Persuna li tinstab ħatja ta’ reat – xufier ma’ operatur fil-qasam tat-trasport
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Parlament dwar ir-raġuni li persuna li tinsab ħatja ta’ reat titħalla taħdem bħala xufier ma' operatur fil-qasam tat-trasport, iżda fl-istess ħin tiġi pprojbita milli jkollha hi stess liċenzja biex topera fil-qasam tat-trasport?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-regolament li jniedi li persuna trid tissodisfa l-kundizzjoni ta’ reputazzjoni u kondotta tajba japplika kemm għal min jaħdem bħal xufier kif ukoll għal min jaħdem bħala operatur fil-qasam tat-trasport. Għalhekk jista’ l-Onorevoli Cutajar jkun aktar speċifiku.
Portijiet tal-Imġarr u Ċirkewwa – livell ta’ tniġġis fl-arja u fil-baħar
Question
Jista' l-Ministru jinforma lill-Parlament jekk hemmx metodu ta’ kif jitkejjel il-livell ta' tniġġis fl-arja u fil-baħar fil-Portijiet tal-Imġarr u ċ-Ċirkewwa? Jekk iva jista' jippreżenta d-dettalji għall-aħħar ħames snin?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-livell tat-tniġġiż fl-arja jaqa’ taħt il-kompetenzi ta’ Awtoritajiet oħra fi ħdan Ministeru ieħor u għaldaqstant m’inix f’pożizzjoni li nagħti din l-informazzjoni. Fir-rigward ta’ tniġġiż fil-baħar fil-portijiet tal-Imġarr u ċ-Ċirkewwa, nikkonferma li ma jitkejjilx il-livell ta’ tniġġiż. F’każ li jiġi rraportat xi tniġġiż, l-Awtorità għat-Transport f’Malta tiskatta l-proċeduri applikabbli għal dawn it-tip ta’ sitwazzjonijiet u tara li tittieħed l-azzjoni meħtieġa sabiex jkun ikkontrollat u mnaddaf dak it-tniġġiż mill-aktar fis possibbli.
Child Care Centres li ser jiftħu – ħlas mill-Gvern
Question
Tista' l-Ministru tinforma lill-Parlament ir-raġunijiet wara d-deċiżjoni biex Child Care Centres li qed jippreparaw biex jiftħu, ma jingħatawx il-possibbiltà li jirċievu ħlas mill-Gvern bħal ma jirċievu Child Care Centres oħra li laħqu fetħu? Tista' tispjega wkoll għaliex din id-deċiżjoni ttieħdet ħabta u sabta bla pre-avviż? Tista' tgħid ukoll jekk din id-deċiżjoni hix temporanja? Tista' tgħid ukoll kif ser jiġu kkumpensati dawk li minħabba d-deċiżjoni bla mistenni tal-Gvern, daħlu fi spejjeż għalxejn?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Nirreferi lill-Onorevoli interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 19329.
Persuna li tinstab ħatja ta’ reat – xufier ma’ operatur fil-qasam tat-trasport
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Parlment dwar ir-raġuni li persuna li tinsab ħatja ta’ reat titħalla taħdem bħala xufier ma’ operatur fil-qasam tat-trasport, iżda fl-istess ħin tiġi pprojbita milli jkollha hi stess liċenzja biex topera fil-qasam tat-trasport?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19055 u jgħid meta se jibda u jitlesta l-proġett tal-parking biswit il-Port Ħieles? Kemm se jkun jesa karozzi u kemm minnhom se jkunu riservati għar-residenti?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari bin-numru 17426 u ngħarrfu lix-xogħol ta kostruzzjoni mistenni li jibda għal April ta’din is-sena u mistenni jieħu sentejn minn meta jibda. Il-Parking biswit il-Port Hieles se jkun jesa 450 karozza u bħalissa għaddejjin diskussjonijiet mal-Kunsill Lokali ta’ Birzebbuġia dwar parkeġġi riservati għar-residenti.
