Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19196 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli u l-mistoqsija parlamentari 19074 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għall-Ekonomija u l-Industrija u li issa qed tiġi riferuta lilu u jieħu l-passi meħtieġa sabiex jara li ssir il-ħidma ta’ tindif u manutenzjoni kemm fiż-Żona Industrijali tal-Ħandaq fejn hemm bankini mkissra u skart x’jinġabar, kif ukoll fiż-Żona Industrijali ta’ Tarġa Gap fil-Mosta fejn hemm ħtieġa ta’ tindif?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ftit ġimgħat ilu intlaħaq ftehim bejn id-Diviżjoni għat-Tindif u Manutenzjoni, u Indis Malta sabiex isir tindif regolari f’diversi żoni industrijali madwar il-pajjiż.
B’dan l-arranġament qed isir tindif darba fil-ġimgħa fiż-żona tal-Ħandaq, u darbtejn fil-ġimgħa fiż-żona tal-Mosta. Ix-xogħol jikkonsisti fi ġbir ta’ skart, knis ta’ toroq u qtugħ ta’ ħaxix ħażin.
B'referenza għal każ Mifsud & others vs Malta Ref: 38770/17, jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għaddiex l-art lura lis-sidien tagħha wara s-sentenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (ECHR) u jekk sar dan, meta?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità tal-Artijiet tinsab f’taħdidiet mal-Ministeru ghall-Enerġija dwar ir-rilaxx ta’ din l-art.
Ħaddiema li jaħdmu ma’ persuni b’diżabilità – vaċċin kontra l-COVID-19
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hux kull ħaddiem li jaħdem ma’ persuni b'diżabilità, ingħatax il-vaċċin kontra l-COVID-19?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-proċess tat-tilqim għal kontra l-Covid 19 fi djar ta’ persuni b’di¿abilita’ għadu għaddej.
Jista' l-Ministru jispjega għala l-PBS qatt ma ħasset il-ħtieġa li jkollha IT Department u jekk hemmx il-ħsieb li jitwaqqaf wieħed fil-futur qarib? Kemm sar ħlas kull sena mill-2010 'l hawn għas-servizzi u x-xiri ta' hardware u software għas-sistema tat-teknoloġija tal-informatika tal-PBS?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jispjega għala l-PBS m’għandhiex Financial Controller u jekk hemmx il-ħsieb li din il-pożizzjoni timtela fil-futur qarib? Kif qed isir il-kontroll tad-dħul u l-ħruġ tal-kumpanija fil-preżent?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jispjega għalfejn it-tilqim tal-vaċċin kontra l-COVID-19 ta' bosta kategoriji ta' residenti Għawdxin mhux qed isir f'Għawdex u minflok min ser jitlaqqam qed jintalab imur Malta għat-tilqima?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fejn hu possibbli, residenti Għawdxin se jiġu offruti it-tilqima f’Għawdex.
Jista’ l-Ministru jgħid xi ħlasijiet isiru lill-producer tal-Programm Popolin u jekk dan hux impjegat tal-PBS jew le? Fil-każ ta' risposta affermattiva, jistax il-Ministru jgħid jekk dan il-programm jiġix prodott waqt il-ħin tax-xogħol?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Ċentru tas-Saħħa tar-Rabat Għawdex – tilqim tal-COVID-19
Question
Peress li l-post fejn qed isir it-tilqim f'Għawdex, iċ-Ċentru tas-Saħħa tar-Rabat, Għawdex hu ferm żgħir u m'hemmx faċilitajiet adekwati ta' stennija bin-nies iridu jistennew fuq il-bankina barra, jistax id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jikkunsidra xi post alternattiv għat-tilqim bħas-sala tal-Ministeru għal Għawdex li hi ferm fil-qrib?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi minn Ottubru 2020 it-tilqim f’Għawdex mexa miċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Victoria għall-Klinika tal-Komunita’ ta’ Kerċem. Bħalissa, minn barra f’Kerċem f’Għawdex, qed nu¿aw ukoll iċ-Ċentru tas-Saħħa biex inlaqqmu għal kontra l-virus tal-Covid 19 u għaddej xogħol strutturali sabiex jinfetaħ ċentru tat-tilqim ieħor.
