Jista' l-Ministru jikkonferma li ċ-Children's House kienet inawgurata mill-predeċessur tiegħu l-Onor. Michael Farrugia ftit qabel l-Elezzjoni Ġenerali f'Mejju 2017? X'kienet ir-raġuni għalfejn ma ntużatx tul dawn l-aħħar kważi erba’ snin?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li, ċ-Children’s House kienet infetħet wara li kienet għaddiet il-liġi dwar il-protezzjoni tat-tfal (Kap 569) fil-bidu tal-2017 u dan biex it-tħaddim ta’ din il-liġi jkun jinkludi l-użu ta’ dan il-post li huwa child friendly.
Kif taf l-Onor. Interpellanta, il-liġi Kap 569 inbidlet wara ħafna konsultazzjoni mal-partijiet kollha kkonċernati u saret l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Minuri (Ħarsien Alternattiv), Kap 602. Din kienet approvata mill-Parlament f’ Lulju, 2019. Il-pjan kien li l-liġi tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2020 imma, minħabba ċ-ċirkostanzi li lkoll nafu bihom, il-liġi daħlet fis-seħħ fl- 1 ta’ Lulju, 2020. Dejjem kien preċiżat li se jkun hemm partijiet tal-liġi li ma jidħlux fis-seħħ mill-ewwel. Fosthom dik li s-smiegħ tal-minuri jsir fiċ-Children’s House.
Ninsabu fl-aħħar fażi ta’ konsultazzjonijiet biex jiġu ppublikati r-regolamenti ta’ kif għandha tintuża din il-faċilità li hija maħsuba skont standards internazzjonali biex tagħti aktar vuċi lit-tfal.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-funzjoni ta' Children's House?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li, l-funzjoni taċ-Children’s House toħroġ minn Artiklu 15 (1) u 15 (2) tal-Att Dwar Il-Protezzjoni tal-Minuri (Ħarsien Alternattiv), Kap 602 tal-Liġijiet ta’ Malta.
Dan l-artikolu jgħid hekk:
“15. (1) Il-Qorti għandha tisma’ l-każijiet kollha miġjuba quddiemha bis-saħħa ta’ dan l-Att f’dawk il-postijiet preskritti mill-Ministru permezz ta’ regolamenti sabiex iservu bħala Children’s House.
(2) Mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Att, il-Ministru
jista’ wkoll b’regolamenti jippreskrivi l-proċedura li għandha tiġi segwita
għall-każijiet kollha li jinstemgħu ġewwa
Children’s House
.”
Dan il-provvediment daħal fil-liġi għal żewġ raġunijiet. L-ewwel nett, Malta hija firmatarja tal-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Protezzjoni tat-Tfal Minn Sfruttament Sesswali u Abbuż Sesswali magħrufha aħjar bħala l-Lanzarote Convention.
Inter alia, din il-Konvenzjoni tispeċifika, f’ Artiklu 35.1, li, nikwota;
b. “interviews with the child take place, where necessary, in premises designed or adapted for this purpose;
c. interviews with the child are carried out by professionals trained for this purpose;
d. the same persons, if possible and where appropriate, conduct all interviews with the child.”
It-tieni raġuni hija li fejn jidħol il-ħarsien tal-minuri irridu li l-prinċipju tal-aqwa interess tal-minuri jkun mħares anki f’termini tal-mod, ta’ kif u dwar l-post fejn il-minuri jiġu biex jgħidu l-istorja tagħhom.
Għaldaqstant, iċ-Children’s House hi ntenzjonata illi tkun estensjoni tal-bini tal-Qorti illi tieħu, f’ambjent san għall-minuri. Aktar minn kollox, għalhekk, apparti mill-binja, iċ-Children’s House hi fl-ewwel istanza, proċedura ġudizzjarja illi tkun binja addattata għat-tfal. Din il-proċedura, waqt li ma tnaqqas xejn mid-dritt għas-smiegħ xieraq ta’ kull allegat aggressur f’ każijiet li jinvolvu t-tfal, timmanifesta lilha nfisha b’mod li hu child friendly.