Bajja ta’ Birżebbuġa – studju dwar il-livell ta’ ħsejjes
Question
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 19204, jista’ l-Ministru jgħid meta hu maħsub li jsir studju dwar il-livell tal-ħsejjes fil-Bajja ta' Birżebbuġa?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninsab infurmat li l-istudji tal-ħsejjes li tagħmel l-ERA huma dawk rikjesti mill-Environmental Noise Directive li jesiġu li jsir studju (noise maps) fejn hemm toroq maġġuri li fihom isiru iktar minn tlett miljun traġitt ta’ vetturi fis-sena jew inkella fejn hemm densita’ qawwija ta’ popolazzjoni li f’Malta primarjament hi iż-żona ta’ madwar il-Port l-Kbir. L-istudji imsemmija isiru kull ħames snin u li jmiss għandu jsir fl-2022. Fil-każ ta’ B’Bugia it-triq li minn Ħal-Far twassal sal-Freeport u dik li tgħaddi min ħdejn Għar Dalam sal-Bajja ta’ San Ġorġ it-tnejn huma koperti min dawn in-noise maps u allura anticipat li ser jerġhu ikunu studjati permezz tan-noise maps fl-2022. Ir-riżultati qiegħdin fuq il-webportal tal-ERA fl-indirizz https://eraportal.org.mt/meps. Sadanittant, bi preparazzjoni ghall-istudju li jmiss fl-2022, l-ERA ser tagħmel analizi biex tistabbilixxi jekk l-volum tat-traffiku li jgħaddi mit-toroq tal-bajja ta’ B’Birżebbugia illum jeċċedix l-livelli meħtieġ mid-direttiva ghal preparazzjoni ta’ noise maps u jekk jirriżulta hekk, allura imbagħad anke dawn it-toroq ikunu inklu¿i fl-istudju li jrid isir fl-2022.
Jista' l-Ministru jgħid x'passi qed tieħu Malta sabiex id-deroga tal-Voluntary Coupled Support tibqa' fis-seħħ fir-rigward ta' Malta fil-Politika Agrikola Komuni riformata li qed titnieda?
Response (REFALO, ANTON)
In-negozjati dwar il-Politika Agrikola Komuni inqablet fil-Kunsill tal-Ministri għall-Agrikoltura Ewropej f’Ottubru 2020. Fit-test maqbul fil-Kunsill tal-Ministri msemmi, Malta assigurat li d-deroga li talloka sa 3 miljun ewro fis-sena permezz tal-Voluntary Coupled Support tkun inkluża permezz t’Artiklu 86 (5) tal-CAP Strategic Plan Regulation. Minn naħa l-oħra, fit-test finali tal-Parlament Ewropew, din id-deroga ma kinetx inkluża. Għaldaqstant, permezz ta’ ħidma ma’ Membri Parlamentari Ewropej Maltin u r-Rapprezentanza Permanenti Maltija fi Brussell, saru u qed isiru laqgħat bilaterali mar-Rapporteurs tal-kumitat u mal-Gruppi tal-Parlament Ewropew sabiex nispjegawlhom l-importanza ta’ din id-deroga għal pajjizna, u l-importanza li din id-deroga hekk kif maqbula fil-Kunsill tal-Ministri tiddaħħal fit-test finali maqbul bejn it-tliet istituzzjonijiet Ewropej. Dawn id-diskussjonijiet bejn it-tliet istituzzjonijiet Ewropej magħrufa bhala trialogues, bdew u mistennija li jkunu konklużi aktar tard din is-sena.
