Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi — talbiet skont il-Freedom of Information Act

Question

Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena mill-2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija kemm kien hemm talbiet skont il-Freedom of Information Act? Kemm minnhom ġew rifjutati?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Filwaqt li nirreferi l-Onorevoli interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija numru 16609, ninfurmaha li minn Ottubru li għadda sal-aħħar ta' Frar daħlu 15-il talba simili. Minbarra hekk jien infurmat li l-ebda talba għall-informazzjoni ma tiġi rrifjutata u kull talba titwieġeb skont kif tgħid il-liġi li ddaħħlet fis-seħħ fis-sena 2012.

Ministeru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza — talbiet skont il-Freedom of Information Act

Question

Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena mill-2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija kemm kien hemm talbiet skont il-Freedom of Information Act? Kemm minnhom ġew rifjutati?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Filwaqt li nirreferi għat-tweġiba tal-PQ numru 16604, ninforma lill-Onor. Interpellanta li minn Ottubru sa Jannar li għadda daħlu 14-il talba simili. Ninsab infurmat ukoll li l-ebda talba għall-informazzjoni ma tiġi rrifjutata. Kull talba titwieġeb skont kif tgħid il-Liġi li ddaħħlet fis-seħħ fis-sena 2012.

Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar — talbiet skont il-Freedom of Information Act

Question

Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena mill-2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija kemm kien hemm talbiet skont il-Freedom of Information Act? Kemm minnhom ġew rifjutati?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, għall-perjodu ta’ bejn l-2013 u Settembru 2020, l-informazzjoni mitluba ngħatat diġà bi tweġiba għall-mistoqsijiet Parlamentari 2538, 11390 u 16608 ta’ din il-Leġislatura. B’żieda ma’ din l-informazzjoni ngħarrafha li, minn Ottubru 2020 sal-lum, l-għadd ta’ talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni li rċieva l-Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar, inklużi l-entitajiet li jaqgħu taħtu, kienu kif ġej: Bejn Ottubru u Diċembru 2020: Tlettax-il (13) talba; u Bejn Jannar u Frar 2021: Seba’ (7) talbiet. Kull talba titwieġeb skont kif tgħid il-Liġi li ddaħħlet fis-seħħ fis-sena 2012.

Ministeru għas-Saħħa — talbiet skont il-Freedom of Information Act

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid, sena b'sena mill-2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija kemm kien hemm talbiet skont il-Freedom of Information Act? Kemm minnhom ġew rifjutati?

Response (FEARNE, CHRIS)

Filwaqt li nirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 16595, Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minn Ottubru sa Jannar li għadda daħlu 17 il- talbiet simili. Kull talba titwieġeb skont kif tgħid il-Liġi li ddaħħlet fis-seħħ fis-sena 2012.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern lokali — talbiet skont il-Freedom of Information Act

Question

Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena mill-2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija kemm kien hemm talbiet skont il-Freedom of Information Act? Kemm minnhom ġew rifjutati?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Filwaqt li nirreferi għat-tweġiba tal-PQ numru 16600, ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li minn Ottubru sa Jannar li għadda daħlu sittax (16)-il talba simili. Ninsab infurmat ukoll illi l-ebda talba għall-informazzjoni ma tiġi rifjutata. Kull talba titwieġeb skont kif tgħid il-liġi li tittratta kif jiġu mwieġba dawn it-talbiet.

Proprjetà kummerċjali — Fidi ta’ ċnus temporanji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux maħsub li sidien ta' ċnus temporanji ta' proprjetà kummerċjali hux ser jingħataw l-opportunità li jifdu tali ċnus bħalma qed jingħataw ċans sidien ta' proprjetà residenzjali?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skemi fuq propjeta kummercjali jithabbru fil-mument opportun.

Għawdex – Tal-Kus – skart solidu

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Parlament kemm kien l-ammont f’tunnellati ta’ skart solidu li daħal f’Tal-Kus f’Għawdex tul il-leġislatura preżenti maqsuma sena b’sena? Jista’ jispjega wkoll kemm minn dan l-iskart għadu miġbur hemmhekk?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Tribunal ta’ reviżjoni għall-ambjent u l-ippjanar – deċiżjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Parlament: a. in kwantu d-deċiżjonijiet tat-Tribunal ta’ Reviżjoni għall-Ambjent u l-Ippjanar, kemm minn dawn ikkonfermaw u kemm minnhom qalbu deċiżjonijiet tal-Bord tal-Ippjanar fis-snin 2018, 2019 u 2020? b. in kwantu d-deċiżjonijiet maqluba, kemm minn dawn kienu ġew deċiżi b’mod unanimu mill-bord tal-Ippjanar? u c. kemm mid-deċiżjonijiet maqluba, kienu jirrigwardaw lil Għawdex?

