Legislature:
Category:
Reset
Active:

Air Malta – Titjiriet lejn Lourdes

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 19359, mill-informazzjoni li għandha l-Air Malta ta’ dawn l-aħħar 13-il sena, jista’ l-Ministru jgħid kemm, kull sena finanzjarja, il-linja nazzjonali ġarret passiġġieri għal Lourdes u lura?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hi skond it-tabella hawn taħt: MALTA-LOURDES-MALTA Financial yearsOne way passengers FY2019/207,065 FY2018/196,945 FY 2017/184,793 FY 2016/174,584 FY 2015/165,890 FY 2014/156,300 FY 2013/146,278 FY 2012/137,577 FY 2011/127,362 FY2010/117,177 FY 2009/105,762 FY 2008/0913,197 FY 2007/089,364

Impjegati tal-Qorti u tal-Uffiċċju tan-Nutar tal-Gvern – tilqim ta’ kontra COVID-19

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid xi pjanijiet hemm sabiex l-impjegati tal-Qorti u tal-Uffiċċju tan-Nutar tal-Gvern, speċjalment dawk li huma f'kuntatt kontinwu mal-pubbliku, jitlaqqmu kontra l-COVID-19? Jidhirlux li dawn għandhom ukoll jitqiesu bħala frontliners non-mediċi u jitlaqqmu mill-aktar fis?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi s-sekwenza ta’ tilqim qed issir skont il-pjan maqbul mal-esperti tas-saħħa.
Leg 13 PQ #19573 Sitting 436 2021-03-08 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – contracts of service

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw contracts of service mill-Ministeru inkluż id-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn Jannar 2020 sal-lum, sena b’sena? Jista’ jagħti ukoll dettalji dwar it-tul ta’ żmien ta’ kull kuntratt, is-servizzi li ngħataw kif ukoll il-pakkett finanzjarju u perkaċċi oħra fir-rigward ta’ kull tali kuntratt?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li filwaqt li nirreferi għall-mistoqsija parlamentari numru 10896, tlabt biex il-kumplament tat-tagħrif jinġabar. Appena dan ikun disponibbli, inkun nista’ npoġġih fuq il-Mejda tal-Kamra.

Bord Konsultattiv għall-Politika dwar l-Għoti tas-Sentenzi

Question

B’referenza għall-artikolu 9 tal-Att Dwar Dipendenza Fuq Id-Droga (Trattament Mhux Priġunerija) Kapitolu 537 tal-liġijiet ta’ pajjiżna, jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma saret mill-Bord Konsulttativ għall-Politika dwar l-Għoti tas-Sentenzi? Jista’ jgħid minn min huwa kompost? Kif ukoll jekk kienx hemm proposti għall-estenzjoni taħt is-sub-artikolu tlieta tal-istess?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-Bord Konsultattiv għall-Politika dwar l-Għoti tas-sentenzi ser jiħi kompost fi żmien qasir

Bord Konsultattiv għall-Politika dwar l-Għoti tas-Sentenzi

Question

B’referenza għall-artikolu 9 tal-Att Dwar Dipendenza Fuq Id-Droga (Trattament Mhux Priġunerija) Kapitolu 537 tal-Liġijiet ta’ Pajjiżna, jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma saret mill-Bord Konsulttativ għall-Politika dwar l-Għoti tas-Sentenzi? Jista’ jgħid minn min huwa kompost? Kif ukoll jekk kienx hemm proposti għall-estenzjoni taħt is-sub-artikolu tlieta tal-istess?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Bord ta’ Rijabilitazzjoni ta’ Persuni li nqabdu bid-droga — ħidma

