Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #19614 Sitting 438 2021-03-10 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Kerċem – Triq Għajn Abdul u x-Xagħra – Triq ta’ Stellini — toroq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess biex Triq Għajn Abdul ġewwa Ta' Kerċem u Triq ta' Stellini fix-Xagħra Għawdex jinbnew mil-ġdid peress li partijiet minnhom huma ta' periklu għal minn jgħaddi minnhom? Jista’ jgħid ukoll jekk dawn it-toroq hux ser isiru matul is-sena 2021 u jekk iva f’liema xahar mistenni jibda x-xogħol fuq din l-imsemmija toroq?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pjanijiet fuq dawn it-toroq qegħdin fi stadju inizjali.
Leg 13 PQ #19615 Sitting 438 2021-03-10 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Rivista Proġett Għawdex

Question

B'referenza għar-rivista 'Proġett Għawdex' li l-ewwel ħarġa tagħha kienet f'Novembru 2019 u fejn f'din ir-rivista kien hemm miktub li din ħa tibda tkun ippubblikata minn żmien għall-żmien biex jinżamm kuntatt mar-residenti Għawdxin kif ukoll ikunu infurmati fuq proġetti li jkunu qed jitwettqu madwar Għawdex, kif ukoll fuq diversi skemi li huma intiżi għar-residenti Għawdxin, jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba ħarġet matul is-sena 2020 din ir-rivista u jgħid kemm-il darba hemm ippjanata li toħroġ din ir-rivista matul is-sena 2021? Jista' jgħid x'kienet l-ispiża totali sal-lum fuq din ir-rivista liema spiża tkun tinkludi stampar, posta u xogħol?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.

Approvazzjoni ta’ permess

Question

Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar il-permess PA/01519/18 'Upgrading works to open rehabilitated landfill to the public Site at Il-Qortin Ta' Għajn Damma, Xagħra, Gozo' u jgħid f'liema stadju wasal dan il-permess biex jiġi approvat mill-Awtorità tal-Ippjanar (PA) u l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) u jgħid għala għaddew iktar minn sentejn u għadu ma ġiex approvat dan il-permess?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninsab infurmat li l-applikazzjoni li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant tinsab fl-aħħar stadju tal-proċess tal-ippjanar fejn qed jitħejja d-Development Permit Application Report bir-rakkomandazzjoni għall-Bord tal-Ippjanar. L-Awtoritá tal-Ippjanar taġixxi, kif jixraq, b’mod awtonomu mill-uffiċċju tal-Ministru fl-ipproċessar tal-applikazzjonijiet ovvjament dejjem fil-parametri tal-liġi, anke f’dan il-każ. Dwar dewmien il-proċess jieħu ż-żmien tiegħu imma l-importanti li l-proċess issa wasal fl-aħħar stadju tiegħu.
Leg 13 PQ #19617 Sitting 438 2021-03-10 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Segretarjat Privat – użu ta’ karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm qegħdin jintużaw karozzi mis-Segretarjat Privat tiegħu u jagħti wkoll in-numru tar-reġistrazzjoni u l-mudell ta' kull karozza li qed tintuża mill-membri tas-Segretarjat Privat tiegħu? Jista' jgħid, fejn hu l-każ, min qed juża l-istess karozzi? F'kull każ jista' jgħid jekk il-karozzi humiex proprjetà tal-Ministeru jew inkella humiex mikrija?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa hemm tliet karozzi li qed jintużaw mis-Segretarjat Privat. Waħda mill-karozzi hija proprjeta’ tal-Ministeru, filwaqt li t-tnejn l-oħra huma mikrija. L-ebda’ karozza ma hi tintuża minn l-istess individwi.
Leg 13 PQ #19642 Sitting 438 2021-03-10 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Qawra – parkeġġ taħt l-iskola

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhu l-pjan għall-parkeġġ li hemm taħt l-iskola tal-Qawra? Dan se jkun għall-użu tal-pubbliku, bħalma kien wiegħed il-Gvern meta kienet qed tinbena l-iskola?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 19289. Nerġa' ntenni li hi l-intenzjoni tal-awtoritajiet li dan il-parkeġġ ikun aċċessibbli għall-użu minn terzi.

