Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd, l-Ikel u Drittijiet tal-Annimali — persuni maħtura bħala membru ta’ bord jew entità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna hija maħtura mill-Ministeru bħala membru ta’ bord jew entità oħra li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu, liema huma dawn il-ħatriet, kemm minnhom huma nisa jew irġiel u jindika l-kariga li għaliha ġew maħtura?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba hija hekk kif ġej: Bord Nru. ta’ nisa Nru. ta’ rġiel Kariga nisa Kariga rġiel Access to Benefit Sharing Advisory Committee 3 8 3 Membri 1 Chairperson 7 Membri Farm Advisory Registration Board 1 5 1 Membru 1 Chairperson 1 Segretarju 3 Membri Council for Animal Welfare 7 4 1 Chairperson 1 Segretarja 5 Membri 4 Membri Board of Directors of Pitkalija Ltd. 0 5 _ 1 Chairperson 4 Membri Traditional Agro-Food Products of Malta Board 1 4 1 Membru 1 Chairperson 3 Membri Producer Organisations Board 0 5 _ 1 Chairperson 4 Membri Veterinary Surgeon Council 2 7 2 Membri 1 Chairperson 6 Membri Malta Dairy Products Co Ltd. 1 1 1 Membru 1 Membru Agriculture Consultative Council 2 12 2 Membri 1 Chairperson 11 Membri Pesticides Control Board 3 9 3 Membri 1 Chairperson 8 Membri Plant Protection Board 4 8 4 Membri 1 Chairperson 7 Membri Organic Farming Advisory Board 2 5 2 Membri 1 Chairperson 4 Membri Fisheries Board 1 15 1 Deputy Chairperson 1 Chairperson 14 Membri Wine Regulation Board 2 7 2 Membri 1 Chairperson 6 Membri

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja — persuni maħtura bħala membru ta’ bord jew entità

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il persuna hija maħtura mill-Ministeru bħala membru ta’ bord jew entità oħra li taqa’ taħt id-dekasteru tagħha, liema huma dawn il-ħatriet, kemm minnhom huma nisa jew irġiel u tindika l-kariga li għaliha ġew maħtura?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għar-Riċerka, Innovazzjoni u l-Koordinazzjoni tal-Istrateġija wara COVID-19 — persuni maħtura bħala membru ta’ bord jew entità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna hija maħtura mill-Ministeru bħala membru ta’ bord jew entità oħra li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu, liema huma dawn il-ħatriet, kemm minnhom huma nisa jew irġiel u jindika l-kariga li għaliha ġew maħtura?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella t’hawn taht. Kariga Rgiel Nisa FITA Board of Administrators Chairperson 1 Membri 4 3 Malta Space Task Force Chairperson 1 Membri 9 MCST Board Chairperson 1 Membri 8 6 Segretarju 1 STEM Engagement Management Working Group Chairperson 1 Membri 8 7

Ministeru għall-Anzjani u l-Anzjanità Attiva — persuni maħtura bħala membru ta’ bord jew entità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna hija maħtura mill-Ministeru bħala membru ta’ bord jew entità oħra li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu, liema huma dawn il-ħatriet, kemm minnhom huma nisa jew irġiel u jindika l-kariga li għaliha ġew maħtura?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Uffiċċju tal-Prim Ministru — impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna hija impjegata fil-Ministeru u fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu f’kull skala tas-salarju provdut fil-gradi ta’ salarji għas-servizz pubbliku u jgħid kemm minnhom huma nisa u kemm minnhom huma rġiel?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Ministeru għall-Ekonomija u l-Industrija — impejgati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna hija impjegata fil-Ministeru u fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu f’kull skala tas-salarju provdut fil-gradi ta’ salarji għas-servizz pubbliku u jgħid kemm minnhom huma nisa u kemm minnhom huma rġiel?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellanta biex tirreferi ghat-twegiba tal- PQ 19253