Question

B’referenza għall-Att Dwar Dipendenza Fuq Id-Droga (Trattament Mhux Priġunerija) Kapitolu 537 tal-liġijiet ta’ pajjiżna, jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma saret tul is-sena li għaddiet mill-Bord ta’ Rijabilitazzjoni ta’ Persuni li nqabdu bid-droga?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena l-oħra l-Bord ta’ Rijabilitazzjoni ta’ Persuni li nqabdu bid-droga kellu 65 każ ġdid, fejn 47 każ ġew riferiti mill-Qorti u 18-il każ ġew riferiti mill-Kummissarju għall-Ġustizzja. Intant matul is-sena 2020, 39 każ ġew magħluqa b’suċċess. Il-Bord iltaqgħa’ 11 -il darba. L-għan ta’ dan il-bord huwa biex jgħin lil persuni li nqabdu bid-droga fir-rijabilitazzjoni tagħhom. Persuni riċedivi jiġu riferuti lill-bord għal pjanijiet ta’ rijabilitazzjoni u follow-up . Ta’ min jgħid ukoll li dan il-bord jaħdem fil-qrib mal-Qorti kif ukoll tribunali u entitatjiet li jipprovdu servizzi ta’ rijabilitazzjoni sabiex jingħata servizz lill-klijenti sodisfaċenti u b’approach ħolistiku. Il-każijiet jiġu trattati b’mod individwali u skont il-bżonnijiet tal-persuna. Ir-rijabilitazzjoni ta’ dawn il-klijenti tiġi segwita mill-qrib mill-koordinatur li jagħti rapporti regolari lill-Bord u lill-Qrati kif ikun mitlub.

Tilqima kontra l-COVID-19 – għalliema mill-Mellieħa u San Pawl il-Baħar

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jara li fejn u jekk possibbli, għalliema mill-Mellieħa u San Pawl il-Baħar ma jintbagħtux f’postijiet bħaż-Żejtun u l-Kottonera fost l-oħrajn biex jieħdu l-vaċċin kontra l-COVID-19 meta fil-Mellieħa qed tingħata l-istess vaċċin fil-Berġa li tinsab fil-Kumpless ta’ Dar il-Madonna tal-Mellieħa?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi waqt li qed jittieħdu l-passi kollha biex it-tilqim issir bl-aktar mod konvinjenti għaċ-ċittadini, sabiex l-għalliema u staff fl-iskejjel jiġu mlaqqma f’perjodu qasir qed jintużaw numru konsiderevoli ta’vaccination sites li jinkludu l-University Gateway, l-Health Centres u Community Clinics madwar Malta u Għawdex.

Is-Salina – Triq is-Salini – permess tal-applikazzjoni approvat mill-PA

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-permessi tal-applikazzjoni (03155/17) kif approvati quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar fuq xogħlijiet fi Triq is-Salini fis-Salina stess?

Response (FARRUGIA, AARON)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.

Is-Salina – Triq is-Salini – rapport tas-Sovritendenza tal-Patrimonju Kulturali

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport tas-Sovritendenza tal-Patrimonju Kulturali b’rabta mal-applikazzjoni 03155/17 relatati max-xogħol li qed isir fi Triq is-Salini fis-Salina?

Response (FARRUGIA, AARON)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.

PA – modifikazzjoni ġodda fuq applikazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk kenux imressqa modifikazzjonijiet ġodda fuq l-applikazzjoni 03155/17, liema applikazzjoni kienet diġà approvata quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninsab infurmat li ma tressqet l-ebda modifikazzjoni gdida fuq l-applikazzjoni msemmija.

Is-Salina – Triq is-Salini – xogħlijiet minn Infrastructure Malta

Question

Jista’ l-Ministru jindika meta mistenni jitlestew ix-xogħlijiet li Infrastructure Malta qiegħda tagħmel fi Triq is-Salini fis-Salina stess preċiżament fil-parti residenzjali faċċata ta’ fejn hemm il-Park Naturali tas-Salina?

