Abbozzar ta’ politika dwar gender equality mainstreaming
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min ġie inkarigat sabiex jagħti pariri għall-abbozzar ta’ politika dwar gender equality mainstreaming għal gvern, u jgħid jekk saritx konsultazzjoni mal-għaqdiet volontarji u s-soċjetà ċivili?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor Interpellant li t-Taqsima għall-Integrazzjoni tal-Ġeneru żviluppat l-abbozz tal-istrateġija u pjan ta' azzjoni dwar l-ugwaljanza u l-integrazzjoni tal-ġeneru. Ġiet ippubblikata konsultazzjoni pubblika fit-8 ta' Marzu 2019, fejn il-feedback riċevut ġie analizzat. Il-miżuri abbozzati ġew ikkonsultati wkoll mal-Kunsill Konsultattiv għad-Drittijiet tan-Nisa u mal-Ministeri konċernati.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — persuni maħtura bħala membru ta’ bord jew entità
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il persuna hija maħtura mill-Ministeru bħala membru ta’ bord jew entità oħra li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu, liema huma dawn il-ħatriet, kemm minnhom huma nisa jew irġiel u jindika l-kariga li għaliha ġew maħtura?
Ministeru għall-Ekonomija u l-Industrija — persuni maħtura bħala membru ta’ bord jew entità
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna hija maħtura mill-Ministeru bħala membru ta’ bord jew entità oħra li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu, liema huma dawn il-ħatriet, kemm minnhom huma nisa jew irġiel u jindika l-kariga li għaliha ġew maħtura?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Edukazzjoni — persuni maħtura bħala membru ta’ bord jew entità
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il persuna hija maħtura mill-Ministeru bħala membru ta’ bord jew entità oħra li taqa’ taħt id-dekasteru tagħha, liema huma dawn il-ħatriet, kemm minnhom huma nisa jew irġiel u tindika l-kariga li għaliha ġew maħtura?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fil-varji bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi ġew maħtura mill-Ministeru l-persuni fil-karigi li se nsemmi:
Chairperson/Deputy Chairperson - 47 li minnhom 15 huma nisa
Membri - 356 li minnhom 156 huma nisa
Board Secretary (inkluż Onorarju u Eżekuttiv) - 23 li minnhom 12 huma nisa
Ministeru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli — persuni maħtura bħala membru ta’ bord jew entità
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il persuna hija maħtura mill-Ministeru bħala membru ta’ bord jew entità oħra li taqa’ taħt id-dekasteru tagħha, liema huma dawn il-ħatriet, kemm minnhom huma nisa jew irġiel u tindika l-kariga li għaliha ġew maħtura?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt;
Ministeru/Dipartiment/Entita
Rġiel
Nisa
Park Nazzjonali tal-Indawar Management Board
6
2
Majjistral, nature and History Management Board
7
1
School Arbor Committee
3
4
Guardian of Future Generations
3
3
Sustainable Development Network
7
2
Central Cooperatives Fund Committee
4
2
Cooperatives Board
3
1
Malta Enterprise
6
3
MOBC
5
5
Melita Transgas
6
2
Petromal
6
/
Enemed
3
5
WSC
7
3
ERL
9
2
Enemalta
9
1
ARMS
8
2
REWS
5
3
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej — persuni maħtura bħala membru ta’ bord jew entità
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna hija maħtura mill-Ministeru bħala membru ta’ bord jew entità oħra li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu, liema huma dawn il-ħatriet, kemm minnhom huma nisa jew irġiel u jindika l-kariga li għaliha ġew maħtura?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat illi bħalissa hawn 29 persuna maħtura fuq bordijiet apparti l-Ministru li huwa wkoll chairperson fuq il-bord tal-Kunsill Maltin ta’ barra..
Dawn il-ħatriet huma; segretarju/a u membri tal Kunsill Maltin ta’ barra;
Chairperson
u segretarju/a tas-
Sanctions Monitoring Board
; Direttur u Membri tal-OPCW;
Chairpersons
u membri tal-
Overseas Development Fund
u
Cultural Diplomacy Fund;
Rappreżentant tal-Gvern fuq il-bord tal-MEDAC. Minn dawn id-29 membri 18 huma rġiel u 11 huma nisa.
Huma ġew maħtura kif ġej:
Bord
Nisa
Irġiel
Kunsill Maltin ta’ Barra
7 Membri
8 Membri; 1 Segretarju (apparti l-Ministru għall-Affarijiet Barranin li dejjem ikun maħtur
Chairperson
fuq dan l-Bord).
Sanctions Monitoring Board
1 Segretarja; 6 Membri
1
Chairperson
; 9 Membri
OPCW
---
4 Membri
Overseas Development Aid
1
Chairperson
2 Membri
Cultural Diplomacy Fund
---
1
Chairperson
; 2 Membri
MEDAC
1 Rappreżentant tal-Gvern
---
Jista’ l-Ministru jgħid fiex tikkonsisti t-tender li ħarġet reċentement mill-Ministeru tiegħu li hi 'Tender for the services for the refrigerated transport of biological animal samples and microbial samples from the Civil Abattoir Gozo to designated laboratories in Malta' MGOZ/MPU T 101/2020? Jista’ jgħid ukoll min fil-passat kien jagħmel dan is-servizz u min fil-preżent qed jagħti dan is-servizz?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tender li ħarġet riċentament mill-Ministeru ta’ Għawdex, ‘Tender for the services for refrigerated transport of biological animal samples and microbial samples from the Civil Abattoir Gozo to designated laboratories in Malta’, hi kruċjali biex jitwasslu kampjuni ta’ oriġini mill-annimali lejn laboratorji f’Malta.