Ministeru għal Għawdex – Post ta’ Foreman (Agriculture)
Question
B'referenza għas-sejħa li ħarġet internament f’dawn l-aħħar ġimgħat mill-Ministeru għal Għawdex għall-Post ta' Foreman (Agriculture), jista’ l-Ministru jgħid fil-ġimgħat li ġejjin skont il-Capacity Building (HR Plan) approvat għas-sena 2021, kemm hemm ippjanat li jingħataw promozzjonijiet internament mal-Ministeru għal Għawdex ta' Foreman (Agriculture) u jekk dawn meta jiġu maħtura humiex ser jaqdu d-dover tagħhom fir-Rural Directorate?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li filwaqt li nirreferieh għall-mistqosija parlamentari 18390, ninfurmah ukoll li meta toħroġ sejħa, dan il-Ministeru jkun evalwa l-ħtiġijiet tad-Direttorati rispettivi tiegħu u jaħtar persuna/i biex jissodisfaw u jaqdu dmirijiethom għat-tali sejħa u esiġenzi.
Ministeru għal Għawdex – Direttorat tal-Maintenance and Restoration – flus minfuqa
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm intefqu flus mid-Direttorat tal-Maintenance and Restoration fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex mill-1 ta' Jannar 2020 sal-lum? Jista' jagħti lista ta' kull pagament li sar mill-vot tal-Maintenance and Restoration mill-1 ta' Jannar 2020 sal-lum u għalxiex sar kull pagament? Jista' jgħid f'kull każ jekk il-pagament sarx wara direct order, call for quotations jew tender u lil min ingħata bħala kumpanija jew individwu?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Triq Sant Antnin Għajnsielem u Triq Mġarr fin-Nadur – Project Leader
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min kien u min hu l-Project Leader (isem, kunjom u grad ta' individwu) tal-proġett ta' rikostruzzjoni ta' Triq Sant Antnin ġewwa Għajnsielem u Triq Mġarr fin-Nadur?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Project Leader kien uffiċċjal tal-Ministeru ta’ Għawdex.
Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar il-Master Plan għar-riġenerazzjoni tax-Xlendi u jgħid x'sar fil-konkret f'dawn l-aħħar sitt xhur u jpoġġi d-dokumenti li juru x'sar f'dawn l-aħħar sitt xhur?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa qegħdin isiru konsultazzjonijiet mal-Entitajiet ikkonċernati dwar ir-riġenerazzjoni tal-parkeġġ.
Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta – kanċellazzjonijiet ta’ liċenzji
Question
Jista’ l-Ministru jgħid mill-bidu tal-operat tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) s’issa, kemm imponiet kanċellazzjonijiet ta' liċenzji l-MFSA (irrespettivament tal-mod kif deskritti) maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid mill-bidu tal-operat tal-MFSA s’issa, kemm imponiet deċiżjonijiet ta' "not fit and proper" lil individwi maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid mill-bidu tal-operat tal-MFSA s’issa, kemm-il darba l-MFSA offriet xi tip ta' settlement lil license holders maqsuma sena b’sena? F'kemm-il ċirkostanza ġew aċċettati tali offerti ta' settlements mil-license holders li lilhom kienet magħmula din l-offerta, maqsuma sena b'sena?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jaġġorna dwar it-tender IM005/2020 Establishment of a Dynamic Purchasing System for the Construction and maintenance of roads in different localities in Malta and Gozo u jgħid ukoll x'toroq saru jew qed isiru permezz ta' din it-tender ġewwa Għawdex u x'toroq hemm ippjanati li jsiru permezz ta' din it-tender fil-ġimgħat li ġejjin ġewwa Għawdex?
Response (BORG, IAN)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jitlob l-informazzjoni meħtiega lill-Ministru ikkonċernat.
B’referenza għad-domandi preċedenti, jista’ l-Ministru jikkonsidra mill-ġdid it-talba ta’ numru ta’ Maltin Kanadiżi sabiex tinfetaħ Kummissjoni Għolja f’Ottowa, Kanada?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru tal-Affarijiet Barranin diġà kkunsidra bir-reqqa l-ftuħ ta’ Kummissjoni Għolja f’Ottawa u jħares lejn tali proposta bħala waħda valida minnha nnifisha. Peress li bħalissa għaddej proċess ta’ ħidma biex jinfetħu Ambaxxati u Konsolat Ġenerali f’imkejjen oħrajn madwar id-dinja, ikun għaqli li tali ħidma l-ewwel titlesta f’dawn il-missjonijiet, qabel tali proposti ġodda jitressqu ‘l quddiem.
