Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi — organogramma
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istruttura (organogramma) tas-segretarjat tal-Ministeru u tas-Segretarju Parlamentari (fil-ka¿ li hemm wieħed)? Jista’ l-Ministru jindika kemm minn dawn il-persuni kienu diġà jaħdmu mas-servizz pubbliku u kemm minnhom qed jaħdmu bħala “persons of trust”?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma l-Onorevoli interpellant li l-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Ġustizzja u l-Governanza — organogramma
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istruttura (organogramma) tas-segretarjat tal-Ministeru u tas-Segretarju Parlamentari (fil-każ li hemm wieħed)? Jista’ l-Ministru jindika kemm minn dawn il-persuni kienu diġà jaħdmu mas-servizz pubbliku u kemm minnhom qed jaħdmu bħala “persons of trust”?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Filwaqt li nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija numru 24070, ninfurmaha li l-għadd ta’ persuni fil-Ministeru li diġà jaħdmu mas-Settur Pubbliku hu ta’ tmienja, waqt li l-Persons of Trust jammontaw għal ħdax.
Jista’ l-Ministru jikkonferma l-ammont ta’ brokerage fees li qed jitħallsu kuljum fl-eluf ta’ ewro għal MV Nikolaos? Jista’ igħid kemm qed jitħallsu kuljum lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-Gozo Channel (Operations) Ltd u ta’ xiex qed jitħallsu?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus ġewwa l-Libja u t-Turkija fl-2021 mill-PBS u f’kull każ min kienu l-persuni li rrapreżentaw lill-PBS f’dawn iż-żjarat fil-Libja u t-Turkija?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-imsemmijja zjarat kienu relatati ma’ produzzjonijiet ta’ programmi televiżivi u l-informazzjoni dwar in-nefqa hija waħda kummerċjalment sensittiva.
Good Causes Fund – Għaqda Mużikali Maria Annunziata ta’ Ħal Tarxien – reviżjoni ta’ deċiżjoni
Question
Jista’ l-Ministru ġentilment jara jekk hemmx lok li tiġi riveduta d-deċiżjoni tal-Good Causes Fund komunikata lill-Għaqda Mużikali Maria Annunziata ta’ Ħal Tarxien fis-17 ta’ Diċembru 2021 fejn ġiet rifjutata l-applikazzjoni tal-imsemmija Għaqda Mużikali għall-għajnuna finanzjarja għall-proġett uniku, kbir u ta’ valur kulturali li għalih saret l-applikazzjoni, ġaladarba ma ngħatat ebda raġuni għar-rifjut tat-talba?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li għall-istess proġett l-istess għaqda muzikali fl-2017 diġà ingħatat għajnuna f’eluf ta’ ewro fuq l-istess proġett. Il-fond għall kaw¿i soċjali għandu kriterji stabbiliti li fuqhom jagħti l-għajnuniet.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23746 u jgħid kemm kienet ir-rata ta' in-work poverty f'Malta kull sena fil-perjodu bejn l-2012 u sal-jum li fih tiġi mwieġba din l-interpellanza?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li, skont statistika dwar id-dħul u kundizzjonijiet tal-ħajja (EU-SILC), ir-rata ta’ in-work poverty f’Malta kull sena fil-perjodu ta’ bejn l-2012 u l-2020 hija kif indikat fit-tabella t’hawn taħt. Ir-rata ta’ pajjizna fl-2020 kienet il-ħames l-inqas waħda fiz-Zona Ewro, pozizzjoni relattiva aħjar milli kienet fl-2012.
Din l-istatistika, tittratta lil dawk f’impjieg għal mill-inqas seba’ xhur u li jaqilgħu inqas minn l-ekwivalenti ta’ 60% tad-dħul medjan ekwivalizzat nazzjonali f’kull sena.
Infakkar ukoll lill-Onorevoli interpellant li r-rata ta’ dawk jaħdmu (minn 18 sa 64 sena) u li huma f’sitwazzjoni ta’ ċaħda materjali severa naqset minn 5.8% fl-2012 għal 1.6% fl-2020.