Dawn il-kampjuni, li jiġu ittestjati għal ċertu mard li jista jkun ta’ periklu għas-saħħa tal-bniedem, jittieħdu b’konformita’ mal-liġijiet Ewropej u huma kruċjali biex jiġi aċċertat li l-prodott li jasal għand il-konsumatur jkun ġenwin.
Fost il-kampjuni li jiġu meħuda jinkludu, kampjuni tad-demm mill-baqar, nagħaġ u mogħoż; kampjuni minn irziezet tat-tiġieġ; kampjuni mill-majjal; kampjuni mill-ambjent tal-biċċerija; kampjuni tal-ilma; u kif ukoll kampjuni minn fuq il-karkassi.
L-imsemmija kampjuni jridu jiġu ttestjati f'laboratorji akkreditati li jinsabu f’Malta. Biex dawn il-kampjuni jitwasslu Malta, is-servizz ta’ bejn il-gżejjer jiġi provdut permezz ta’ Courier Service. Fil-passat dan is-servizz kien jiġi provdut minn Gozo Express Couriers u fil-preżent qed jiġi provdut minn DEN Express Couriers.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma r-raġunijiet li iktar minn sena wara l-inawgurazzjoni tal-Pjazza tax-Xewkija, il-cables tad-dawl baqgħu mwaħħlin mal-faċċati tad-djar u bini ieħor li jinsab ġewwa l-Pjazza tax-Xewkija u ma ġewx mgħoddija mill-Walk Through Culverts li saru apposta għal dawn il-wires?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tender għal dawn ix-xogħolijiet f’din il-pjazza kif ukoll possibilment għal areas oħra, qiegħda tiġi abbozata sabiex imbagħad tkun tista’ tiġi ippublikata.
Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar tender li ħarġet permezz ta' Negotiated Procedure mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti tal-Ministeru għal Għawdex ftit tax-xhur ilu li hu 'Negotiated Procedure for the integrated specialised design and engineering services for the upgrading and redevelopment of the Gozo Airfield Infrastructure in Xewkija, Gozo'? Jista’ jgħid fiex jikkonsisti dan il-proġett u jgħid kemm hu l-vot fil-Budget għas-sena 2021 għal dan il-proġett?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Din il-proċedura nnegozjata saret għal studji relatati mat-titjib tal-helipad u r-runway eżistenti.
Jista' l-Ministru jgħid, fid-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm hu l-ammont pendenti li għandu jitħallas mill-Qorti tal-Maġistrati Għawdex lill-esperti inkarigati mill-istess Qorti kemm fl-inkjesti kif ukoll fil-kawżi? Jista' jgħid ukoll f'kull każ, kemm hu l-ammont li għandu jieħu kull espert nominat minn din il-Qorti?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba hekk kif miġbura sal-25 ta’ Frar 2021.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapporti li saru dwar il-Binja tal-Qorti ta' Għawdex mill-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) u mill-Kummissjoni għad-Drittijiet għall-Persuni b'Diżabilità (CRPD) wara spezzjoni li għamlu dawn l-istess Awtorità/Kummissjoni fl-aħħar ġimgħat fil-Qorti ta' Għawdex?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li r-rapporti tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) u tal-Kummissjoni għad-Drittijiet għall-Persuni b’Diżabilità (CRPD) ma jistgħux jiġu ppreżentati minħabba kawża pendenti relatata.
Wara li dawn jiġu ppre¿entati fil-proċeduri ta’ din il-kawża jkunu jistgħu jitqiegħdu fuq il-mejda tal-Kamra.
Trasferiment tal-Palazz l-Aħmar fl-Imarfa u Binja li tinkludi l-Batterija ta' Wied Musa — proċess
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol/proċcess dwar it-trasferiment tal-Palazz l-Aħmar fil-Marfa u li din il-binja tinkludi wkoll il-Batterija ta’ Wied Musa? Fuq l-istess binja, jista’ l-Ministru jindika x'inhuma/ jew x’kienu l-pjanijiet ghal din il-binja storika anke jekk minn entitajiet privati?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Il-Mellieħa — Ir-razzett tax-Xjaten - sitwazzjoni dwar it-titlu
Question
Jista’ l-Ministru jindika x’inhi s-sitwazzjoni aġġornata dwar it-titlu (li tinkludi wkoll meta l-iskadenza ) tar-Razzett tax-Xjaten li jinsab fil-limiti tal-Mellieħa u fl-istess waqt jgħid jekk hemmx talbiet pendenti mingħand għaqdiet mhux governattivi/ kunsill lokali dwar devoluzjoni?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-sit imsemmi huwa mikri lil terzi bi qbiela. Kien hemm zewg applikazzjonijiet ghal din il-propjeta, u t-tnejn saru minn Ambjent Malta.
Ministeru għall-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur — talbiet skont il-Freedom of Information Act
Question
Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena mill-2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija kemm kien hemm talbiet skont il-Freedom of Information Act? Kemm minnhom ġew rifjutati?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien hemm 9 talbiet minn mindu twaqqaf dan il-portafoll. Ninsab infurmat ukoll li l-ebda talba għall-informazzjoni ma tiġi rrifjutata. Kull talba titwieġeb skont kif tgħid il-Liġi li ddaħħlet fis-seħħ fis-sena 2012.