Iċ-Children’s House tista’ tintuża ukoll minn korpi investigattivi illi jistgħu jagħżlu illi jiġbru l-materjal kollu li għandhom bżonn minn post wieħed illi hu komdu u sikur għal minuri. Filwaqt li l-iskop prinċipali hu li din tintuża bħala awla tal-Qorti, b’ambjent sikur u denju fejn tlaqqa’ l-minuri, il-binja ser tintuża ukoll biex waqt rapport, kull istituzzjoni illi għandha bżonn tinvestiga, tiġi fiċ-Children’s House u tagħmel ix-xogħol li għandha tagħmel f’darba, u b’hekk il-minuri ikun ukoll franka l-iskariġġ ta’ ħafna visti repetuti ġo postijiet differenti. Fl-aħħar nett, dan kollu jgħin ukoll ‘l għaliex il-minuri ma jkollux għalfejn jirrepeti l-istorja trawmatika tiegħu.
Servizz Looked After Children – turnover ta’ ħaddiema soċjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm turnover ta’ ħaddiema soċjali fis-servizz tal-Looked After Children mis-sena 2000 sal-lum?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, t-tagħrif mitlub minnu huwa skont kif jidher fit-tabella t’hawn taħt:
Turnover ta' Ħaddiema Soċjali
LOOKED AFTER CHILDREN
Riżenji
Ingaġġati
2010
0
0
2011
0
3
2012
1
4
2013
1
1
2014
0
0
2015
0
0
2016
0
0
2017
0
19
2018
0
5
2019
0
5
2020
0
5
TOTAL
2
42
N.B. Minħabba raġunijiet ta’ Data Protection (GDPR), tagħrif għas-snin preċedenti, qabel l-2010, mhuwiex aktar disponibbli.
Supervised Access Visits — Ħaddiema li jipprovdu servizz
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm turnover ta’ ħaddiema li jipprovdu servizz ta’ Supervised Access Visits mis-sena 2000 sal-lum?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub minnu jinsab fit-tabella ta’ hawn taħt.
SUPERVISED ACCESSED VISITS (Turnover ta' Ħaddiema)
SOCIAL SUPPORT WORKER (jagħmlu xogħol ta' superviżjoni)
SENA
Riżenji
Ingaġġati
2016
1
4
2017
8
15
2018
9
14
2019
7
5
2020
1
4
Sub-Total
26
42
SOCIAL WELFARE PROFESSIONAL (jagġmlu xogħol ta' superviżjoni)
SENA
Riżenji
Ingaġġati
2010
0
1
2011
0
1
2017
0
7
2018
4
7
2019
6
12
2020
7
3
Sub-Total
17
31
Ħaddiema Soċjali (SOCIAL WORKER)
SENA
Riżenji
Ingaġġati
2010
1
0
2019
0
3
2020
0
1
Sub-Total
1
4
SUPPORT WORKER (jgħinu fix-xogħol ta' superviżjoni)
SENA
Riżenji
Ingaġġati
2017
0
2
2018
1
0
2019
0
2
2020
0
4
Sub total
1
8
TOTAL SĦIĦ
45
85
N.B.
Minħabba raġunijiet ta’ Data Protection (GDPR), tagħrif għas-snin preċedenti, qabel l-2010, mhuwiex aktar disponibbli.
Mis-sena 2010 ’l hawn fejn hemm sena maqbuż taħt kull kategorija dan huwa għax ma kienx hemm ċaqlieq f’ dik is-sena partikolari.
Il-maġġoranza assoluta ta’ ingaġġi, u allura anki riżenji, saru mill-2016 ’l hawn wara li kien ngħata l-capacity building meħtieġ (minħabba ż-żieda fid-domanda) biex dan is-servizz jimpjega l-personnel meħtieġ bi kwalifiċi fuq bażi full time minflok il-casual part-timers kif kien isir qabel u li mhux dejjem kienu jkunu kwalifikati.