Response (FARRUGIA, AARON)

Nitlob lill-Onorevoli interpellant biex jispeċifika t-talba tiegħu.

Taħriġ lill-ġenituri, qraba u carers ta’ tfal b’diżabilità severa

Question

Tista' l-Ministru tispjega lill-Parlament x'taħriġ jagħti l-Gvern lill-ġenituri, qraba u carers ta' tfal b'diżabilità severa? Jekk iva, tista' tispjega x'taħriġ ingħata tul din il-leġislatura u kemm attendew individwi għalih? Tista' tispjega wkoll f'liema istituzzjoni sar dan it-taħriġ?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Aġenzija Sapport tinvesti ħafna riżorsi f’taħriġ speċjalizzat b’mod regolari għal dawk l-impjegati (carers u professjonisti) li jaħdmu b’mod dirett mal-persuni b’diżabilita’ li jgħamlu użu mis-servizzi tal-Aġenzija, inkluż tfal b’diżabilità. Taħriġ provdut min Jannar 2017 sa Diċembru 2020 lil dawn l-impjegati hu spjegat fil-lista li se titpoġġa fuq il-Mejda l-Kamra.
Leg 13 PQ #19420 Sitting 433 2021-03-01 Oral · Final From: KEVIN CUTAJAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Talba lill-Unjoni Ewropea għall-għajnuna lill-AirMalta

Question

Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Parlament jekk tul l-2020 saritx talba mill-Gvern Malti u/jew mill-kumpanija AirMalta lill-Unjoni Ewropea biex l-istess Gvern Malti jkun jista' jagħti għajnuna finanzjarja lill-istess kumpanija AirMalta u dan sabiex din tal-aħħar tkun tista' tilqa’ għall-impatt tal-pandemija? Jekk iva, x'kien l-eżitu s'issa ta' din it-talba?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 19422.
Leg 13 PQ #19421 Sitting 433 2021-03-01 Oral · Final From: KEVIN CUTAJAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Voluntary Coupled Support — negozjati mal-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Parlament dwar in-negozjati mal-Unjoni Ewropea in kwantu l’ hekk imsejjaħ Voluntary Coupled Support u l-politika agrikola komuni, biex Malta tkun eleġibbli li toffri għajnuna finanzjarja diretta għall-oqsma agrikoli sensittivi tagħha? Jista' jispjega kemm ser tkun tammonta din l-għajnuna għal kull sena tul il-budget Ewropew kurrenti?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 13 PQ #19422 Sitting 433 2021-03-01 Oral · Final From: KEVIN CUTAJAR To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Talba lill-Unjoni Ewropea għall-għajnuna lill-AirMalta

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Parlament jekk tul l-2020 saritx talba mill-Gvern Malti u/jew mill-kumpanija AirMalta lill-Unjoni Ewropea biex l-istess Gvern Malti jkun jista' jagħti għajnuna finanzjarja lill-istess kumpanija AirMalta u dan sabiex din tal-aħħar tkun tista' tilqa għall-impatt tal-pandemija? Jekk iva, x'kien l-eżitu s'issa ta' din it-talba?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-ewwel talba mill-Gvern Malti għal għajnuna finanzjarja lill-Air Malta saret f’Novembru 2020. F’Diċembru 2020, l-Unjoni Ewropea wieġbet b’numru ta’ mistoqsijiet b’mod informali. It-talba formali mill-Gvern Malti lill-Unjoni Ewropea mistennija ssir sal-aħħar ta’ Marzu ta’ din is-sena. Sadanittant it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jippermetti Gvernijiet li jagħtu għajnuna sabiex tirrimedja għall-ħsara kkawżata minn diżastri naturali jew avvenimenti oħra straordinarji u l-pandemija qiegħda tiġi kkunsidrata bħala avveniment straordinarju li ikkauna disturb ekonomiku serju.

