Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #19720 Sitting 436 2021-03-08 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Għawdex — Skema tal-ħaddiema tal-komunità - ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fil-preżent kemm hemm ħaddiema fl-Iskema tal-Ħaddiema tal-Komunità f'Għawdex? Jista’ jgħid ukoll fejn jaħdmu dawn il-ħaddiema kif ukoll jgħid x'inhu xogħolhom, kemm-il-siegħa ta' xogħol jaħdmu u xi ħlas jirċievu? Jista' jgħid x'korsijiet sarulhom sa issa lil dawn il-ħaddiema u x'korsijiet hemm ippjanati li jsirilhom matul is-sena 2021?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li sal-aħħar ta’ Frar 2021 kien hemm 298 ħaddiem fl-iskema Xogħol fil-Komunità f’Għawdex. Minn dawn il-ħaddiema, 4 huma assenjati f’kunsilli lokali u 294 huma assenjati ma’ entitajiet pubbliċi. Dawn il-persuni jaħdmu fuq bazi full-time (40 siegħa fil-ġimgħa) f’impjiegi differenti fosthom: - Cleaner - Maintenance - Handyman - Receptionist - Clerk - Home Assistant - Rubble Wall Builder - Driver Il-ħaddiema jitħallsu €984,66 fix-xahar (paga ba¿ika). Tul l-aħħar sena ma sarux korsijiet minhabba l-Covid-19.
Leg 13 PQ #19721 Sitting 436 2021-03-08 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Ħlas addizzjonali għall-Vaċċin tal-Pfizer/Biontech

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 19285 mogħtija fis-seduta tat-23 ta' Frar 2021, filwaqt illi l-Onorevoli interpellant jifhem illi fis-sitwazzjoni attwali tal-pandemija, jeħtieġ proċess ta' xiri pubbliku ħieles minn proċeduri żejda u li jieħdu fit-tul, jistax il-Ministru jassigura l-Kamra li l-Ministeru tiegħu qed jiżgura li x-xiri li qed isir ta' vaċċini u materjal meħtieġ fil-ġlieda kontra l-pandemija qed isir fil-parametri tar-regolamenti dwar ix-xiri pubbliku? Jista' jispeċifika liema provvediment tar-regolamenti dwar ix-xiri pubbliku jippermetti lill-Ministeru tiegħu illi jagħti blank cheque lil xi dipartiment jew entità pubblika?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Gvern se jkompli jinvesti u jipprovdi dak kollhu possibli biex il-herd immunity tinkiseb mill-aktar fiss possibli.
Leg 13 PQ #19722 Sitting 436 2021-03-08 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bord ta’ entitajiet pubbliċi – persuni appuntati

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb kompletament il-mistoqsijiet parlamentari 17924 u 19153 u jgħid kemm ġew appuntati persuni ta' sess femminili fuq il-bord tal-entitatijiet pubbliċi kollha (mhux biss in-National Development and Social Fund) sena b'sena mill-2010 ’l hawn u kemm kien il-perċentwali ta' nisa min-numru totali ta' appuntati?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministri kkonċernati.

Aġenzija għas-Servizzi tal-Qorti – titjib fl-amministrazzjoni

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 18994, jista' l-Ministru jgħid kemm awli ġew mgħammra b’apparat ta’ video conferencing u kemm minnhom jinsabu fil-Qorti ta' Għawdex?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninsab infurmat li sallum hemm għaxar Awli fil-Qorti ta’ Malta li huma mgħammra b’apparat ta’ video conferencing. Ma dawn hemm ukoll żewġ sistemi ta portable videoconferencing li jistaw jintuzaw f’dawk l-Awli fejn sallum għadu ma ġiex installat l-appart tal-videoconferencing. Huwa ppjanat li sa l-aħħar ta’ Marzu 2021 ikun hemm 3 Awli oħra mgħammra b’apparat ta’ video conferencing u l-pjan hu li sal-aħħar ta’ Settembru l-Awli kollha jkunu mgħammrin b’dan l-apparat. Fil-Qorti ta’ Għawdex hemm żewġt awli mgħammra b’apparat ta’ video-conferencing li wieħed minn dawn l-apparati huwa portable u għalhekk jista’ jintuża f’awli diversi.

