Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal — persuni maħtura bħala membru ta’ bord jew entità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna hija maħtura mill-Ministeru bħala membru ta’ bord jew entità oħra li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu, liema huma dawn il-ħatriet, kemm minnhom huma nisa jew irġiel u jindika l-kariga li għaliha ġew maħtura?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li, l-informazzjoni mitluba minnha hija kif tidher fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru — persuni maħtura bħala membru ta’ bord jew entità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna hija maħtura mill-Ministeru bħala membru ta’ bord jew entità oħra li taqa’ taħt id-dekasteru tiegġutiegħu, liema huma dawn il-ħatriet, kemm minnhom huma nisa jew irġiel u jindika l-kariga li għaliha ġew maħtura?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-linformazzjoni għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali — persuni maħtura bħala membru ta’ bord jew entità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna hija maħtura mill-Ministeru bħala membru ta’ bord jew entità oħra li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu, liema huma dawn il-ħatriet, kemm minnhom huma nisa jew irġiel u jindika l-kariga li għaliha ġew maħtura?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba hija skont kif muri fid-dokument li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja — talbiet skont il-Freedom of Information Act

Question

Tista' l-Ministru tgħid, sena b'sena mill-2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija kemm kien hemm talbiet skont il-Freedom of Information Act? Kemm minnhom ġew rifjutati?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kien hemm l-ebda talba minn mindu twaqqaf dan il-portafoll. Ninsab infurmat ukoll li l-ebda talba għall-informazzjoni ma tiġi rrifjutata. Kull talba titwieġeb skont kif tgħid il-Liġi li ddaħħlet fis-seħħ fis-sena 2012.

Ministeru għar-Riċerka, Innovazzjoni u l-Koordinazzjoni tal-Istrateġija wara Covid-19 — talbiet skont il-Freedom of Information Act

Question

Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena mill-2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija kemm kien hemm talbiet skont il-Freedom of Information Act? Kemm minnhom ġew rifjutati?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien hemm żewġ talbiet minn mindu twaqqaf dan il-portafoll. Ninsab infurmat ukoll li l-ebda talba għall-informazzjoni ma tiġi rrifjutata. Kull talba titwieġeb skont kif tgħid il-Liġi li tittratta kif jiġu mwieġba dawn it-talbiet.

Ministeru għall-Anzjani u l-Anzjanità Attiva — talbiet skont il-Freedom of Information Act

Question

Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena mill-2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija kemm kien hemm talbiet skont il-Freedom of Information Act? Kemm minnhom ġew rifjutati?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għall-Anzjani u l-Anzjanità Attiva ma kellu l-ebda talba skont il-Freedom of Information Act.

Ministeru għall-Ekonomija u l-Industrija — Kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati oħra lill-Marigold Foundation u National Alliance for Rare Diseases Support

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16460 u 18618 jgħid kemm ingħataw kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati diretti jew indiretti oħra (inkluż pereżempju assistenza fuq marketing ta’ events jew kiri ta’ swali) lill-fondazzjoni Marigold Foundation u/jew il-fondazzjoni National Alliance for Rare Diseases Support u/jew lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-Ministeru tiegħu jew entitajiet u aġenziji fid-dekasteru tiegħu sena b’sena mill-2014 sad-data ta’ meta tingħata r-risposta, bid-deskrizzjoni ta’ kull wieħed, u l-ammonti relattivi?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma sar l-ebda ħlas ta’kwalunkwe forma lill-fondazzjoni Marigold Foundation u/jew il-fondazzjoni National Alliance for Rare Diseases Support u/jew lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-Ministeru tiegħu mis-sena 2014 sal-lum.

Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — Kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati oħra lill-Marigold Foundation u National Alliance for Rare Diseases Support

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 16927, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-valur tal-għotjiet li l-Awtorità tat-Trasport għaddiet lill-Fondazzjoni Marigold għall-perjodu 2014 – 2021?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil Onorevoli interpellant li jien infurmat li ngħataw żewġ donazzjonijiet lill-Fondazzjoni Marigold, waħda fl-2019 u oħra fl-2020, għal total ta’ €6,000 mingħand l-Awtorità tat-Trasport. Inżid li dawn il-flejjes kienu indirizzati lil għaqdiet li jaħdmu ma’ pazjenti tal-kanċer bħala parti mill-kampanja Pink October ta’ Marigold, mhux għall-fondazzjoni nnifisha.