Ħabs – Psikjatri, psychologists u assistant psychologist impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid, sena b’sena, kemm kien hemm psikjatri, psychologists u assistant psychologists impjegati mal-ħabs mill-2013 sa meta tiġi mwieġba din id-domanda?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Kif ġja kelli ċ-ċans nispjega u ninforma lill-Onor Interpellanta, dan il-Gvern qed jinvesti fil-ħabs biex ta' bilħaqq iservi ta' Faċilità korrettiva. Infurmat ukoll illi qabel l-2013 kien hemm 2 psikologi. Biex imbagħad wara l-2013 issaħħaħu s-servizzi tal-psikoloġisti kif ukoll ta' l-assistenti psikoloġisti li jagħtu servizz fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin. Fl-aħħar sena apparti s-servizz offrut mid-dipartiment tas-saħħa permezz ta’ żewġ pskijatri, ġie ngaġġat ukoll psikjatra ieħor full time fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin. B'hekk fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin hemm b'kollox fuq bażi full time hemm; tlett psikologi, sitt assistanti psikologi u psikjatra biex ikunu ta' assistenza għall-priġunieri li jiġu bżonnhom.

Ħabs — Social Workers, Social Welfare Professionals u Care Plan Coordinators impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid, sena b’sena, kemm kien hemm Social Workers, Social Welfare Professionals u Care Plan Coordinators impjegati mal-ħabs mill-2013 sa meta tiġi mwieġba din id-domanda?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Intenni mal-Onor Interpellanta li waqt li qed nispjega PQs konsekuttivi relatati mal-ħabs, qed nuri l-ħidma l-kbira li saret fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin biex insaħħu s-servizzi lill-priġunieri fir-riabilitazzjoni tagħhom. Għalhekk relatat bħala tweġiba għal din il-PQ, apparti social worker direttament impjegata mal-Agenzija għas-Servizzi Korrettivi, hemm żewġ social workers mill-FSWS. Fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin hemm ukoll ħames impjegati bħala Social Walfare Professionals mill-FSWS filwaqt li impjegat ieħor iservi bħala care plan coordiantor.

Ħabs — NGOs

Question

Jista' l-Ministru jgħid, ma’ liema NGOs fil-qasam soċjali hemm ftehim bejn il-Faċilità Korrettiva u l-imsemmija NGOs? X’inhu l-valur ta’ dan is-servizz u fiex jikkonsisti?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma l-Onor Interpellanta li l-informazzjoni mitluba hi kif ġej: NGO Servizz Provdut Valur RISe Ir-RISe tipprovdi servizzi ta’ rijabilitazzjoni u rintegrazzjoni għall-priġuniera f’dar fil-komunità. Il-priġunieri filwaqt li jingħataw għajnuna professjonali, jingħataw kull għajnuna sabiex anke jinstabilhom impjieg €12,000 fis-sena Fondazzjoni Suret il-Bniedem Donazzjoni lil-Fondazzjoni li tipprovdi servizz ta’ akkomodazzjoni lid-detenuti li jkunu waslu biex joħorġu bl-għan li tgħinhom fir-riabilitazzjoni u r-rientegrazzjoni tagħhom lura fis-soċjetà €12,000 fis-sena Caritas Programm terapewtiku għad-detenuti dipendenti mid-droga €64.74 għal kull persuna kuljum sa massimu ta €330,850 għas-sena 2021 Mid-Dlam Għad-Dawl Servizz ta sapport u informazzjoni kif ukoll għajnuna professjonali fil-forma ta psikoterapija u ‘counselling’ lill-familji u tfal tad-detenuti u lid-detenuti infushom Is-somma massima ta’ €458,580 maqsumin fuq 3 snin bejn 2021 u 2023