Port Ħieles – twaħħil ta’ żewġ krejnijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19207 u ċjoè: B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 19045, peress li ż-żewġ krejnijiet ġodda ser joperaw fuq l-akbar vapuri li jidħlu l-Freeport u peress li Terminal 1, fejn hu maħsub li jitwaħħlu huwa l-aktar qrib tar-residenti, jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex possibbli li tali krejnijiet jitwaħħlu f’Terminal aktar ‘l barra mir-residenti?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-taghrif ghadu qed jingabar u t-twegiba tinghata f’seduta ohra.

Freeport – test fuq vapuri biex ikunu konformi mar-regoli tat-tniġġiż tal-arja

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19205 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il test sar fuq vapuri li daħlu l-Freeport mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-lum, biex jassigura li dawn huma konformi tar-regoli applikabbli tat-tniġġiż fl-arja waqt li qegħdin fil-port? Jista’ jgħid kemm instabu li ma kenux hekk konformi? X’passi ttieħdu kontra tagħhom?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-vapuri li jidħlu u jirmiġġjaw fil-Portijiet Maltin inkluż il-Freeport huma obbligati li jsegwu r-Regolamenti dwar il-Kwalità tal-Karburanti (Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.18) billi jużaw karburant b’kontenut ta’ kubrit li ma jeċċedix 0,10% bil-massa jew billi jagħmlu użu minn metodi approvati ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet. L-Awtorità kompetenti li timplementa u tinforza dawn ir-Regolamenti, inkluż li jsiru spezzjonijiet, huwa r-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma (REWS) u għaldaqstant, din il-mistoqsija parlamentari għandha tiġi referuta lill-Ministeru responsabbli.

Port Ħieles – vapuri — fjuwil

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19051 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ekonomija u l-Industrija u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk vapuri li jkunu fil-Port Ħieles humiex jieħdu l-fjuwil waqt li qegħdin fil-port?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-vapuri li jidħlu fil-Portijiet Maltin inkluż il-Freeport u jkollhom bżonn jieħdu l-fjuwil, jistgħu jixtru s-servizz minn fornituri lokali awtorizzati li jipprovdu l-fjuwil (bunkers). Dawn l-operazzjonijiet isiru skont il-liġijiet applikabbli bl-awtorizzazzjonijiet neċessarji u taħt sorveljanza stretta.

Port Ħieles — parkeġġ

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19056 u jgħid min se jkun qed jamministra l-parkeġġ biswit il-Port Ħieles? Dan il-parkeġġ se jkun bi ħlas?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa għaddejjin diskussjonijiet mal-Kunsill Lokali ta’ Birzebbuġia.

Port Ħieles – Shore to ship power supply – fondi mill-EU

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19072 li oriġinarjament saret lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk ġewx approvati fondi tal-EU biex jiġi stallat shore to ship power supply fil-Port Ħieles? Jista’ jgħid kemm huma l-fondi approvati?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bhal issa l-Unjoni Ewropeja ghadha ma hargitx il-programmi ta’ fondi li ser ikunu disponibli ghall-istati membri.

Birkirkara – Triq Dun Filippo Borg – bini ta’ bankina

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19197 u ċjoè: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18935 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: Jista’ l-Ministru jordna li l-bankina ġdida quddiem binja fi Triq Dun Filippo Borg, Birkirkara, kantuniera ma’ Triq Mannarino tiġi mibnija mill-ġdid, peress li hija perikoluża kif inhi, partikolarment għal anzjani?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara li l-Kunsill tkellem mal-kuntrattur li nfurmah li l-bankina ser jirranġaha biex tirrifletti l-kundizzjoni oriġinali tagħha qabel sar il-bini. Ritratti tal-bankina kif kienet qabel u kif inhi issa jistgħu jinstabu fl-uffiċċju tal-Kunsill.

Ċentru Ċiviku tal-Mosta – responsabilitajiet tal-manutenzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 19195, 18951 u 18392 u jgħid kif tinqasam ir-responsabilità tal-manutenzjoni - upkeep - taċ-Ċentru Ċiviku tal-Mosta bejn l-entitajiet kollha li qed jagħmlu użu minn din il-binja? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra: a. il-kuntratt li l-Lands għandha mal-Kunsill Lokali tal-Mosta; b. il-kuntratt tal-Lands mal-Pulizija; c. il-kuntratt tal-Lands mad-Dipartiment tas-Saħħa; d. il-kuntratt tal-Lands mad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali; u e. jekk hemm xi kuntratt ieħor ma' xi entità oħra?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.