Ħabs – tobba u nurses impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid, sena b’sena, kemm kien hemm tobba u nurses impjegati mal-ħabs mill-2013 sa meta tiġi mwieġba din id-domanda?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor Interpellanta li llum kien inawgurat ċentru mediku ġdid fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, li ser ikompli jsaħħaħ ir-rijabiltazzjoni u s-saħħa tar-residenti tal-istess Faċilità. Fl-aħħar snin u xhur issaħħu s-servizzi ta' professjonisti fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin. B'differenza għal dak li kien hemm qabel l-2013, fejn kien hemm tabib wieħed biss u xejn nurses, illum għandna tnax-il professjonist mediku u għall-ewwel darba, se nkunu qegħdin ningaġġaw dentist full time. Barra minn hekk, hemm ukoll 8 professjonisti oħra biex il-priġunieri jingħataw kura ħolisitika.

Voluntary Coupled Support – negozjati mal-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Parlament dwar in-negozjati mal-Unjoni Ewropea in kwantu l-hekk imsejjaħ Voluntary Coupled Support u l-politika agrikola komuni, biex Malta tkun eleġibbli li toffri għajnuna finanzjarja diretta għall-oqsma agrikoli sensittivi tagħha? Jista' jispjega kemm ser tkun tammonta din l-għajnuna għal kull sena tul il-budget Ewropew kurrenti?

Response (REFALO, ANTON)

In-negozjati dwar il-Politika Agrikola Komuni inqablet fil-Kunsill tal-Ministri għall-Agrikoltura Ewropej f’Ottubru 2020. Fit-test maqbul fil-Kunsill tal-Ministri msemmi, Malta assigurat li d-deroga li talloka sa 3 miljun ewro fis-sena permezz tal-Voluntary Coupled Support tkun inkluża permezz t’Artiklu 86 (5) tal-CAP Strategic Plan Regulation. Minn naħa l-oħra, fit-test finali tal-Parlament Ewropew, din id-deroga ma kinetx inkluża. Għaldaqstant, permezz ta’ ħidma ma’ Membri Parlamentari Ewropej Maltin u r-Rapprezentanza Permanenti Maltija fi Brussell, saru u qed isiru laqgħat bilaterali mar-Rapporteurs tal-kumitat u mal-Gruppi tal-Parlament Ewropew sabiex nispjegawlhom l-importanza ta’ din id-deroga għal pajjizna, u l-importanza li din id-deroga hekk kif maqbula fil-Kunsill tal-Ministri tiddaħħal fit-test finali maqbul bejn it-tliet istituzzjonijiet Ewropej. Dawn id-diskussjonijiet bejn it-tliet istituzzjonijiet Ewropej magħrufa bħala trialogues, bdew u mistennija li jkunu konklużi aktar tard din is-sena. Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija dwar l-ammont t’għajnuna diretta fil-baġit Ewropew kurrenti, ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-baġit Ewropew kurrenti huwa dak marbut mal-perjodu 2014-2020, flimkien mal-provvedimenti tar-regolament tranżitorju. Il-baġit għall-iskema tal-Voluntary Coupled Support fl-2021 hekk kif imsemmi hawn fuq, jammonta għal 3 miljun ewro, li huwa l-massimu allokat skond ir-regolament.

Voluntary Coupled Support – negozjati mal-Unjoni Ewropea

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Parlament dwar in-negozjati mal-Unjoni Ewropea in kwantu l’hekk imsejjaħ Voluntary Coupled Support u l-politika agrikola komuni, biex Malta tkun eleġibbli li toffri għajnuna finanzjarja diretta għall-oqsma agrikoli sensittivi tagħha? Jista’ jispjega kemm ser tkun tammonta din l-għajnuna għal kull sena tul il-budget Ewropew kurrenti?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill Onor. Interpellant li tul in-negozjati fil-Kunsill, Malta assigurat li tinżamm id-deroga permezz tal- Voluntary Coupled Support fil-CAP Strategic Plan Regulation. Mal-Membri Parlamentari Ewropej qed ikomplu jsiru n-negozjati kollha meħtieġa sabiex l-importanza ta’ din id-deroga għal pajjizna tinżamm fil-qbil politiku bejn it-tliet Istituzzjonijiet Ewropej. Dawn id-diskussjonijiet mistennija jiġu konklużi lejn l-aħħar ta’ din is-sena. Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsijiet tiegħu dwar l-ammont ta’ għajnuna għal kull sena, lill-Ministeru kkonċernat

Talba lill-Unjoni Ewropea għall-għajnuna lill-AirMalta

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Parlament jekk tul l-2020 saritx talba mill-Gvern Malti u/jew mill-kumpanija Air Malta lill-Unjoni Ewropea biex l-istess Gvern Malti jkun jista’ jagħti għajnuna finanzjarja lill-istess kumpanija AirMalta u dan sabiex din tal-aħħar tkun tista’ tilqa’ għall-impatt tal-pandemija? Jekk iva, x’kien l-eżitu s’issa ta’ din it-talba?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsijiet tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Individwi li jmorru għall-kura barra minn Malta – tilqima kontra COVID-19

