Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew approvati direct orders mill-Ministeru għall-Finanzi mill-2010 'l hawn, sena b'sena u Ministeru b'Ministeru? Kemm huwa l-ammont ta' dawn id-direct orders, sena b'sena?
Response (CARUANA, CLYDE)
Filwaqt li ninforma li l-informazzjoni, li qed tintalab, tiġi ppubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern, kif jesiġu l-Public Procurement Regulations, nitlob lill-Onorevoli interpellant ikun izjed speċifiku.
Impjegati ingaġġati ma’ kuntratturi li jaqdu dmirijiet ma’ xi dipartiment tal-Gvern jew entità pubblika
Question
Jista' l-Ministru jagħti n-numru ta' ħaddiema illi huma impjegati ma' kuntrattur u li qegħdin jaqdu d-dmirijiet tagħhom ma' xi dipartiment tal-Gvern jew entità pubblika oħra, sena b'sena mill-2010 'l hawn?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex ikun iktar speċifiku.
Jista' l-Ministru jindika kemm inkera spazju s'issa u kemm għad hemm spazju x'jinkera fil-Gozo Innovation Hub? Jista' jindika kemm kien hemm spazju li ġie allokat għal skopijiet mhux industrijali u taħt liema kundizzjoni tali allokazzjoni saret?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa, lis-spazju li inkera lil kumpaniji li huma eligibli fil-Gozo Innovation Hub jammonta għal ċirca 580 metru kwadru. Dan filwaqt li fadal spazju ta’ circa 2,640 metru kwadru li huwa disponibbli ghall-allokazzjoni lill- kumpaniji eligibli.
Ministeru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru – miżuri minħabba l-COVID-19
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-miżuri li ttieħdu fl-uffiċini kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu sabiex jiġi assigurat li l-periklu ta' infezzjoni tal-COVID-19 jitnaqqas eżempju b'użu ta' screens bejn l-iskrivaniji u l-obbligu tal-ilbies tal-maskri inkluż f'dawk l-uffiċċji li mhumiex aċċessibbli għall-pubbliku?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Ministeru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru — teleworking
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati li jaqgħu taħt l-Ministeru tiegħu li bħalissa qed jaħdmu permezz ta’ teleworking? Kemm kien hemm talbiet għal xogħol ta' teleworking minn Marzu 2020 li ma ġewx milqugħa?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Ministeru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru – impjegati li mardu bil-COVID-19
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati taħt il-Ministeru tiegħu li ġew infettati u mardu bil-COVID-19 u kemm hemm impjegati li bħalissa qegħdin kwarantina minħabba xi kuntatti li kellhom ma’ individwi pożittivi?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ persuni b’diżabilità li ġew offruti kors mill-Jobsplus sabiex jgħinhom isibu impjieg matul is-sena li għaddiet? Fuqiex kien jikkonsisti l-kors u fejn sar?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ persuni li tilfu l-impjieg tagħhom matul is-sena li għaddiet u liema xogħol kienu jagħmlu?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, skont it-tagħrif ta’ JobsPlus, kien hemm 5,928 persuna individwali li tilfu x-xogħol li kien ivarja minn dak ta’ maniġers sa xogħol elementari.
L-impjiegi kienu wkoll mifruxin fuq għadd ta’ setturi.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni b’diżabilità li qed jaħdmu fis-settur pubbliku?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għandha Jobsplus in-numru ta’ persuni b’diżabilità li kienu qed jaħdmu fis-settur pubbliku sal-aħħar ta’ Diċembru 2020 kien ta’ 1,239.
L-aħħar ċifri maħduma huma ta’ Diċembru 2020.
Persuni fuq bażi part-time u full-time bħala primary job
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni jaħdmu fuq bażi part-time sal-aħħar ta’ Jannar 2021? Jista’ jindika kemm minnhom kellhom l-impjieg part-time bħala l-primary job? Kemm minnhom kellhom full-time job mal-part-time job? Kemm minnhom kienu nisa u kemm irġiel? Kemm minnhom qabżu l-età tal-pensjoni?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għandha Jobsplus hawn taħt issib tabella A li turi n-numru ta’ nisa u rġiel li qed jaħdmu fuq bazi part-time bħala primary job u part-time mal-full-time; u tabella B li turi n-numru ta’ nisa u rġiel li l-età tagħhom hija minn 62 sena-il fuq (62 inkluz) u li qed jaħdmu fuq bazi part-time bħala primary job u part-time mal-full-time sal-aħħar ta’ Settembru 2020.
Tabella-A
Settembru 2020
Nisa
Irġiel
Total
Part-Time Only
18,497
13,639
32,136
Part-Time with FT
10,888
20,786
31,674
Tabella-B
62 sena-il fuq (62 inklu
ż
)
Settembru 2020
Nisa
Irġiel
Total
Part-Time Only
2,271
4,736
7,007
Part-Time with FT
223
997
1,220
L-aħħar ċifri ppublikati huma ta’ Settembru 2020.