F'Lulju 2019 daħlet fis-seħħ id-Direttiva Ewropea tas-Single Use Plastics li tinkludi l-għan nobbli li jitnaqqas l-iskart tal-plastic, speċjalment dak 'disposable'.Ġo pajjiżna hawn diversi workshops u fabbriki li jipproduċu materjali bil-plastik li kellhom jadattaw għal din id-Direttiva. Uħud minn dawn, jinsabu fi stat ta' inċertezza dwar il-materjali u proċessi li jistgħu jużaw issa, li parti mill-produzzjoni tagħhom tiġi meqjusa projbita għax tmur kontra d-Direttiva. B'mod partikolari, hemm ċerta materjali li għalkemm mhux espressament projbiti mid-Direttiva jistgħu jiġu koperti bl-effetti tagħha bħalma huma l-użu tal-plastic bio-degradabbli u l-użu ta' kartun u karti li jkun jinkludi plastic-coating. Jista' l-Ministru jindika x'qed isir min-naħa tal-Gvern sabiex jiċċara dawn id-domandi mill-Industrija u x'ħidma qed iwettaq il-Gvern biex jirrapreżenta l-interessa tal-industrija Maltija fuq livell Ewropew anke fil-livell ta' implimentazzjoni ta' din id-Direttiva?
Response (ABELA, CARMELO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
F'Lulju 2019 daħlet fis-seħħ id-Direttiva Ewropea tas-Single Use Plastics li tinkludi l-għan nobbli li jitnaqqas l-iskart tal-plastic, speċjalment dak 'disposable'. Ġo pajjiżna hawn diversi workshops u fabbriki li jipproduċu materjali bil-plastic li kellhom jadattaw għal din id-Direttiva. Uħud minn dawn jinsabu fi stat ta' inċertezza dwar il-materjali u proċessi li jistgħu jużaw issa li parti mill-produzzjoni tagħhom tiġi meqjusa projbita għax tmur kontra d-Direttiva. B'mod partikolari, hemm ċerta materjali li għalkemm mhux espressament projbiti mid-Direttiva jistgħu jiġu koperti bl-effetti tagħha bħal ma huma l-użu tal-plastic bio-degradabbli u l-użu ta' kartun u karti li jkun jinkludi plastic-coating. Jista' l-Ministru jindika x'qed isir min naħa tal-Gvern sabiex jiċċara dawn id-domandi mill-Industrija u x' ħidma qed iwettaq il-Gvern biex jirrapreżenta l-interessa tal-industrija Maltija fuq livell Ewropew anke fil-livell ta' implimentazzjoni ta' din id-Direttiva?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsijiet tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.
F'Lulju 2019 daħlet fis-seħħ id-Direttiva Ewropea tas-Single Use Plastics li tinkludi l-għan nobbli li jitnaqqas l-iskart tal-plastic, speċjalment dak 'disposable'.Ġo pajjiżna hawn diversi workshops u fabbriki li jipproduċu materjali bil-plastic li kellhom jadattaw għal din id-Direttiva.Uħud minn dawn jinsabu fi stat ta' inċertezza dwar il-materjali u proċessi li jistgħu jużaw issa li parti mill-produzzjoni tagħhom tiġi meqjusa projbita għax tmur kontra d-Direttiva. B'mod partikolari, hemm ċerta materjali li għalkemm mhux espressament projbiti mid-Direttiva jistgħu jiġu koperti bl-effetti tagħha bħal ma huma l-użu tal-plastic bio-degradabbli u l-użu ta' kartun u karti li jkun jinkludi plastic-coating. Jista' l-Ministru jindika x'qed isir min-naħa tal-Gvern sabiex jiċċara dawn id-domandi mill-Industrija u x' ħidma qed iwettaq il-Gvern biex jirrapreżenta l-interessa tal-industrija Maltija fuq livell Ewropew anke fil-livell ta' implimentazzjoni ta' din id-Direttiva?