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jinforma lill-Parlament jekk ħax in konsiderazzjoni li persuni li jmorru għall-kura barra minn Malta jew persuni li jakkumpanjawhom, jingħataw preċedenza biex jieħdu t-tilqima kontra l-COVID-19 u b’hekk jevitaw problemi bil-kwarantina meta jidħlu fil-pajjiż barrani jew jirritornaw lura Malta?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi persuni li jmorru għall-kura barra minn Malta u persuni li jakkumpanjawhom qedgħin jingħataw preċedenza biex jieħdu t-tilqima kontra l-COVID-19.

Investimenti f’Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jispjega lill-Parlament kemm kienu dawk l-investimenti li mill-2013 ‘l hawn rrifjutaw li jiġu Għawdex minħabba n-nuqqas tat-tieni fibre optic cable? Jista’ jgħid ukoll kemm investimenti wrew interess jew saħansitra ġew Għawdex, proprju għax issa hemm it-tieni fibre optic cable bejn il-gżejjer?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Servizz ta’ GU Clinics

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid: a. jekk tul l-aħħar sena kienx qed jiġi offrut servizz ta' GU clinic fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex; b. Jekk iva, kemm kien hemm speċjalisti qed joffruh u għal kemm ħin fil-ġimgħa; c. Jekk iva, kemm pazjenti kienu qed jużaw is-servizz fil-ġimgħa; d. jekk hux veru li s-servizz ta' GU clinic ser jibda jiġi provdut mill-polikliniċi permezz ta' GPS; e. jekk iva, f'Għawdex, dan is-servizz ser ikun offrut mill-poliklinika wkoll; f. jekk iva, x'taħriġ ingħata biex il-poliklinika ta' Għawdex tkun tista' tagħti s-servizz; g. jekk hux veru li l-Għawdxin ikollhom jinżlu Malta biex jiġbru l-mediċini marbuta ma' mard trażmess sesswalment; u h. Jekk iva għaliex dawn il-mediċini ma jitqassmux mill-Isptar Ġenerali ta' Għawdex jew mill-ispiżjar tal-għażla tiegħek f'Għawdex stess?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi preżentament talbiet għal servizzi mill-GU Clinic qed jiġu riferuti għal GU Clinic f’Mater Dei, ninfurmah ukoll illi filwaqt li s-servizz mill-GU Clinic ta’ Mater dei se jibqa,bħalissa qed jiġi mfassal pjan ta’ azzjoni sabiex fil-futur qarib dawn is-servizzi ikunu offruti ukoll miċ-Ċentri tas-Saħħa. Tali servizzi ser ikunu estiżi ukoll fiċ-Ċentru tas-Saħħa l-ġdid tar-Rabat Għawdex. Filwaqt li t-tobba għandhom diġa livell ta’ taħriġ f’dan il-qasam, it-tobba li se jaħdmu fiċ-Ċentru tas-Saħħa tar-Rabat Għawdex ser jieħdu l-istess taħriġ bħat-tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa ta’ Malta. Ninfurmah ukoll li dawk il-mediċini li huma fil-formularju u li jittrattaw l-maġġoranza tal-mard relatat mal-Genitourinary jingħataw mill-ispiżeriji tal-komunità kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex, permezz tas-sistema tal-POYC.

Sistema tal-impożizzjoni ta’ penalitajiet amministrattivi – konsultazzjoni pubblika

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux lest li jqis li ssir konsultazzjoni pubblika wiesgħa dwar il-bdil leġislattiv meħtieġ biex tiġi riveduta b’mod komprensiv is-sistema tal-impożizzjoni ta’ penalitajiet amministrattivi (irrespettivament tal-mod kif inhuma msejħin fil-liġi) minn diversi awtoritajiet pubbliċi –– dan ukoll fid-dawl ta’ diversi sentenzi tal-qrati Maltin fosthom dik tal-Qorti Kostituzzjonali tat-3 ta’ Mejju 2016 fi Federation of Estate Agents vs id-Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni) et.?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor, Interpellant li hekk kif jaf ben tajjeb huwa stess, il-Gvern ġa ħareġ b’soluzzjoni tajba sabiex jiġi emendat l-Artiklu 39 tal-Kostituzzjoni u dan jiġi eżatt konformi mal-Artiklu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, liema emenda tirrikjedi iż-żewg terzi tal-Kamra tad-Deputati. L-Oppożizzjoni mhux qed taqbel ma dan. Għalhekk il-Gvern ħareġ b’soluzzjoni oħra sabiex jaċċerta li entitajiet importanti f’pajjiżna jistgħu jkunu effettivi u jimponu somom amministrattivi li jkun jixraq.