Response (BORG, IAN)

Bit-twaqqif ta’ Infrastructure Malta t-titjib fl-infrastruttura ta’ pajjiżna jinsab fuq quddiem nett tal-ħidma ta’ dan il-Gvern. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq fil-pajjiż. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis. Infrastructure Malta qed twettaq ħafna proġetti biex ittejjeb is-sigurezza u s-sostenibilità tas-sistema tat-toroq ewlenin, toħloq infrastruttura ta’ kwalità u ambjent aħjar fit-toroq residenzjali f’kull lokalità u tibni mill-ġdid ukoll ħafna toroq sekondarji oħra, fosthom kilometri ta’ toroq rurali fil-kampanja. Dan l-investiment diġá qed iħalli l-frott mixtieq, b’diversi toroq residenzjali mibnija mill-ġdid u b’ħafna proġetti ta’ titjib fit-toroq ewlenin tas-sistema tat-trasport bl-art f’pajjiżna. Fil-ftit żmien kemm ilha li twaqqfet, l-aġenzija diġà bniet mill-ġdid u għamlet titjib f’madwar 500 triq. Matul l-2020 bniet mill-ġdid mal-155 triq residenzjali u bħalissa għaddejjin xogħlijiet f’għexieren ta’ toroq oħrajn. Il-ħidma ta’ Infrastructure Malta testendi wkoll lil hinn mill-bini u xogħlijiet fit-toroq. Il-proġett fis-Salina li qed issir referenza għalih se jibdel żona mitluqa f’parkeġġ u żona ta’ rikreazzjoni għar-residenti tal-inħawi. Ix-xogħlijiet qegħdin jitwettqu taħt superviżjoni tas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali minhabba s-sensittivita storika ta’ din iż-żona. Kemm-il darba fl-istħarriġ arkeoloġiku li għaddej bħalissa ma jinstabux fdalijiet li minħabba fihom ikun meħtieġ tibdil fil-pjanti tal-proġett, ix-xogħol mistenni jkun lest fi żmien ta’ madwar tliet xhur.

Żona tax-Xemxija u Selmun – permessi għall-bini jew żvilupp

Question

Jista’ l-Ministru jserraħ ras lil dawk kollha li għandhom bis-serjetà għal qalbhom l-ambjent f’pajjiżna li mhux ser jinħarġu ebda permessi għall-bini jew xi forma ta’ żvilupp fiż-żona indikata fir-ritratt li qed jingħata separatament, liema żona tinsab bejn ix-Xemxija u Selmun?

Response (FARRUGIA, AARON)

Naħseb li l-Onorevoli Interpellant jaf tajjeb li mhuwiex il-Ministru li jiddetta għandux jingħata permess jew le imma l-awtoritajiet kompetenti skont il-liġi.

Skema li Tissellef fuq Darek — anzjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm persuni anzjani għamlu użu mill-Iskema li Tissellef Fuq Darek?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi l-Awtorità tad-Djar ma toperax tali skema
Leg 13 PQ #19631 Sitting 436 2021-03-08 Oral · Final From: KEVIN CUTAJAR To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Skola Primarja tax-Xagħra Għawdex – tindif ta’ klassijiet

Question

Fid-dawl tal-informazzjoni li fl-Iskola Primarja tax-Xagħra Għawdex, it-tindif tal-klassijiet qed jispiċċa jsir fil-ħin tal-iskola u li t-tfal qed jispiċċaw ikollhom jistennew barra mill-klassijiet sakemm isir dan it-tindif, tista’ l-Ministru tintervjeni u tieħu l-miżuri neċessarji biex tara li dan kollu ma jibqax jirrepeti ruħu b'detriment għall-istudenti u l-ħidma tal-edukaturi?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninsab infurmata li dan kien każ uniku ta’ klassi ta’ l-ewwel sena. Il-purtinara li tieħu ħsieb din il-klassi partikulari kienet assenti minħabba mard u t-tindif kellu jsir l-ewwel ħaġa filgħodu. Infurmata wkoll li din il-problema ġiet solvuta billi wara tqassam b’mod aħjar ix-xogħol tal-purtinara.
Leg 13 PQ #19632 Sitting 436 2021-03-08 Oral · Final From: KEVIN CUTAJAR To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Skola Primarja tax-Xagħra Għawdex – klassijiet tal-ewwel sena amalgamati

