Uffiċċju tal-Prim Ministru — proġetti mill-fondi tal-EU
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’proġetti saru mill-fondi tal-EU 2014-2021?
Response (ABELA, ROBERT)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, listi ta’ proġetti ffinanzjati mill-programmi tal-Fondi Ewropej: European Regional Development Fund (ERDF), Cohesion Fund (CF); European Social Fund (ESF), European Agricultural Fund for Rural Development (EAFRD),European Maritime & Fisheries Fund (EMFF), Asylum, Migration and Integration Fund (AMIF) u Internal Security Fund (ISF).
Din l-informazzjoni tinsab ukoll fuq is-sit elettroniku :
www.eufunds.gov.mt
.
Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol — persuni maħtura bħala membru ta’ bord jew entità
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna hija maħtura mill-Ministeru bħala membru ta’ bord jew entità oħra li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu, liema huma dawn il-ħatriet, kemm minnhom huma nisa jew irġiel u jindika l-kariga li għaliha ġew maħtura?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur — persuni maħtura bħala membru ta’ bord jew entità
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna hija maħtura mill-Ministeru bħala membru ta’ bord jew entità oħra li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu, liema huma dawn il-ħatriet, kemm minnhom huma nisa jew irġiel u jindika l-kariga li għaliha ġew maħtura?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’kollox ġew maħtura 129 persuna fuq bordijiet li jaqgħu taħt dan il-Ministeru. 37% minnhom huma nisa u jokkupaw ħatriet differenti fosthom Chairperson, Deputy Chairperson, Segretarji u membri tal-bord.
Meta jiskadi l-perjodu ta’ kull board, qed insegwu l-wegħda tal-manifest elettorali sabiex nersqu lejn il-kwota ta’ 40% jkunu nisa.
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi — persuni maħtura bħala membru ta’ bord jew entità
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna hija maħtura mill-Ministeru bħala membru ta’ bord jew entità oħra li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu, liema huma dawn il-ħatriet, kemm minnhom huma nisa jew irġiel u jindika l-kariga li għaliha ġew maħtura?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-bordijiet irrespittivi fil-Ministeru għall-Intern, Sigurtà Nazzjonali u Infurzar tal-liġi huma komposti minn mija wieħed u tletin raġel u sittin mara. Sebgħa u għoxrin raġel u għaxar nisa huma fil-kariga ta’chairperson filwaqt li għaxar nisa huma segretarji tal-bordijiet u tmin irġiel huma fl-istess kariga.
Ministeru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza — persuni maħtura bħala membru ta’ bord jew entità
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna hija maħtura mill-Ministeru bħala membru ta’ bord jew entità oħra li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu, liema huma dawn il-ħatriet, kemm minnhom huma nisa jew irġiel u jindika l-kariga li għaliha ġew maħtura?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba hekk kif miġbura sas-26 ta’ Frar 2021.
Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar — persuni maħtura bħala membru ta’ bord jew entità
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna hija maħtura mill-Ministeru bħala membru ta’ bord jew entità oħra li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu, liema huma dawn il-ħatriet, kemm minnhom huma nisa jew irġiel u jindika l-kariga li għaliha ġew maħtura?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ 19241 - Persuni Maħtura Bħala Membru ta' Bord jew Entità (002).pdf
Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa — persuni maħtura bħala membru ta’ bord jew entità
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il persuna hija maħtura mill-Ministeru bħala membru ta’ bord jew entità oħra li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu, liema huma dawn il-ħatriet, kemm minnhom huma nisa jew irġiel u jindika l-kariga li għaliha ġew maħtura?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi hemm 284 membri maħtura f’bordijiet jew kumitati li huma taħt ir-responsabilità tiegħi, li minnhom 127 huma nisa u 157 irġiel.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — talbiet skont il-Freedom of Information Act
Question
Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena mill-2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija kemm kien hemm talbiet skont il-Freedom of Information Act? Kemm minnhom ġew rifjutati?
Response (BORG, IAN)
B’żieda mal-informazzjoni li diġà ngħatat fil-PQ 2540, PQ 11392, PQ 11387 u PQ 16601, li koprew il-perjodu sa Settembru 2020, nixtieq inżid li n-numru ta’ talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni lil dan il-Ministeru, bl-entitajiet u l-awtoritajiet taħtu inklużi, hu kif ġej:
Ottubru 2020-Jannar 2021: kienet hemm 17-il talba ta’ FOI
Minn dawn kien hemm 9 talba milqugħa, 6 rifjutati u 2 għadhom pendenti.