B'referenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 19157, jista’ l-Ministru jelabora dwar ‘il-modi differenti kif l-għaqdiet reġistrati jkomplu jissaħħu għall-benefiċċju tal-konsumatur’ , u jekk f’dan ir-rigward hemmx il-ħsieb li ssir konsultazzjoni pubblika kif issuġġerit fl-istess mistoqsija parlamentari 19157?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħidma hija relatata m’għajnuna sabiex l-għaqdiet reġistrati jaċċessaw fondi tal-Unjoni Ewropeja immirati għal dawn it-tip t’organizazzjonijiet. Dan se jsir b’ kooperazzjoni mall-MEUSAC.
Jista' l-Ministru jgħid, matul l-aħħar ħames snin u fil-perjodu bejn l-2015 u l-2020, kemm ġew dekretati mill-Qrati kompetenti, adozzjonijiet ta' tfal Maltin mit-twelid, x'kienu l-etajiet u s-sess tat-tfal li ġew hekk adottati u x'kien l-istatus ċivili tal-ġenituri li adottawhom, jiġifieri kenux persuni romol, separati jew divorzjati jew koabitanti li adottaw ulied xulxin bħal riżultat tar-regolarizzazzjoni tar-relazzjoni ġdida tagħhom? Jista' jgħid ukoll jekk kienx hemm ċittadini Maltin li daħlu f'relazzjoni ma' persuni mhux ta' ċittadinanza Maltija u adottaw lit-tfal tal-parti l-oħra matul l-istess perjodu?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninsab infurmat li matul il-perjodu bejn l-2015 u l-2020, il-Qorti Ċivili ta’ Malta (Sezzjoni ta’ Ġurisdizzjoni Volontarja) iddekretat 119-il adozzjonijiet ta’ tfal Maltin mit-twelid. Qed jingħata s-sess tat-tfal li ġew hekk addottati kif mitluba fl-istess mistoqsija fit-tabella annessa. Ma tinżammx statistika dwar id-dettalji l-oħra mitluba fl-istess mistoqsija.
Intant matul l-istess il-perjodu ta’ bejn l-2015 u l-2020, il-Qorti tal-Maġistrati Għawdex (Ġurisdizzjoni Volontarja) iddekretat 5 adozzjonijiet ta’ tfal Maltin mit-twelid. Qed jingħata s-sess tat-tfal li ġew hekk addottati kif mitluba fl-istess mistoqsija fit-tabella annessa. Ma tinżammx statistika dwar id-dettalji l-oħra mitluba fl-istess mistoqsija.
Jista' l-Ministru jgħid kif qegħdin jitlaqqmu l-għalliema għall-vaċċin tal-COVID-19, jekk hux skont l-alfabett tal-kunjom, jew xort'oħra?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tilqim għall-vaċċin tal-COVID-19 lill-għalliema u staff bdew jingħataw lil dawk li jaħdmu fiċ-childcare centres u l-kindergarden mbagħad se jkomplu jitlaqqmu dawk fl-iskejjel primarji u sekondarji. L-iskejjel jinkludu kemm dawk tal-istat, independenti kif ukoll tal-knisja. Fuq talba tal-Union tagħhom. dawn qed jitlaqqmu wara nofsinhar filwaqt li filgħodu qed jitlaqqmu għalliema u staff tal-Universita’ ta’ Malta u l-ITS.
Jista’ l-Ministru jgħid kif ser jiġi assigurat li jiġu organizzati l-bagi li jinsabu max-Xatt tal-Kalkara, ix-Xewkija u Triq Sally Port (it-Toqba tal-Birgu)? Kif ser jiġi assigurat li kull baga tkun reġistrata u kif ser jiġi rispettat dak li ġibed l-attenzjoni għalih is-Supretendent tal-Patrimonju Kulturali Malti meta kkummenta hekk “a more organic layout to minimise the impact on views within this area of high scenic value.” Jista’ jgħid jekk hemmx lok għal għawm f’dak ix-xatt?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett ser issir għal l-għan biex il-bagi jiġu reġistrati u organizatti kif suppost, sabiex ikun hemm ordni fil-baħar u aktar sigurta’.