Response (FARRUGIA, AARON)
Nassigura lill-Onor. Interpellant li l-Gvern għandu f’qalbu l-aqwa interess ta’ pajjiżna kemm fil-qasam ambjentali kif ukoll fil-qasam tal-industrija li tant tħaddem nies. Ta’ min jgħid hawnhekk li kull meta l-Kummissjoni Ewropeja tieħu xi inizjattiva dwar l-possibiltà ta’ xi regoli jew direttiva ġdida din tagħmel proċess twil ta’ konsultazzjoni li fih ikun ukoll involut l-privat. Fil-każ tad-direttiva li qed isemmi l-Onorevoli Interpellant sar l-istess u fil-fatt l-websajt tal-UE fi https://ec.europa.eu/environment/topics/plastics/single-use-plastics_en tagħti d-dettalji kollha tal-proċess. Sadanittant min-naħa tal-Gvern hemm protokolli li ilhom jeżistu s-snin sabiex, permezz tal-laqgħat li jsiru regolarment fil-qafas leġiżlattiv tal-UE, Malta wkoll flimkien ma’ pajjiżi oħra tkun tista’ tagħmel l-posizzjoni tagħha waqt li tieħu l-kunisderazzjonijiet xierqa tal-interessi tal-pajjiż inkluż dawk tal-industrija skont l-każ. Meta l-Gvern jiġi biex jimplimenta kwalunkwe direttiva, inkluż dik tas-Single Use Plastics, isegwi l-istess prinċipju u jara li l-interessi tal-pajjiż ikunu salwagwardati dejjem fil-parametri li tkun tippermetti d-direttiva.
Hawnhekk irrid ngħid li b’għażla speċifika tal-Gvern, u dan anke fid-dawl tal-ħsara li issir lill-ambjent, Malta kienet minn ta’ quddiem sabiex tibda tissodisfa l-obbligi ta’ din id-direttiva dwar Single Use Plastics. Filfatt, mill-1 ta’ Jannar tal-2021, Malta daħlet fis-seħħ ir-regolamenti sabiex tipprojbwixxi ċertu prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss inklużi kontenituri tal-ikel magħmula minn polistiren espandut, u prodotti magħmula mill-plastik ossodegradabbli. Iżda x-xogħol għadu għaddej. Fuq livell nazzjonali hu maħsub li fix-xhur li ġejjin aktar regolamenti ser jidħlu fis-seħħ wara diskussjonijiet mal-partijiet interessati, filwaqt li fuq livell Ewropew ser tkompli r-riċerka fuq materjali oħra tal-plastik li jistgħu jiġu inklużi fid-direttiva.
Irrid ngħid li dawn ir-regolamenti ġew diskussa mal-partijiet interessati waqt l-konsultazzjoni pubblika mnedija mill-Ministeru bejn it-28 t’Ottubru u s-26 ta’ Novembru 2020 li għaliha ipparteċipaw diversi partijiet fosthom kumpaniji ta’ konsulenza, il-Kamra tal-Kummerċ, il-Kamra tal-SMEs, eNGOs, supermarkets, istituzzjonijiet akkademiċi, produtturi u bejjiegħa tal-plastik, produtturi ta’ pakkeġġjar, kumpaniji ta’ maniġġjar tal-iskart, ħwienet bl-imnut (retail), u persuni oħra.