Consul on the Move – appuntamenti pendent fl-Awstralja, l-Istati Uniti tal-Amerika u fl-Ewropea
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru u kemm hemm appuntamenti pendenti tal-Consul on the Move (COTM) fl-Awstralja, l-Istati Uniti tal-Amerika u fl-Ewropa u dan sabiex isiru kif l-pandemija tgħaddi? Jista’ jindika dan pajjiż b’pajjiż u possibbilment stat b’stat?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f'Marzu tal-2020 kienet ittieħdet deċiżjoni sabiex jiġu sospiżi ż-żjarat u l-pjanijiet kollha tal-programm Consul-on-the-Move (COTM) minħabba l-imxija tal-COVID-19. Bħal bqija tal-pajjiżi kollha fid-dinja, dawk li fihom jiġu organizzati ż-żjarat tal-COTM kienu affettwati b’numru ta’ restrizzjonijiet u projbizzjoni ta’ vjaġġar li għamluha impossibbli għall-konsli li jivvjaġġaw bejn reġjuni differenti. Barra minnhekk, il-Ministeru ħa l-miżuri kollha biex iħares is-saħħa tal-uffiċjali tiegħu hekk kif dawn setgħu jitpoġġew f’riskju li jiġu kkontaminati. Għaldaqstant, il-Consul-on-the-Move bħalissa jinsab sospiż sakemm is-sitwazzjoni titjieb u vjaġġi fi Stati u reġjuni mbegħda jkunu jistgħu jerġgħu jibdew isiru bla diffikulta’ u bla periklu għas-saħħa tal-uffiċjali konċernati.
Sadanittant in-numri ta’ talbiet għal appuntamenti pendenti fil-pajjiżi minn fejn jopera l-programm huwa elenkat kif ġej:
· Fl-iStati Uniti tal-Amerika hemm 34-il appuntament pendenti
· Fil-Kanada kien hemm 630 talba (li mhux bilfors huma kollha għal appuntament abbinati mal-COTM). In-numru jista’ jkun riżultat ta’ akkumulazzjoni ta’ talbiet li suppost kellhom jiġu trattati bejn Mejju u Ġunju tal-2020 (meta suppost kellha ssir żjara tal-COTM u tħassret minħabba l-pandemija).
Vetturi mixtrija għall-użu tal-missjonijiet diplomatiċi ta’ Malta
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il vettura nxtrat għall-użu tal-missjonijiet diplomatiċi ta’ pajjiżna tul is-snin 2019 u 2020? Jista’ jgħid jekk hemmx talbiet reġistrati għal tul din is-sena?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li matul is-snin 2019 u 2020 inxtraw 10 karozzi għal użu ġewwa l-missjonijiet diplomatiċi ta’ Malta. S’issa saru talbiet sabiex jinbidlu l-karozzi uffiċjali ġewwa 3 missjonijiet oħra.
Jista’ l-Ministru jindika xi twettaq mill-Proġett LEAP biex jiġu megħjuna persuni vulnerabbli s-sena l-oħra sad-data li tkun imwieġba din il-mistoqsija?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, minn Jannar 2019, ix-xogħol li kien jagħmel il-programm LEAP ġie integrat bħala parti mis-servizzi tal-Aġenzjia għas-Servizzi Terapewtiċi u fil-Komunità, li jinkludi il-Home Based Therapy Service u l-Community Social Work u Social Mentors. L-għan tal-Aġenzija huwa li tiġġieled kontra l-faqar u l-eskluzzjoni soċjali filwaqt li ssaħħaħ l-iżvillup soċjali permezz ta’ ħidma multi-dixxiplinarja fil-komunità.
