Pawl, Triq fil-limiti tal-Marnizi, Triq fil-limiti Tal-Wilga, Triq fil-limiti tar-Raba Nemel, Triq fil-limiti tas-Salib, Triq fil-limiti Tas-Santi, Triq fil-limiti tat-Torri ta' Triq il-Wiesgha, Triq fl-inħawi tal-Hlantun, Triq fl-inħawi tal-Isbal, Triq fl-inħawi tal-Knisja tan-Natività tal-Madonna, Triq fl-inħawi tal-Minkba, Triq fl-inħawi Tas-Salib, Triq Ferdinandu Inglott, Triq Francis X. Attard, Triq Frans Galea, Triq Frenc Abela, Triq Ġdid fi in Triq ir-Rabat, Triq Ġdid fi Triq Albert Mayr, Triq Ġdid fi Triq il-Buttar, Triq Ġdid fi Triq il-Maddalena, Triq Ġdid fi Triq it-Turretta, Triq Ġdida fi Triq ix-Xbieki, Bahar ic-Caghaq, Triq Ġdida fi Triq l-Gharnuq, Triq Ġdid fi Triq San Pietru, Triq Ġdida fi Triq Sant' Agata, Triq Ġdid fi Triq Tas-Silg, Triq Ġdida fi Triq Tas-Silg, Triq G Despott, Triq Gabriele Henin, Triq Gammari Dalli, Triq Gebel l-Ghomor, Triq Gharram, Triq Ghajn Rihana, Triq Ghawdex, Triq Gianpula, Triq Giorgio Mitrovich, Triq Gnien id-Dwieli, Triq Gorg Borg Olivier, Triq Gorg Zahra, Triq Gorg Zammit, Triq Guze Ellul Mercer, Triq Guzeppi Agius, Triq Guzeppi D'Arena, Triq Guzeppi Despot, Triq Gwann Mamo, Triq Habel Gendus, Triq Hadd in-Nies, Triq Hajt Laringu, Triq Hal Far, Triq Hal Qormi, Triq Hal Tartani, Triq Hal-Mula, Triq Hal-Sajd, Triq Hannibal, Triq Has Saptan, Triq Haz-Zabbar, Triq Hofriet ir-Ritz, Triq ic-Cawsli, Triq ic-Centinarju tal-Parrocca, Triq ic-Cimiterju, Triq id-Dahla ta' San Tumas, Triq id-Dar tal-Providenza, Triq id-Dejqa, Triq id-Disgha t' April, Triq id-Duluri, Triq il-Ballut in Wardija, Triq il-Baqqunier, Triq il-Barrieri, Triq il-Bidnija, Triq Il-Blata l-Kahla, Triq il-Brolli, Triq il-Buskett, Triq il-Buttar, Triq il-Bżulija, Triq il-Familja Cumbo, Triq il-Faqqanija, Triq il-Faqqus, Triq il-Fawwara, Triq il-Ferrovija l-Antika, Triq il-Fortizza, Triq il-Fortizza, Triq il-Fortizza Tal-Grazzja, Triq il-Gamar, Triq il-Gardenja, Triq il-Gargir, Triq il-Gdida, Triq il-Gebel, Triq il-Giebja, Triq il-Gir, Triq il-Gizimin, Triq il-Gojjin, Triq il-Gudja, Triq il-Gzira, Triq il-Haddiema, Triq il-Hali, Triq il-Herba, Triq Il-Hwawar, Triq il-Kacca, Triq il-Kampanjol (Sqaq Janni), Triq il-Kappella, Triq il-Kappella ta' San Mikiel, Triq il-Kapuccini, Triq il-Kapuccini, Triq Il-Kavallerizza, Triq il-Kavallieri ta' Malta, Triq il-Kbira, Triq il-Kejla, Triq il-Konvoj ta' Santa Marija, Triq il-Kostituzzjoni, Triq Il-Kotob, Triq Il-Kuccard, Triq il-Kuncizzjoni, Triq il-Kuncizzjoni, Triq il-Labour, Triq il-Lewz, Triq il-Lewza, Triq il-Luzzu, Triq Il-Maqdes Ruman, Triq il-Marg, Triq il-Marsa, Triq il-Mensija, Triq il-Merhba, Triq il-Mitħna, Triq Il-Mosta, Triq il-Musbieh, Triq il-Palazz l-Antik tal-Gvernatur, Triq il-Palma, Triq il-Patrijiet Terezjani, Triq Il-Pellegrinagg, Triq il-Pepprin, Triq il-Port Ruman, Triq il-Princep Baziliku, Triq il-Principessa Marija, Triq il-Prinjol, Triq il-Prinjol, Triq il-Punici, Triq il-Qalb Imqaddsa, Triq il-Qalb ta' Gesu, Triq il-Qamh, Triq il-Qares, Triq qrib San Anton, Triq il-Vitikulturisti, Buskett, Triq Il-Vjola, Triq il-Wied, Triq Il-Wied, Triq Il-Wilga, Triq il-Wilga, Triq Inguanez, Triq in-Nadur, Triq in-Nahla, Triq in-Newl, Triq in-Nigret, Triq Innocenzju, Triq in-Noqor, Triq in-Noqra, Triq ir-Ramla ta Bir, Triq ir-Rand, Triq ir-Ratal, Triq ir-Remel, Triq San Tumas, Triq is-Santwarju, Triq is-Sarg, Triq is-Serer, Triq is-Snajja, Triq is-Snajja, Triq is-Sorijiet, Triq is-Sur, Triq it-Tabib J Zammit, Triq it-Tahhan, Triq it-Tankijiet, Triq it-Tellerit, Triq it-Tomna, Triq it-Torri, Triq it-Torri, Triq it-Troll, Triq