SenaRata ta’ in-work poverty (%)
20125.2
20135.8
20145.5
20155.8
20165.8
20175.8
20186.4
20196.5
20207.4
Sors: Stħarriġ dwar id-Dħul u Kundizzjonijiet tal-Ħajja
Nota: Il-figuri jirreferu għall-persuni fl-età ta’ bejn it-18 u l-64 sena
Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra fil-qosor x’passi ser jittieħdu sabiex fil-parti fejn tispiċċa Triq l-Iskola Tarxien kantuniera ma’ Triq Ħal Tarxien Tarxien jittieħdu l-miżuri neċessarji sabiex ma’ jibqax jinġabar kwantità kbira ta’ ilma kif qed jiġri ma’ kull xita?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn local access roads u l-manutenzjoni ta’ culverts f’dawn l-inħawi taqa’ taħt ir-responsabilta tal-Kunsill Lokali.
Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra fil-qosor jekk il-parti ta’ Triq Lampuka Ħal Tarxien hijiex ser tinbidel billi ma’ tinsabx fi stat tajjeb?
Response (BORG, IAN)
Fl-2021, it-tielet sena tal-programm nazzjonali għat-titjib ta’ toroq residenzjali, Infrastructure Malta lestiet il-bini mill-ġdid ta’ madwar 220 triq residenzjali oħra. Dan ifisser li għolliet il-medja tat-toroq residenzjali għal erba’ toroq fil-ġimgħa – triq aktar kull ġimgħa mis-sena 2020. Kompliet ukoll il-ħidma tagħha fit-toroq rurali fejn tejbet mal-100 triq oħra qalb il-kampanja.
L-aġenzija tejbet il-kwalità ta’ dawn it-toroq fl-istess żmien li lestiet fost l-ikbar proġetti ta’ toroq arterjali u faċilitajiet marittimi f’pajjiżna u filwaqt li baqgħet għaddejja bi programm kontinwu ta’ tiswijiet u manuntenzjoni f’ħafna toroq oħrajn.
Fil-lokalità ta’ Ħal Tarxien diġà nbnew mill-ġdid u saru xogħlijiet fi Triq is-Sorijiet, Triq iż-Żejtun, Triq Marjanu Gerada, Triq Santa Marija, Triq Paola, Triq Ġużeppi Montebello, Triq Francesco Crispi, Triq San Anard u Triq Xintill.
Filwaqt li bħalissa għaddejjin xogħlijiet f’diversi toroq oħrajn f’din il-lokalita’, it-triq indikata wkoll hija ppjanata biex issir fiż-żmien li ġej.
Intennu l-impenn tagħna li nkomplu naħdmu bla heda biex nagħtu ambjent aħjar u kwalità ta’ ħajja aħjar lill-familji fil-lokalitajiet kollha f’pajjiżna.
Gudja – Triq Santa Katerina u Triq id-Dejqa – xogħol
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 24033, jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra jekk huwiex aċċettabbli li toroq Santa Katerina u d-Dejqa, Gudja jibqgħu mhux lesti wara sentejn skorruti u jistax jinforma l-Kamra x’passi ttieħdu biex ikunu lesti? Jista’ wkoll jinforma l-Kamra kif ser ikunu l-ispazji għall-ipparkjar tal-vetturi tar-residenti?
Response (BORG, IAN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23498. Il-kumplament tal-mistoqsija għandha tiġi riferuta lill-Ministeru kkonċernat.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 24037, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm ntefaq komplessivment fuq il-proġett tal-Paola Hub sal-aħħar tas-sena?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-nefqa totali għal-proġett tal-Paola Hub sal-aħħar tal-2021 kienet €22,955,029.60. (VAT inkluża).
Jista’ l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex fi Triq il-Qalbiena fil-Mosta jsiru bus shelters għaliex f’din it-triq kull fejn hemm bus stop ma hemm l-ebda bus shelter?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li ttieħdet nota ta’ dan is-suġġeriment għall-aktar kunsiderazzjoni.
Ta’ Qali – suq miftuħ ta’ nhar ta’ Ħadd – spazju fejn jarmaw il-bejjiegħa
Question
Jista’ l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex jara li bejjiegħa fis-suq miftuħ ta’ nhar ta’ Ħadd wara nofsinhar f’Ta’ Qali, ikollhom fejn jarmaw fil-post tagħhom, bla xkiel ta’ vetturi kbar ipparkjati fl-ispazju li bil-liġi huwa l-ispazju li fih għandhom jarmaw?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkoncernat.