Permezz ta’ tim multi-dixxiplinarju, noffru assistenza lill-familji l-aktar fil-bżonn. Dan isir permezz ta’ pjan ta’ kura maqbul bejn il-partijiet kollha, b’interventi u strateġiji li huma iffukati fuq li nħegġu l-familji joħorġu jaħdmu waqt li nuruhom u nigwidawhom kemm hija importanti l-edukazzjoni matul il-ħajja. B’żieda ma’ dan, il-familji jiġu mgħejuna ukoll fir-rigward ta’ edukazzjoni finanzjarja u akkwist ta’ dħul stabbli u sostennibli, kif ukoll għarfien fuq trobbija pożittiva.
Dan issir billi naħdmu fuq il-motivazzjoni, kif ukoll noffru sapport lil dawn il-familji fir-rigward x’servizzi soċjali jistgħu jirrikorru għalihom sabiex jgħinu lil familja tagħhom, skont l-għanijiet u l-bżonnijiet prinċipali tal-istess familja.
L-Aġenzjia għas-Servizzi Terapewtiċi u fil-Komunità taħdem f’kuntest ta’ komunità, fuq il-prinċipji tal-iżvilupp tal-komunità u parteċipazzjoni lokali. Dan jista’ ikun possibbli permezz ta’ ħidma mal-isħab soċjali bħal għaqdiet governattivi u non-governattivi, kunsilli lokali, Parroċċi u dawk kollha li għandhom interess fil-kommunita rispettiva. Dawn in-networks soċjali jiġu ffurmati fuq bażi lokali, reġjonali u anke tematiċi. Dan il-mekkaniżmu jgħin sabiex jiġu iddentifikati l-isfidi kif ukoll is-soluzzjonijiet.
Il-ħidma u l-preżenża tal-professjonisti fil-komunità twassalna biex nakkwistaw għarfien kommunitarju li jservi biex noħolqu proġetti u inizzjativi relevanti għal komunità rispettiva.
Jista’ l-Ministru jgħid meta u liema lokalitajiet madwar il-pajjiż sejrin jibbenefikaw mis-servizz tal-Pulizija fil-Komunità?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Fl-aħħar xhur estendejna l-proġett tal-community policing u fil-baġit għal din is-sena ħabbarna li se nkomplu insaħħuħ. Huwa l-impenn tal-Amministrazzjioni tal-Korp tal-Pulizija sabiex sal-aħħar tas-sena 2023, il-lokalitajiet kollha madwar il-pajjiż jkunu jistgħu jibbenfikaw mis-servizz tal-community policing.
Budget 2021 — Lista ta' benefiċċji mogħtija lill-persuni b'diżabilità
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’benefiċċji hemm indikati għall-persuni b’diżabilità fil-Budget ta’ din is-sena 2021?’
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-benefiċċji indikati għall-persuni b’di¿abilità għall-2021 huma dawk imħabbra fid-diskors tal-baġit għall-istess sena.
F’kaz li jkunu jinħtieġu aktar dettalji, dawn jistgħu jintalbu mill-ministru kkonċernat.
Aġenzija Appoġġ — Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali
Question
Jista’ l-Ministru jindika in-numru ta’ każijiet ta’ abbużi sesswali fuq tfal taħt l-età fejn l-Aġenzija Appoġġ investigat mis-sena 2018 sas-sena l-oħra?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nibda billi niġbed l-attenzjoni tal-Onor, Interpellant li, dak li kien is-Servizz għall-Ħarsien (Protezzjoni) tat-Tfal fi ħdan l-Aġenzija Appoġġ, issa sar Direttorat awtonomu fi ħdan il-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali (FSWS) u dan bħala riżultat tal-Liġi approvata minn dan il-Parlament u li permezz tagħha daħal fis-seħħ l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Minuri (Kura Alternattiva), Kap 602 tal-Liġijiet ta’ Malta.
Intant, in-numru ta’ każijiet li wara li ġew irrappurtati ġew investigati u kklassifikati bħala li kienu jikkostitwixxu xi forma ta’ abbuż sesswali fuq minuri kienu kif irraportat fit-tabella t’hawn taħt:
Sena
Rapporti dwar allegat abbuż sesswali fuq minuri
2018
53
2019
45
2020
100