it-Turisti, Triq ix-Xaghra tal-Gzira u ta Ghar Lapsi, Triq ix-Xatba l-Hamra, Triq ix-Xewk, Triq ix-Xghir, Triq iz-Zebbug, Triq iz-Zejtun, Triq iz-Zewg Mini, Triq iz-Zinzell, Triq J S Calleja, Triq John Adye, Triq John Zammit, Triq Joseph Pace, Triq JP Vassallo, Triq Kalamija, Triq Kananea, Triq Kanonku Karmenu Pirotta, Triq Kordin, Triq Kumbu, Triq La Sengle, Triq l-Apparell, Triq Lapsi, Triq l-Ghaqba, Triq l-Gharghar 1979, Triq l-Gharix, Triq l-Gharnuq, Triq l-Ghasir, Triq l-Gherien, Triq l-Gholjiet Ta Guno, Triq l-Indipendenza, Triq l-Iljun, Triq l-Imdina, Triq limiti ta Wied Ganu, Triq l-Imradd, Triq l-Indipendenza, Triq l-Iskola, Triq l-Industrija, Triq l-Iskuna, Triq l-Ispnott, Triq l-Istamnar, Triq Little Armier, Triq Luigi Fontana, Triq Lunzjata, Triq Luqa Briffa, Triq Luqa Briffa, Triq M Moran, Triq Madre Tereza, Triq Madre Tereza, Triq Mahatma Ghandi, Triq Marjanu Gerada, Triq Martin Luther King, Triq Michael Fsadni, Triq Mike Pulis, Triq Misrah il-Barrieri, Triq Misrah Suffara, Triq Mons Mikiel Azzopardi, Triq Mons Anton Cilia, Triq Mons Penza, Triq Mro Frank Galea, Triq Nazju Ellul, Triq Nicola Ardonio, Triq Nicolo Isouard, Triq Nikola Azzopardi, Triq Notabile, Triq Oliver Agius, Triq Patri Tumas Xerri, Triq Pawlu Debono, Triq Pitkali, Triq Prepostu, Triq Prosperpina, Triq Qortin, Triq Raddet ir-Roti, Triq Ras il-Gebel, Triq Raymond Caruana, Triq Razzett l-Ahmar, Triq Rinella, Triq Robert Farrugia Randon, Triq Ruzar Briffa, Triq Sagra Familja, Triq Sammat, Triq San Benedettu, Triq San Dawdar, Triq San Dwardu, Triq San Filippu, Triq San Frangisk, Triq San Frangisk t'Assisi, Triq San Gorg, Triq San Gorg, Triq San Gwann, Triq San Martin, Triq San Mikiel, Triq San Oswald, Triq San Patrizju, Triq San Pawl, Triq San Pawl Kuntent, Triq San Pawl tal-Pitkali, Triq San Pawl tal-Qliegha, Triq San Silvestru, Triq San Tumas, Triq San Xmun, Triq Santa Elena, Triq Santa Katarina, Triq Santa Katerina, Triq Santa Katerina, Triq Santa Katerina tal-Baqqari, Triq Santa Marija, Triq Santa Marija, Triq Santa Marija taz-Zellieqa, Triq Santa Rosa, Triq Santu Kristu, Triq Santu Rokku, Triq Santu Rokku, Triq Sir Adrian Dingli, Triq Sir Arturo Mercieca, Triq Sliema, Triq Suffara, Triq Ta' Benghisa, Triq ta Ghar Lapsi (Ta’ Srug), Triq ta' Giligejla, Triq ta' Giorni, Triq ta' Karlozzu, Triq ta' Muddejn, Triq Ta Qadi, Triq Ta' San Niklaw, Triq ta' Vnezia, Triq ta’ Bellu, Triq ta’ Bur ix-xewk, Triq ta’ Lampat, Triq ta’ l-Andar, Triq ta’ Loreto, Triq ta’ Rumi, Triq ta’ Serena, Triq tal-Gebel, Triq tal-Ghaqba, Triq tal-Handaq, Triq tal-Hlas, Triq tal-Lunzjata, Triq tal-Merhliet, Triq tal-Milord, Triq tal-Papa, Triq tal-Qlajja, Triq Taltas, Triq tal-Virtu, Triq Tal-Wej, Triq tas-Sriedek, Triq tat-Targa, Triq tat-Troll, Triq taz-Ziri, Triq Thomas Ashby, Triq Tmienja ta’ Mejju, Triq Toni Zahra, Triq Torri Mamo, Triq Tumas Fenech, Triq Ugo Mifsud, Triq Valletta, Triq Valletta, Triq Victor Pasmore, Triq Villambrosa, Triq Vincenzo Dimech, Triq Wied Fulija, Triq Wied Ghollieqa, Triq Wied Ghomor, Triq Wied il-Kbir, Triq Wied is-Sewda, Triq Wied is-Sir, Triq Wied iz-Zebbug (Tal-Gwiedi), Triq Wied l-Isqof, Triq Wied Rini, Triq Wied tal-Lewza, Triq Wied Xkora, Triq Wilga, Triq Xaghra tal-Knisja, Triq Xrobb l-Ghagin, Triq Zaren Dalli, Triq Znuber, Vjal ir-Rihan, Vjal It-Torri, Vjal Milbrae u fl-aħħar u mhux l-inqas Vjal Sir Temi Zammit. Dawn it-toroq jinsabu tista’ tgħid fil-lokalitajiet kollha f’Malta.
Leg 13 PQ #19554 Sitting 433 2021-03-01 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ittra ta' riżenja