Karta Roża

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm anzjani tilfu d-dritt tal-Karta r-Roża matul is-snin 2015/16/17/18/19/20 minħabba ż-żieda fid-dħul tagħhom? Jista’ jgħid kemm hija s-somma ta’ flus li jrid ikollok u l-kundizzjonijiet biex tikkwalifika għall-Karta r-Roża? Kemm hija l-popolazzjoni ta’ anzjani li tikkwalifika għall-Karta r-Roża?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’ seduta oħra.

Jobsplus – talbiet pendenti għall-persuni ta’ nazzjonalità mhux Maltija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm talbiet pendenti għall-persuni ta’ nazzjonalità li mhijiex dik ta’ dawn il-gżejjer, sabiex jingħataw il-permess biex jaħdmu ma' Jobsplus tul dan ix-xahar?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li preżentament Jobsplus għandha 275 talba pendenti minn ċittadini ta’ pajjizi terzi li mhumiex eliġibbli biex japplikaw għal Single Permit u jeħtieġu permess biex jaħdmu.

Jobsplus – talbiet għall-persuni ta’ nazzjonalità mhux Maltija

Question

Jista’ l-Minsitru jgħid kemm saru talbiet għall-persuni ta’ nazzjonalità li mhijiex dik ta’ dawn il-gżejjer sabiex jingħataw il-permess biex jaħdmu ma’ Jobsplus tul din is-sena u l-2020?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li Jobsplus irċeviet total ta’ 6,994 applikazzjoni għal ċittadini ta’ pajjizi terzi biex jaħdmu f’Malta fl-2020, u tul din is-sena mill-1 ta’ Jannar sad-19 ta’ Frar 2021, rċeviet 744 applikazzjoni. Dawn iċ-ċifri juru biss applikazzjonijiet sottomessi ma’ Jobsplus u jeskludu applikazzjonijiet għal Single Permit li jinħarġu minn Identity Malta Agency.

Nisa li bdew jaħdmu fl-2020 u fl-2021

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni ta’ sess femminil li bdew jaħdmu fis-sena 2020 u 2021? Kemm minnhom bdew jaħdmu għall-ewwel darba u kemm minnhom irritornaw lura għad-dinja tax-xogħol? Jista’ jgħid ukoll kemm ġew impjegati full-time u kemm ġew impjegati part-time?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Persuni li spiċċaw bla xogħol għax għalaq in-negozju

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li l-impjieg tagħhom twaqqaf għaliex in-negozju li kienu jaħdmu miegħu għalaq fl-2020 u sad-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ persuni, li skont il-formola ta’ tmiem ta’ l-impjieg li ġiet sottomessa lil Jobsplus, ġie indikat bħala raġuni li l-impieg tagħhom twaqqaf għaliex in-negozju li kienu jaħdmu miegħu għalaq fl-2020, jammonta għal elf erbgħa mija u tmienja u disgħin (1,498).

Nisa Maltin li ħadmu bi qliegħ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm nisa ta’ nazzjonalità Maltija li ħadmu bi qliegħ matul is-sena 2019, 2020 u l-2021?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Nisa li daħlu fid-dinja tax-xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tan-numru ta’ nisa li daħlu jaħdmu fid-dinja tax-xogħol fl-2019, 2020 u 2021?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18508.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — persuni maħtura bħala membru ta’ bord jew entità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna hija maħtura mill-Ministeru bħala membru ta’ bord jew entità oħra li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu, liema huma dawn il-ħatriet, kemm minnhom huma nisa jew irġiel u jindika l-kariga li għaliha ġew maħtura?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi Tabella fuq il-Mejda tal-Kamra bl-informazzjoni mitluba.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — persuni maħtura bħala membru ta’ bord jew entità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna hija maħtura mill-Ministeru bħala membru ta’ bord jew entità oħra li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu, liema huma dawn il-ħatriet, kemm minnhom huma nisa jew irġiel u jindika l-kariga li għaliha ġew maħtura?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dettalji mitluba qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #19245 Sitting 435 2021-03-03 Oral · Final From: THERESE COMODINI CACHIA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — persuni maħtura bħala membru ta’ bord jew entità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna hija maħtura mill-Ministeru bħala membru ta’ bord jew entità oħra li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu, liema huma dawn il-ħatriet, kemm minnhom huma nisa jew irġiel u jindika l-kariga li għaliha ġew maħtura?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.