Awtorità tal-Mediċina – bejgħ ta’ kontraċettivi

Question

Jista' l-Ministru jgħid, skont l-Awtorità tal-Mediċina kemm inbiegħu kontraċettivi f'pajjiżna bejn l-2015 u l-2020? Jista' jagħti l-valur u l-ammont għal kull tip ta' kontraċettiv?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant tispeċifika għal liema kontraċettivi qegħdha tirreferi.

MCCAA — ilmenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm ilmenti quddiem l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) bejn is-snin 2015 u l-2020, maqsuma sena b'sena? Jista' jgħid ukoll x'tip ta' ilmenti kienu u kemm kien hemm f'kull kategorija?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ ilmenti reġistrati quddiem l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) bejn is-snin 2015 u l-2020, u kemm kien hemm ilmenti f’kull kategorija taħt Ilmenti tal-Konsumaturi (Ġenerali) għas-snin 2019 u 2020, qed jiġu ppreżentati fit-tabelli t’hawn taħt: Sena Ilmenti tal-Konsumaturi (Ġenerali) Ilmenti dwar Drittijiet tal-Passiġġiera tal-Ajru (Reg. 261/2004) 2015 1228 150 2016 1205 154 2017 936 96 2018 824 145 2019 963 213 2020 1270 376 L-ilmenti jistgħu jitqassmu f’dawn il-kategoriji: Kategorija 2019 2020 Oġġetti tal-konsumatur 442 474 Edukazzjoni 7 40 Ilma u enerġija 40 28 Servizzi ġenerali għall-konsumatur 387 598 Saħħa 7 7 Servizzi ta’ divertiment 72 231 Servizzi postali u komunikazzjoni elettronika 32 60 Servizzi ta’ trasport 10 7 Oħrajn 179 201 L-informazzjoni għas-snin bejn l-2015 u l-2018 ser tingħata aktar ‘il quddiem minħabba li f’dan il-perjodu kienet tintuża sistema differenti u ser tieħu aktar ħin biex tinġabar din l-informazzjoni dettaljata.

MCCAA – awtorizzazzjonijiet ta’ lifts

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm awtorizzat lifts l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) bejn is-snin 2015 u l-2020, maqsuma sena b'sena?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rekwiżit legali mal-MCCAA huwa li lifts li jitqiegħdu fis-suq iridu jiġu rreġistrati mal-Awtorita’. In-numru ta' lifts reġistrati mal-MCCAA mill-2015 sal-2020 huma dawn li ġejjin: Sena Ammont 2015 850 2016 811 2017 622 2018 814 2019 766 2020 1032

MCCAA – spezzjonijiet ta’ sigurtà tal-prodotti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm wettqet spezzjonijiet l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) marbuta mas-sigurtà tal-prodotti bejn is-snin 2015 u l-2020, maqsuma sena b'sena? Jista' jgħid ukoll x'kien l-outcome ta' dawn l-ispezzjonijiet?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bejn is-snin 2015 u l-2020, l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) wettqet 2669 spezzjonjoni marbuta mas-sigurtà tal-prodotti. B’riżultat ta’ dawn l-ispezzjonijiet, fil-perjodu msemmi ġew imsejjħa lura jew irtirati minn fuq is-suq 123-il prodott. Sena Numru ta’ spezzjonijiet marbuta mas-sigurtà tal-prodotti 2015 105 2016 234 2017 237 2018 396 2019 307 2020 1390 (iż-żieda hija dovuta bl-inklużjoni ta’ ispezzjonijiet oħra bħala parti mis-sistema konġunta tal-ispezzjonijiet, kif ukoll spezzjonijiet onlajn)