Fl-aħħar nett intenni li dan huwa Gvern li dejjem lest jisma. Fil-fatt l-Ministeru dejjem ta u għadu jagħi l-opportunità lil dawk l-individwi, assoċjazzjonijiet kif ukoll kumpaniji sabiex iressqu l-mistoqsijiet li jkollhom anke wara li tkun saret il-konsultazzjoni pubblika. Fil-fatt, sa issa, l-Ministeru u l-ERA taw assistenza teknika u direzzjoni lill-aktar minn mitt mistoqsija. Sabiex niffaċilitaw aktar, fil-futur qarib ser ikunu ppubblikati fuq il-websajt tal-ERA sett ta’ mistoqsijiet relattivi flimkien ma’ tweġibiet għalihom u dan sabiex tixxerred iżjed l-informazzjoni meħtieġa.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 17923 u 19152 u jgħid kemm kien hemm impjegati fis-Servizz Pubbliku minn skala 1 sa 5 u kemm minnhom kienu ta' sess femminili mill-2010 ’l hawn, maqsuma sena b'sena? X'qed iżomm il-Prim Ministru milli jagħti din l-informazzjoni bażika u huwiex issa f'pożizzjoni li jagħtiha peress illi dewmien biex tingħata informazzjoni daqshekk bażika titfa' dawl ikrah fuq l-amministrazzjoni pubblika li ma jixirqilhiex?
Response (ABELA, ROBERT)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għal-lista annessa kif ninsab nfurmat. L-figuri juru li mil- 2010 sal-2020, il-persentaġġ ta’ nisa minn skala 1 sa 5 fis-Servizz Pubbliku huwa kwazi d-doppju.
SENA
% NISA
2010
24.85
2011
24.442
2012
26.551
2013
27.973
2014
32.118
2015
31.355
2016
31.924
2017
33.49
2018
37.423
2019
37.878
2020
Madwar 46
Il-Fgura – Triq Anġlu u Marianna Camilleri — xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet qed isiru f’Triq Anġlu u Marianna Camilleri fil-Fgura? Jista’ jindika kemm ser idum dan ix-xogħol, billi hija triq użata sew?
Response (BORG, IAN)
Bit-twaqqif ta’ Infrastructure Malta t-titjib fl-infrastruttura ta’ pajjiżna jinsab fuq quddiem nett tal-ħidma ta’ dan il-Gvern. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq fil-pajjiż. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis.
Infrastructure Malta qed twettaq ħafna proġetti biex ittejjeb is-sigurezza u s-sostenibilità tas-sistema tat-toroq ewlenin, toħloq infrastruttura ta’ kwalità u ambjent aħjar fit-toroq residenzjali f’kull lokalità u tibni mill-ġdid ukoll ħafna toroq sekondarji oħra, fosthom kilometri ta’ toroq rurali fil-kampanja. Dan l-investiment diġa qed iħalli l-frott mixtieq, b’diversi toroq residenzjali mibnija mill-ġdid u b’ħafna proġetti ta’ titjib fit-toroq ewlenin tas-sistema tat-trasport bl-art f’pajjiżna.
Fil-ftit żmien kemm ilha li twaqqfet, l-aġenzija diġà bniet mill-ġdid u għamlet titjib f’madwar 500 triq. Matul l-2020 bniet mill-ġdid mal-155 triq residenzjali u bħalissa għaddejjin xogħlijiet f’madwar 50 triq oħra.
Fil-lokalità tal-Fgura diġà nbew mill-ġdid u saru xogħlijiet fi Triq Buqexrem, Triq ġdida fi Triq l-Għarnuq, Sqaq Rjallu, Triq il-Merħba, Triq is-Sur, Triq l-Għarnuq, Triq San Xmun u Triq San Tumas. Bħalissa qed jinbnew mill-ġdid Triq Anġlu u Marianna Camilleri u Triq l-Għollieq, waqt li hemm ippjanati biex fix-xhur li ġejjin jinbdew xogħlijiet fi Triq San Pietru, Triq id-Dejma u Triq il-Falkunier.
Fit-triq indikata Infrastructure Malta qed tagħmel tibdil fis-sistema tad-drenaġġ u fis-sistema għad-dsitribuzzjoni tal-ilma, tibni bankini ġodda fuq iż-żewġ naħat tat-triq u tgħaddi s-servizzi tat-telekomunikazzjoni minn taħthom. Imbagħad ikun imiss li jissaħħu l-pedamenti u jsir wiċċ ġdid tat-triq b’diversi saffi t’asfalt. Ix-xogħol kollu f’din it-triq mistenni jkun lest dan ix-xahar stess.