Question

Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ittra ta' riżenja tas-Segretarju Parlamentari għad-drittijiet ċivili u r-riformi fi ħdan il-Ministeru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill -Onor Interpellant għal-istqarrija nru 210411 maħruġa mill-Gvern fil-25 ta’Frar 2021 , li kopja tagħha qed titpoġġa fuq l-Mejda tal-Kamra.

Ħaddiema — sejħa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il sejħa għall-ħaddiema fitters, messaġġiera, drivers u ushers ħarġet il-Jobsplus fl-2018, 2019, 2020 u 2021? Fuq talba ta’ liema entità ħarġu tali sejħiet?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onorevoli interpellant li n-numru ta’ sejħiet relatati skont is-snin indikati jidhru fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Statistika ta’ persuni ’l fuq minn 50 u 55 li qed jaħdmu

Question

Jista’ l-Ministru jipprovdi statistika tan-numru ta’ persuni ta’ ’l fuq minn 50 sena u ’l fuq minn 55 sena fis-suq tax-xogħol f’dawn l-aħħar tliet snin?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Niċċa ekonomija li ġiet attirata lejn Malta

Question

Tista’ l-Ministru tindika niċċa waħda ekonomika li ġiet attirata lejn Malta wara l-2014 u li għadha tiġġenera impjiegi ta’ kwalità sal-lum, kif kien sar meta ġiet attirata lejn Malta l-industrija tal-farmaċewtika u l-manutenzjoni tal-ajruplani? Tistax tgħid kemm-il impjieg tiġġenera kull sena u kemm ikkontribwit għall-Prodott Gross Domestiku tal-pajjiż?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-2014 sal-lum ġew attirati diversi niċċeċ ekonomiċi ġodda lejn Malta tant illi dan kien rifless f’żieda bla preċedent ta’ mpjiegi u tkabbir ekonomiku record, sena wara l-oħra fil-perjodu indikat. Fost niċċeċ ekonomiċi ġodda wieħed isib Kannabis għall-użu Mediċinali, kumpaniji relatati ma’ AI u teknoloġija avvanzata, edukazzjoni u taħriġ, digital games u kif imħabbar ftit ilu qed tinħoloq eko-sistema għad-drones. Id-dettalji fuq impjiegi u l-kontribut fuq il-prodott gross domestiku jistgħu jinkisbu mill-Uffiċċju Nazzjonali għall-Istatistika (NSO).