Ninsab infurmat li l-Awtorita’ ta’ Transport għamlet ezerċizzju fejn ġabret statistika f’kemm hemm dgħajjes f’ din iż-żona, u rriżulta li hemm total ta’ 378 dgħajsa. Kif dan il-proġett jitlesta dawn ser jiġu kkunsidrati fil-pjan ħolistiku għal bajja.
Transport Malta tara li tpoġġi ż-żona ristretta biex id-dgħajjes ma jagħmlux manuvri viċin fejn jista jkun hemm nies jgħumu. Sta għall-Awtoritajiet tas-Saħħa li tiċċertifika l-bajja jekk hux permessibli l-għawm.
Il-Kalkara – Bajja tar-Rinella – proġett ta’ riġenerazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jindika jekk hemmx ippjanat proġett ta’ riġenerazzjoni fil-Bajja tar-Rinella l-Kalkara? Tista’ tingħata iżjed informazzjoni jekk hemmx pjan biex jiżdied ir-ramel fuq ix-xatt tar-ramel?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li biex tkompli ssaħħaħ il-prodott turistiku, l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu fl-aħħar snin għamlet diversi studji fiż-żona tal-bajja tar-Rinella. Dawn l-istudji fuq id-depożiti għadhom ma jagħtux stampa konklussiva ta kif l-aħjar wieħed għandu jintervjeni. Pero’, fil-frattemp l-Awtorita’ flimkien mal-Kunsill Lokali tal-Kalkara bħalissa qed tagħmel il-pjanti neċessarji biex iż-żona ta’ madwar il-bajja u l-aċċessibilita’ tkun tista’ tiġi mtejjba.
Il-Kalkara – Bajja tar-Rinella – proġett ta’ riġenerazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jindika jekk hemmx ippjanat proġett ta’ riġenerazzjoni fil-Bajja tar-Rinella l-Kalkara? Tista’ tingħata iżjed informazzjoni jekk hemmx pjan biex jiżdied ir-ramel fuq ix-xatt tar-ramla?
Response (BORG, IAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jitlob l-informazzjoni meħtiega lill-Ministru kkonċernat.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 19367, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa ġentilment iwieġeb jekk il-psikologi li jaħdmu fil-privat hux ser jieħdu l-vaċċin għax jien infurmat li l-psikologi li jaħdmu fil-privat diġà bdew jieħdu l-vaċċin tal-COVID-19?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19367 filwaqt li Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-psikologi li jaħdmu fil-privat bdew jingħataw it-tilqima għal-kontra l-Covid 19.
Kunsilli Lokali — vouchers għall-Cat feeders - xiri ta' ikel minn petshops
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsja parlamentari 19368 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali u li issa ġiet riferuta lilu u ġentilment jgħid jekk meta cat feeder imur għand il-kunsill lokali biex jieħu vouchers biex jagħtihom lil cat feeders hux obbligat li jixtri ikel minn pet shop partikulari magħżul mill-Kunsill Lokali jew inkella hux fil-libertà li jixtri minn fejn irrid? Jekk il-pet shop ikun magħżul mill-Kunsill Lokali fuq liema mertu jintagħżel?
Response (REFALO, ANTON)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tinghata f’seduta ohra.
Kunsilli Lokali — vouchers għal ikel u kura ta' annimali stray
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19369 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali u jgħid kemm-il kunsill lokali għamel użu mill-iskema biex jieħu vouchers mill-kunsill lokali biex jittma jew jikkura animali stray? Liema huma dawn il-kunsilli lokali u kemm ħadu flus s’issa kull kunsill lokali minn din l-iskema?
Response (REFALO, ANTON)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tinghata f’seduta ohra.