Intennu l-impenn tagħna li nkomplu naħdmu bla heda biex nagħtu ambjent aħjar u kwalità ta’ ħajja aħjar lill-familji fil-lokalitajiet kollha f’pajjiżna.
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet qed isiru fix-Xatt ta’ Marsaxlokk ?
Response (BORG, IAN)
Minn meta ġiet fdata bl-iżvilupp tal-infrastruttura marittima f’Malta sentejn ilu, Infrastructure Malta wettqet diversi proġetti ta’ titjib fil-faċilitajiet u l-postijiet li jużaw is-sajjieda f’Marsaxlokk.
Fost oħrajn, għadha kif lestiet il-bini ta’ breakwater ġdid ta’ 110 metri fil-Ponta tal-Qrejten, sabiex ikennen din ix-xaqliba tal-port mill-mewġ qawwi li kien jagħmel ħafna ħsara lill-bastimenti tas-sajjieda u attivitajiet u faċilitajiet oħrajn max-xatt. It-taqsima marittima ta’ Infrastructure Malta bħalissa qed tagħmel ukoll studji preliminari biex tagħraf l-aħjar post u t-tip ta’ struttura li tista’ ssir fl-inħawi taħt Delimara, biex tkennen din in-naħa tax-xatt ta’ Marsaxlokk ukoll.
Fl-2019, l-aġenzija bniet mill-ġdid ukoll l-10 skali ta’ daqsijiet differenti li minnhom is-sajjieda u persuni oħra dilettanti tal-baħar f’Marsaxlokk iniżżlu d-dgħajjes tagħhom. Bħalissa għaddejjin ukoll xogħlijiet ta’ tiswijiet f’parti mill-moll biswit Triq il-Power Station, li jużawh mhux biss id-dilettanti tas-sajd bil-qasba, iżda ħafna oħrajn li jmorru għall-passiġġati f’dawn l-inħawi.
Is-sena li għaddiet l-aġenzija tat bidu wkoll għal proġett ta’ madwar €1.9 miljun parzjalment iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea, sabiex ittejjeb l-aċċess u s-sigurezza tal-puntuni tal-inħawi tal-Magħluq, fin-naħa ta’ ġewwa tal-Port ta’ Marsaxlokk. Permezz ta’ dan l-investiment, Infrastructure Malta qed tibdel it-tliet puntuni li jużaw ħafna sajjieda biex jorbtu d-dgħajjes tagħhom magħhom filwaqt li tagħmel xogħlijiet ta’ tħammil biex tfannad qiegħ il-baħar u tagħmel din iz-zona aktar sigura u aċċessibbli għat-tbaħħir.
Fix-xhur li għaddew Infrastructure Malta poġġiet f’posthom il-puntuni l-ġodda, li jinkludu tnejn ta’ madwar 48 metru u ieħor ta’ 60 metru. Dawn se jkun attrezzati b’rampi u faċilitajiet aktar aċċessibbli u siguri.
Sadanittant, wara li qieset id-diffikultajiet li s-sajjieda ilhom jesperjenzaw għal snin twal minħabba ċ-ċaqlieq tar-ramel f’qiegħ il-baħar bil-maltemp, Infrastructure Malta qed twettaq studji sabiex tidentifika soluzzjoni dejjiema. Fil-fatt, filwaqt li għaddej it-tħammil ta’ qiegħ il-baħar fiz-zona tal-Magħluq sabiex sas-sajf li ġej il-puntuni ġodda jkunu aċċessibbli b’mod sħiħ, l-aġenzija ser titlob ukoll lill-awtoritajiet sabiex tikseb il-permessi ħalli testendi dan ix-xogħol f’partijiet oħra aktar ‘il barra fil-Port ta’ Marsaxlokk, fosthom ir-rotta li minnha l-bastimenti jidħlu fil-port (fairway).