Għawdex — Tilqima ta’ Covid-19

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'inhi r-raġuni li ammont ta' Għawdxin qed jintalbu jmorru Malta biex jirċievu t-titqiba kontra l-COVID-19? Il-Gvern qed jikkonsidra l-possibbiltà li dawk il-ħafna Maltin li għandhom l-indirizz tagħhom reġistrat fuq Għawdex, jirċievu t-titqiba kontra l-COVID-19 f'Malta flok f'Għawdex u jekk iva x'arranġamenti qed jagħmel?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-ittri għal-vaċċin kontra l-Covid-19 jinħarġu u jintbagħtu skont l-indirizz li persuna tkun irreġistrata. Ninfurmah ukoll illi barra ċ-ċentri tas-saħħa tar-Rabat u Kerċem, u minbarra l-isptar Ġenerali ta’ Għawdex li qed jintu¿aw għall-għoti ta’ tilqim, fil-jiem li ġej ser jinfetaħ ċentru ieħor ta’ tilqim fir-Rabat Għawdex.

Contact Tracing tal-COVID-19 – average time

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti average ta' żmien li l-Awtoritajiet tas-Saħħa qed jieħdu biex jagħmlu l-contact tracing tal-każijiet ta' COVID-19 li qed ikollna? Jista' jgħid jekk dan l-average ivarjax bejn każijiet f'Malta u dawk f'Għawdex u jekk iva għala?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-kuntatt inizzjali mid-Dipartiment tas-Saħħa ma’ persuni pożittivi għal-Covid 19 iseħħ f’temp ta’ 24 siegħa u minn hawnhekk l-każ jibqa’ jiġi investigat. Wara li jiġu mistħarrġa l-każijiet każ każ, jiġu kkuntattjati persuni li kellhom kuntatt avviċinat mal-każijiet pożittivi. Il-proċess kollu jista’ jieħu sa 4 t’ijiem.
Leg 13 PQ #19516 Sitting 436 2021-03-08 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ċerimonja tal-inawgurazzjoni tal-Pavimentar tal-Menqa – organizzazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jispjega lill-Parlament min organizza ċ-ċerimonja tal-inawgurazzjoni tal-Pavimentar tal-Menqa ġewwa Marsalforn fil-bidu ta' Novembru 2020? Jista’ jagħti rendikont ta’ kemm ġiet tiswa din iċ-ċerimonja u fiex kienet tikkonsisti din in-nefqa?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ċ-ċerimonja tal-inawgurazzjoni tal-Pavimentar tal-Menqa ġewwa Marsalforn ġiet organizzata mill-Ministeru għal Għawdex, u n-nefqa totali kienet dik ta’ €13,138.50 (VAT eskluż).

Torri tal-Qbajjar

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 17183, jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar l-aħħar żviluppi rigward it-Torri tal-Qbajjar f’Marsalforn, Għawdex li jinsab fi stat ħażin ħafna u fil-periklu imminenti li jiġġarraf?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweħiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 17183 fuq l-istess suġġett
Leg 13 PQ #19518 Sitting 436 2021-03-08 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Unjoni Ewropea – Recovery and Resilience Plan

Question

Jista’ l-Prim Minsitru jgħid jekk il-Gvern Malti ssottomettiex il-pjan tiegħu biex jieħu fondi mir-Recovery and Resilience Plan tal-Unjoni Ewropea? Jekk iva, jista’ jpoġġi l-pjan fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk le, jista’ jgħid fiex wasal dan il-pjan?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 18634.
Leg 13 PQ #19531 Sitting 436 2021-03-08 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Talbiet skont il-Freedom of Information Act

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19382 u jgħid, sena b'sena mill-2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija kemm kien hemm talbiet skont il-Freedom of Information Act? Kemm minnhom ġew rifjutati?