Ninsab infurmat ukoll li l-ebda talba għall-informazzjoni ma tiġi rrifjutata. Kull talba titwieġeb skont kif tgħid il-Liġi li ddaħħlet fis-seħħ fis-sena 2012.
Ministeru għall-Għawdex — talbiet skont il-Freedom of Information Act
Question
Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena mill-2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija kemm kien hemm talbiet skont il-Freedom of Information Act? Kemm minnhom ġew rifjutati?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li filwaqt li nagħmel referenza għall-mistoqsijiet parlamentari numru 2541, 11393 u 16602, ninfurmah li minn Ottubru ta’ din is-sena sal-lum, il-Ministeru għal Għawdex irċieva erba talbiet skont il-Freedom of Information Act. Ninsab infurmat ukoll li l-ebda talba għall-informazzjoni ma tiġi rrifjutata. Kull talba titwieġeb skont kif tgħid il-Liġi li ddaħħlet fis-seħħ fis-sena 2012.
Ministeru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal — talbiet skont il-Freedom of Information Act
Question
Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena mill-2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija kemm kien hemm talbiet skont il-Freedom of Information Act? Kemm minnhom ġew rifjutati?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien hemm 2 talbiet minn mindu twaqqaf dan il-portafoll, bħala l-Ministeru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja, u Drittijiet tat-Tfal. Ninsab infurmat ukoll li l-ebda talba għall-informazzjoni ma tiġi rrifjutata. Kull talba titwieġeb skont kif tgħid il-Liġi li ddaħħlet fis-seħħ fis-sena 2012.
Ministeru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru — talbiet skont il-Freedom of Information Act
Question
Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena mill-2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija kemm kien hemm talbiet skont il-Freedom of Information Act? Kemm minnhom ġew rifjutati?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li kien hemm 7 talbiet minn mindu twaqqaf dan il-portafoll. Ninsab infurmat ukoll li l-ebda talba għall-informazzjoni ma tiġi rrifjutata. Kull talba titwieġeb skont kif tgħid il-Liġi li ddaħħlet fis-seħħ fis-sena 2012.
Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali — talbiet skont il-Freedom of Information Act
Question
Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena mill-2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija kemm kien hemm talbiet skont il-Freedom of Information Act? Kemm minnhom ġew rifjutati?
Response (GALDES, RODERICK)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet li ngħataw għall-Mistoqsijiet Parlamentari Numru 2542, 11394 u 16605, ninfurmah illi minn Ottubru 2020 sal-lum il-ġurnata kien hemm FOI waħda. Ninsab infurmat ukoll illi l-ebda talba għall-informazzjoni ma tiġi rrifjutata. Kull talba titwieġeb skont kif tgħid il-Liġi li ddaħħlet fis-seħħ fis-sena 2012.
Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd, l-Ikel u Drittijiet tal-Annimali — talbiet skont il-Freedom of Information Act
Question
Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena mill-2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija kemm kien hemm talbiet skont il-Freedom of Information Act? Kemm minnhom ġew rifjutati?
Response (REFALO, ANTON)
Filwaqt li nirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsijiet parlamentari bin-numri 2538, 11390 u 16610, ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li minn Ottubru sa Jannar li għadda daħlet talba waħda simili. Ninsab infurmat ukoll li l-ebda talba għall-informazzjoni ma tiġi rrifjutata. Kull talba titwieġeb skont kif tgħid il-Liġi li ddaħħlet fis-seħħ fis-sena 2012.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Parlament x'sar mill-funtana li kien hemm f'nofs Pjazza San Franġisk qabel ma saru x-xogħlijiet fuq din il-pjazza? Jista' jgħid jekk din il-funtana hix ser terġa’ titpoġġa f'postha? Jekk le, jista' jgħid x'se jsir minn din il-funtana u jekk dak li hu maħsub li se jsir minnha, tmurx skont il-ftehim li kien hemm mas-sidien oriġinali?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 14244.
Marsalforn – Triq il-Qbajjar – skular ta’ ilma maħmuġ
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Parlament x’qed isir biex tissolva l-problema ta’ skular ta’ ilma maħmuġ jew drenaġġ fi Triq il-Qbajjar Marsalforn? Jista’ jispjega wkoll meta ser tingħata wiċċ ġdid din it-triq?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn testijiet ricenti li saru fuq l-ilma, jirriżulta li dan huwa ġej minn sistemi privati aktarx miksura. It-test ma indikax li huwa drenaġġ. Il-Ministeru qiegħed jaħdem ma’ entitajiet oħra biex tissolva din il-problema.