B’mod immedjat, qed isir ukoll intervent temporanju li jwaqqaf il-maltemp milli jerġa’ jqabbe¿ ir-ramel fuq is-sieq tal-Magħluq u jimblokka l-aċċess għall-bastimenti. Infrastructure Malta bħalissa għaddejja b’xogħlijiet fiz-zona tal-Magħluq fejn qed jitmexxa r-ramel li jinġarr permezz tal-kurrenti, kif ukoll waqt xi maltempata. Ser ikun qed jinbena ħajt għall-ilqugħ tar-ramel waqt il-maltemp, jiġi mgħolli l-moll eżistenti peress li qed jogħla l-livell tal-baħar u jitlestew ‘sleeves’ biex jiddaħħlu s-servizzi fiz-zona.
Kif spjegajt, Infrastructure Malta qed tippjana li tibni strutturi ġodda bħalma wettqet fil-Qrejten jew li ttejjeb u testendi strutturi eżistenti, sabiex toffri aktar serħan il-moħħ lis-sajjieda u l-baħħara f’din iz-zona billi ttaffilhom id-diffikultajiet tal-maltemp li jiffaċċjaw bħalissa.
Il-Fgura – Triq Anġlu u Marianna Camilleri — xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet qed isiru f’Triq Anġlu u Marianna Camilleri fil-Fgura? Jista’ jindika kemm ser idum dan ix-xogħol, billi hija triq użata sew?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Fgura li fi Triq Anġlu u Marianna Camilleri saru xogħlijiet marbuta ma’ servizzi ġodda, ġew irranġati l-bankini fuq iż-żewġ naħat u qed isir tarmak ġdid. Dan ix-xogħol ser ikun lest għal tmiem ix-xahar ta’ Marzu.
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet qed isiru fix-Xatt ta’ Marsaxlokk?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Marsaxlokk li l-proġetti f’Xatt is-Sajjieda u l-Magħluq qegħdin isiru mill-Grand Harbour Regeneration Corporation; għaldaqstant l-Onor. Interpellant mitlub jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Mediċina Kaftrio — Persuni li jbatu minn Cystic Fibrosis
Question
Fid-dawl tal-fatt li f'Malta hawn numru ta' persuni li jbatu mill-kundizzjoni fatali tas-Cystic Fibrosis, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'inhuma r-raġunijiet għala l-Gvern għadu mhux qiegħed jittrata l-akkwist tal-mediċina 'Kaftrio' bħala prijorità fil-qasam tas-servizzi tal-kura tas-saħħa f'Malta?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi mediċini għal-kundizzjoni li semma hu qegħdin jiġu kkunsidrati mill-esperti tekniċi tad-Dipartiment tas-Saħħa għal possibbilita’ li jkunu inklużi fil-formularju tal-Gvern.
Mediċina Trikafta – Persuni li jbatu minn Cystic Fibrosis
Question
Fid-dawl tal-fatt li l-mediċina Trikafta ġiet approvata mill-Aġenżija Ewropea għall-Mediċini f'Awwissu 2020, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'inhuma l-passi li għamel u l-passi li ħa jagħmel il-Gvern sabiex jixtri, jakkwista u jqassam l-mediċina 'Trikafta' għal minn ibati mill-kundizzjoni tas-Cystic Fibrosis f'Malta?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 19739.
Agreement on Management and Operation of the Miżieb and Aħrax Areas – mappa tal-passaġġi pubbliċi
Question
B'referenza għall-konċessjoni 'Agreement on Management and Operation of the Miżieb and Aħrax Areas' datat 9 ta' Ottubru 2020 li biha l-Awtorità tal-Artijiet għaddiet l-immaniġġar ta' dawn iż-żewġ siti lill-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK), jista' l-Ministru jippubblika mappa tal-passaġġi pubbliċi, kif ukoll tal-'established footpaths' imsemmija fi klawsola 5.14 tal-imsemmi ftehim, li jgħaddu minn dawn iż-żewġ siti?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-taghrif ghadu qed jingabar u t-twegiba tinghata f’seduta ohra.