Response (ABELA, ROBERT)

Għal perjodu minn meta daħlet il-Freedom of Information Act sa Settembru 2020, nirreferi l-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari nru 16583 tat-12 il-Legislatura u t-tweġibiet tal-Mistoqsijiet Parlamentari numri 2515,11380 u 16594 ta’din l-Legislatura. Ninsab nfurmat li minn Ottubru 2020 sa Frar 2021 kien hemm 22 talba. Ninsab infurmat ukoll li l-ebda talba għall-informazzjoni ma tiġi rifjutata. Kull talba titwieġeb skont kif tgħid il-liġi li titratta kif jiġu mwieġba dawn it-talbiet.
Leg 13 PQ #19536 Sitting 436 2021-03-08 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Sejħa għal ħaddiema bħala Labourers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il sejħa għall-ħaddiema bħala Labourers mas-Servizz Pubbliku ħarġet il-Jobsplus fl-2014, 2015, 2016, 2017, 2018, 2019, 2020 u 2021? Fuq talba ta’ liema Ministeru ħarġu tali sejħiet u f'kull każ kemm kienet it-talba?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għandha Jobsplus, qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra, tabella li turi numru ta’ sejħiet li kien hemm ma’ Jobsplus fis-settur pubbliku u l-entitajiet pubbliċi bejn l-2014 u 2021 bħala Labourers.

Tribunal għal Talbiet tal-Konsumatur — ġurisdizzjoni

Question

B’referenza għal proposta li kienet tramite l-mistoqsija parlamentari 6025 fl-2018, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern hux intenzjonat li jirrevedi l-kompetenza tat-Tribunal għat-Talbiet tal-Konsumatur u jekk iva meta ser titwettaq din il-proposta?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ġurisdizzjoni tat-Tribunal għal Talbiet tal-Konsumatur għandha tiżdied għal €5000 fejn l-emendi proposti għal din ir-reviżjoni ħarġet għall-konsultazzjoni pubblika s-sena li għaddiet. Din l-emenda fir-reviżjoni għandha titressaq quddiem il-Parlament fil-ġranet li ġejjin.

Indis Malta – proġetti infrastrutturali fix-Xewkija Industrial Estate

Question

Tista’ l-Ministru tgħid xi proġetti Infrastrutturali saru u kemm ġew jiswew minn Indis Malta ġewwa x-Xewkija Industrial Estate matul is-sena 2020 u xi proġetti infrastrutturali hemm ippjanati li jsiru minn Indis Malta matul is-sena 2021 ġewwa x-Xewkija Industrial Estate u kemm huma ppjanati li jiġu jiswew?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi d-domanda lill-Ministru kkonċernat.

Xatt tal-Birgu – tneħħija ta’ materjal

Question

B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 17990 u 18320, jista’ l-Ministru jgħid jekk marrux uffiċjali mill-Ministeru sabiex jaċċedu fuq il-post u jaraw jekk il-materjal li hemm fir-ritratti li qed jingħataw separatament effettivament tneħħa għax huwa ta' perikolu u ta’ ostaklu?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-uffiċjali tal-MITP fl-20 ta’ Jannar 2021 għamlu inspection fuq il-post msemmi, nikkonfermaw li ma je¿isti l-ebda materjal depositat jew restawr meħtieg, fiż-żona fdata lil dan il-Ministeru.

Air Malta – Destinazzjoni lejn Lourdes u lura

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 19358, jista’ l-Ministru jgħid jekk fil-fatt ir-ristrutturazzjoni tat-titjiriet tal-linja nazzjonali l-Air Malta għal din is-sena, tinkludiex titjiriet chartered jew bl-iskeda għal Lourdes u lura, u jekk fl-affermattiv meta hu maħsub li dawn it-titjiriet isiru?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Air Malta qatt ma kellha titjiriet purament bi skeda għal Lourdes. Kien hemm perjodu fejn kien hemm xi titjiriet li kienu ‘ part charter’ u ‘part schedule’ (charter/schedule). Bħalissa ma hemmx il-ħsieb li jkun hemm titjiriet lejn Lourdes la bi skeda u l-anqas b’charter. Ma hux esklus li jkun hemm xi titjiriet jekk ikun hemm id-domanda jew jekk ic-cirkostanzi jippermettu.