Ministeru għall-Enerġija, l-Intrapriżi u l-Iżvilupp Sostenibbli – direct orders

Question

Tista’ l-Ministru tindika l-valur ta’ kull direct orders li kull entità fi ħdanha ħarġet fl-2021, lil min u għal xiex?

Response (DALLI, MIRIAM)

Infakkar lill-Onor. Interpellant li d-direct orders jiġu ppubblikati perjodikament fil-Gazzetta tal-Gvern, kif inhu d-dmir tal-Ministeru. Minkejja dan, jekk irid ikun iżjed speċifiku fit-talba tiegħu, inkun nista’ ngħaddilu l-informazzjoni neċessarja.

Skemi ta’ inċentivi biex jgħinu employers privati jingaġġaw persuni b’diżabilità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-iskemi ta’ inċentivi biex jgħinu employers privati jingaġġaw persuni b’diżabilità fis-settur privat? Jekk iva, jista’ jpoġġi d-dettalji u t-termini tal-iskema rispettivi fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li bħala inċentivi li jgħinu employers privati jingaġġaw persuni b’diżabilità fis-settur privat insibu; 1. L-Iskema t’Aċċess għall-Impjiegi (A2E), kofinanzjata mill-Fond Socjali Ewropew u l-Gvern Malti, li tipprovdi sussidju ta €156.50 fil-ġimgħa sa Settembru 2023, għal kull persuna b'diżabilità ġdida f’impjieg full-time. Fil-kaz ta’impjieg part-time jingħata sussidju pro-rata. jew Jirċievu inċentiv fiskali ta’ 25% tas-salarju ba¿iku annwali għal kull persuna b’ diżabilità diġa’ mpjegata sa massimu ta’ €4,500, immedjatament wara t-tmiem ta’ kull sena kalendarja. 2. Kumpaniji privati li jimpjegaw persuni b’di¿abilità jistgħu japplikaw biex jiġu eżentati mill-ħlas tal- kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali għall-impjegati rreġistrati b’di¿abilità. Barra mill-inċentivi msemmija hawn fuq, il-Fondazzjoni Lino Spiteri (LSF) tipprovdi servizz ta’ ‘ job carving ’ lil min iħaddem billi tassistih joħloq xogħol addattat għall-persuni b’dizabilità. Barra minn hekk tipprovdi wkoll is-sapport ta’ ‘ job coach’ skont il-ħtieġa biex il-persuna b’dizabilità titgħallem x-xogħol u tintegra fl-ambjent tax-xogħol.

Persuni li qed jirreġistraw għax-xogħol f’Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ persuni li jirreġistraw għax-xogħol f'Għawdex f'kull parti tar-reġistru llum,fl-2019 u fl-2020? Dan in-numru ta’ persuni kemm iġib bħala persentaġġ tan-numru ta’ persuni li jirreġistraw fil-pajjiż kollu? Għal dawk il-persuni li qed jirreġistraw għax-xogħol f'Għawdex, jista' jgħid kemm minnhom ilhom anqas minn 6 xhur jirreġistraw għax-xogħol, dawk li ilhom anqas minn sena, u dawk li ilhom iżjed minn sena jirreġistraw għax-xogħol?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar — karozzi leased

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm karozzi leased fil-Ministeru tiegħu?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, fil-Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar, in-numru ta’ karozzi leased huwa ta’ tmienja (8).

Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa — karozzi leased

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm karozzi leased fil-Ministeru tiegħu?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fid-dipartimenti u l-Ministeru għas-Saħħa hemm 15-il karozza fuq kuntratt ta’ leasing.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — karozzi leased

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm karozzi leased fil-Ministeru tiegħu?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għandu tnax-il karrozza leased, imqassmin kif ġej: · 4 fis-Segretarjat Privat, · 1 fid-Direttorat għall-Gvern Lokali · 7 fid-Direttorat għar-Restawr