Malta Tourism Authority – ksur tar-Regolamenti dwar Pakkett tal-Ivvjaġġar, Pakkett ta’ Vaganzi u Pakkett ta’ Tours

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’kemm il-każ ħadet passi regolatorji l-Malta Tourism Authority fir-rigward ta’ allegat ksur tar-Regolamenti dwar Pakkett tal-Ivvjaġġar, Pakkett ta’ Vaganzi u Pakkett ta’ Tours (li tħasru fil-2018) u sussegwentement taħt ir-Regolamenti dwar Pakketti tal-Ivvjaġġar u Arranġamenti tal-Ivvjaġġar Marbuta (L.S. 409.19) sena b’sena mill-2017 s’issa? F’kull każ jista’ jgħid fejn ittieħdu passi u fiex kienu jikkonsistu?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’kollox ittieħdu erba’ azzjonijiet legali fir-rigward ta’ ksur tar-Regolamenti dwar Pakkett tal-Ivjaġġar, Pakkett ta’ Vaganzi u Pakkett ta’ Tours (li tħassru fl-2018) u sussegwentement taħt ir-Regolamenti dwar Pakketti tal-Ivjaġġar u Arranġamenti tal-Ivjaġġar Marbuta (LS 409.19). Dawn kienu kollha fl-2018 u f’kull każ instab li ma kienux inħarġu ċ-ċertifikati tal-insolvenza lill-ivjaġġatur kif mitlub mill-liġi kkonċernata u l-azzjoni kienet tikkonsisti f’multa amministrattiva.

Xewkija – Wied ta’ Mġarr ix-Xini, Triq tal-Gruwa, Triq Mġarr ix-Xini — permess

Question

Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar il-permess PA/03136/20 To rehabilitate, clean up valley and carry out other maintenance works. Wied ta' Mġarr ix-Xini, Access from Triq tal-Gruwa, Xewkija and Triq Mġarr ix-Xini, Sannat u jgħid f'liema stadju wasal dan il-permess biex jiġi approvat mill-Awtorità tal-Ippjanar (PA) u l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA)?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninsab infurmat li, fir-rigward tal-applikazzjoni PA/03136/20, l-Awtorità tal-Ippjanar qed tistenna l-ħlasijiet neċessarji sabiex l-applikazzjoni tkun tista’ tiġi vvalidata u jitkompla l-proċess. Min-naħa l-oħra l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi ġiet ikkonsultata diġà bħala parti mill-proċess tal-ippjanar u l-konkużjoni kienet li l-Awtorità m’għandhiex oġġezzjoni għall-interventi proposti.
Leg 13 PQ #19513 Sitting 435 2021-03-03 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Riabilitazzjoni tal-Wied tar-Ramla

Question

B’referenza għall-konferenza tal-aħbarijiet li saret fl-aħħar ġranet ta’ Awwissu 2020 rigward proġett ta’ iktar minn żewġ miljun euro ffinanzjati mill-Unjoni Ewropea għar-riabilitazzjoni tal-Wied tar-Ramla fejn kien intqal li kellu jibda x-xogħol, jista’ l-Ministru jgħid jekk bediex dan ix-xogħol fuq dan il-proġett u jekk iva x’sar sa issa?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li sar xogħol fuq id-disinn tal-istruttura tal-ħitan tas-sejjieħ li se jinbnew. Dawn id-disinni ivarjaw skont l-għoli tal-ħamrija minn mal-wiċċ tal-blat u ivarjaw ukoll minn parti għal oħra. Dawn id-disinni issa tlestew u x-xogħlijiet mistennija jibdew fil-ġranet li ġejjin.
Leg 13 PQ #19514 Sitting 435 2021-03-03 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għajnsielem – Dar San Ġużepp — tender

Question

Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar it-tender 'Tender to Finish, Furnish, Equip, Operate, Manage, Maintain and Transfer Back Dar San Ġużepp, Għajnsielem, Gozo as a Long Term Care Facility for Elderly with Environmental Friendly items' (CfT CA Unique ID: CT2281/2019) li għalqet fit-22 ta' Settembru 2020 u jgħid fiex wasal il-proċess ta' evalwazzjoni ta' din l-imsemmija tender u meta hu maħsub li tiġi awarded din it-tender u tibda tiġi imwettqa?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tender qiegħed fi stadju ta’ evalwazzjoni.