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhuma r-raġunijiet li l-klassijiet tal-ewwel sena fl-Iskola Primarja tax-Xagħra Għawdex ġew amalgamati flimkien meta ż-żmien ta' pandemija li qed ngħixu fihom bħalissa, jitlob proprju l-kuntrarju? Tista' tintervjeni u tara li dan l-amalgamar ma jibqax iseħħ?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninsab infurmata li fl-Iskola Primarja tax-Xagħra hemm klassi waħda tal-ewwel sena li fiha erbgħa u għoxrin (24) student. Dawn qegħdin skont in-numri tal-popolazzjoni tal-klassi skont l-Agreement. Infurmata wkoll li l-klassi li qegħdin fiha kbira biżżejjed biex joqgħodu l-istudenti skont il-protokolli li ħarġu l-Awtorità tas-Saħħa.

Kunsill Lokali tax-Xagħra – problema tat-traffiku fil-kantuniera bejn Triq Marija Bambina u l-Pjazza f’tarf Triq il-Mitħna

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qed jagħmel il-Kunsill Lokali tax-Xagħra Għawdex biex jara li fil-kantuniera bejn Triq Marija Bambina u l-Pjazza f'tarf Triq il-Mitħna, eżattament fil-punt fejn joħorġu t-tfal tal-iskola primarja, jiġi eliminat kull periklu tat-traffiku għall-istess tfal li jeżisti fil-preżent?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kemm ilha teżisti l-iskola msemmija, din hi l-ewwel darba li se jkunu qed jittieħdu miżuri addattati għall-post indikat fil-Mistoqsija. Fil-fatt jien infurmat mill-Kunsill Lokali tax-Xagħra li dan qed jipprepara traffic management plan għal din iż-żona biex tkun tista’ titressaq għall-konsiderazzjoni u l-approvazzjoni ta’ Transport Malta

Operaturi tal-ħwienet – tilqima kontra COVID-19

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk l-Awtoritajiet tas-Saħħa jikkonsidrawx li operaturi tal-ħwienet li jiġu f'kuntatt ma' ħafna nies ta' kuljum, jingħataw prijorità biex jirċievu t-tilqima kontra l-COVID-19? Jekk iva, jista' jagħti d-dettalji?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba tal-mistoqsija parlamentari numru 19572.

Każijiet ta’ COVID-19 fl-ITU

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid għalfejn l-Awtoritajiet tas-Saħħa Maltin kien ilhom ma jirrapurtaw każijiet ta' COVID-19 fl-ITU minn Ottubru 2020? X'inhi r-raġuni għal dan in-nuqqas?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi kull nhar ta’ ġimgħa is-Supretendent għas-Saħħa Pubblika tirraporta b’mod pubbliku u tagħti informazzjoni dwar il-Covid 19 f’Malta kif ukoll dwar il-każijiet pożittivi fl-ITU.

Persuni li għamlu trapjant tal-mudullun – tilqima kontra l-COVID-19

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta ser jirċievu t-tilqima kontra l-COVID-19, dawk il-persuni li għamlu trapjant tal-mudullun?

Response (FEARNE, CHRIS)

Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 19412, ninfurmah ukoll illi l-kategoriji ta’ persuni li huma vulnerabbli li jikkwalifikaw għal vaċċin huma skont l-Avviż Legali 111 tal-2020. Persuni li għamlu trapjant ta’ kull ġeneru huma mniżżla bħala parti mill-grupp ta’ persuni vulnerabbli. Il-prijorita’ għal dawn il-kategoriji ġiet meħuda mill-lista ta’ riskju ppubblikata mis- Centers for Disease Control.