ID Card — applikazzjoni - Persuna li tiġi tgħix Malta minn pajjiż tal-Unjoni Ewropea
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-kriterji għall-persuna li tiġi tgħix f’Malta minn pajjiż tal-Unjoni Ewropea, sabiex tapplika għall-ID Card?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi l-karta tal-identità tinħareġ biss liċ-ċittadini Maltin. Ċittadini minn pajji¿i tal-Unjoni Ewropea jinħarġilhom dokument ta’ residenza. Il-kriterji tal-applikazzjoni huma bbażati fuq il-kundizzjonijiet ta’ Direttiva 2004/38/EC dwar il-moviment ħieles ta’ ċittadini Ewropej u l-familjari tagħhom, fosthom xogħol, relazzjonijiet familjari u edukazzjoni, fost oħrajn. Ċittadini Ewropej għandhom obbligu li japplikaw għal dan id-dokument fi ¿mien tliet xhur wara li jkunu bdew jgħixu f’Malta u jintalbu jagħtu prova li għandhom mezzi suffiċenti sabiex jirrisjedu f’Malta.
Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra x’xogħlijiet ser isiru f'Triq Għajn Dwieli Raħal Ġdid senjatament fil-bidu tagħha tul dawn l-ġimgħat?
Response (BORG, IAN)
Fl-2021, it-tielet sena tal-programm nazzjonali għat-titjib ta’ toroq residenzjali, Infrastructure Malta lestiet il-bini mill-ġdid ta’ madwar 220 triq residenzjali oħra. Dan ifisser li għolliet il-medja tat-toroq residenzjali għal erba’ toroq fil-ġimgħa – triq aktar kull ġimgħa mis-sena 2020. Kompliet ukoll il-ħidma tagħha fit-toroq rurali fejn tejbet mal-100 triq oħra qalb il-kampanja.
L-aġenzija tejbet il-kwalità ta’ dawn it-toroq fl-istess żmien li lestiet fost l-ikbar proġetti ta’ toroq arterjali u faċilitajiet marittimi f’pajjiżna u filwaqt li baqgħet għaddejja bi programm kontinwu ta’ tiswijiet u manuntenzjoni f’ħafna toroq oħrajn.
Fit-triq indikata qegħdin isiru tiswijiet tal-ġnub tat-triq u manutenzjoni tal-wiċċ b’asfalt ġdid. Dawn ix-xogħlijiet qegħdin isiru f’fażijiet biex it-triq kemm jista’ jkun ma tingħalaqx u, kemm-il darba t-temp jippermetti, mistennija jitlestew sa tmiem dan ix-xahar.
Apparti li Raħal Ġdid qed igwadi mill-proġetti multimiljunari li Infrastructure Malta wettqet fit-toroq arterjali partikolarment il-Marsa Junction Project u l-Mini ta’ Santa Luċija, bħala toroq residenzjali f’din il-lokalità diġà saru Triq Ġużeppi Agius, Triq iċ-Ċimterju, Triq il-Ġdida, Triq il-Prinċipessa Marija, Triq il-Qalb ta’ Ġesù, Triq il-Wied, Triq ix-Xewk, Triq Kordin, Triq M Moran u Triq Sammat, waqt li bħalissa qegħdin isiru wkoll xogħlijiet fi Triq is-Sorijiet u Triq Karl Chircop.
Intennu l-impenn tagħna li nkomplu naħdmu bla heda biex nagħtu ambjent aħjar u kwalità ta’ ħajja aħjar lill-familji fil-lokalitajiet kollha f’pajjiżna.
Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra x’xogħlijiet ser isiru f'Triq Għajn Dwieli Raħal Ġdid senjatament fil-bidu tagħha tul dawn il-ġimgħat?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali Paola li x-xogħol ser isir minn Infrastructure Malta peress li din hija triq arterjali.
Żurrieq – Triq Dun Ġużepp Zammit u Triq Carmelo Caruana – tiswijiet fid-dwal
Question
Tista’ l-Ministru tgħid x’inhi r-raġuni li d-dawl ta' Triq Dun Ġużepp Zammit u Triq Carmelo Caruana fiż-Żurrieq mhumiex jiffunzjonaw? Meta ser jissewwew dawn il-ħsarat?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar .
Imqabba – Triq il-Konvoj ta’ Santa Marija u Triq il-Belt Valletta – studju fuq traffic island
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarux is-'safety audits' neċessarji qabel ma ġiet installata 'traffic island' fejn jingħaqdu Triq il-Belt Valletta ma’ Triq il-Konvoj ta' Santa Marija fl-Imqabba peress li diversi sewwieqa li jużaw dawn it-toroq b'mod regolari, qed jilmentaw li din il-junction hija accident black-spot? Jista’ jara li jsir x-xogħol neċessarju biex dan il-periklu jitneħħa mill-aktar fis possibbli?
Response (BORG, IAN)
-Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.