Tfal u żgħażagħ li bdew il-kuntatt mal-ġenituri tagħhom wara numru ta’ snin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm tfal u żgħażagħ li kien ilhom numru ta’ snin ma jkollhom kuntatt mal-ġenituri tagħhom u li reġgħu bdew dan il-kuntatt matul is-snin 2013 – 2021?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, l-prinċipju tad-dritt li t-tfal jkollhom aċċess mal-ġenituri tagħhom joħroġ kemm mill-kodiċi ċivili ta’ pajjiżna u minn sentenzi anki riċenti tal-Qrati tagħna. Is-servizz tal-Looked After Children meta kien jagħmel parti mill-Aġenzija Appoġġ u issa li jagħmel parti mid-Direttorart għall-Ħarsien (Kura) Alternattiv, minn dejjem ħadem biex jiffaċilita dan l-aċċess. Dan b’ mod partikolari fil-każijiet fejn dan l-aċċess kien waqaf għal xi żmien.

Servizz tal-Protezzjoni tat-Tfal – rapporti ta’ abbuż fuq minuri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu rapporti ta’ abbuż fuq minuri, lis-Servizz tal-Protezzjoni tat-Tfal matul is-snin 2013-2020? Kemm minn dawn ir-rapporti ġew investigati matul dawn l-istess snin? Kemm minn dawn l-investigazzjonijiet ġew imressqa l-Qorti matul dawn is-snin? Kemm minn dawn l-investigazzjonijiet, li dehru quddiem il-Qorti, irriżultaw fl-infurzar ta’ Ordni ta’ Ħarsien matul dawn is-snin? Kemm kien hemm minuri li tpoġġew taħt Ordni ta’ Ħarsien matul dawn is-snin?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nibda biex ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi s-servizz illi illum hu magħruf bħala t-tali Direttorat, stabilixxa ruħu bħala direttorat indipendenti fi ħdan il-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali fl-1 ta’ Jannar 2020. Qabel din id-data is-Servizz għall-Protezzjoni tat-Tfal kien jifforma parti integrali mis-servizzi li joffru għajnuna lil minuri taħt il-kappa tal-Aġenzija Appoġġ. Id-Direttorat għall-Ħarsien tat-Tfal jagħmel riferenza ukoll għall-fatt illi l-Att 602, ossia l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Minuri (Kura Alternattiva) daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2020, u b’hekk skattaw it-termini tal-liġi li jirrikjedu li l-każijiet tal-minuri jidhru quddiem Qorti tal-Maġistrati. Bejn is-sena 2013 u s-sena 2020 is-Servizz għall-Protezzjoni tat-Tfal kif kien magħruf fi ħdan l-Aġenzija Appoġġ u, mill- l-1 ta’ Jannar 2020 ’l hawn, id-Direttorat għall-Protezzjoni tal-Minuri, irċievew total ta 6,838 rapport. Ir-rapporti kollha elenkati f’dan il-perjodu ġew investigati u ma hemm l-ebda każ illi ma ġiex meqjus mis-Servizz / Direttorat in kwistjoni. Sena, sena l-għadd ta’ rapporti li daħlu u ġew investigati kienu kif ġej: i. 2013 – 784 każ ii. 2014 – 821 każ iii. 2015 – 874 każ iv. 2016 – 790 każ v. 2017 – 628 każ vi. 2018 – 549 każ vii. 2019 – 1,174 każ viii. 2020 – 1,218 -il każ Id-Direttorat għall-Protezzjoni tal-Minuri ressaq quddiem l-Onorabbli Qorti tal-Minorenni ai termini tal-artikolu 19 tal-Kap 602, 13 il-każ u dawn kollha tressqu quddiem il-Qorti bejn Lulju 2020 sa Diċembru 2020. Preċedentament, ir-rimedju tas-Servizzi tal-Protezzjoni tal-Minuri ma kinux ġudizzjarji, iżda kien hemm mekkaniżmu differenti fejn il-professjonisti kienu jressqu applikazzjoni għall-ħruġ ta’ ordni ta’ ħarsien quddiem il-Ministru hekk skont id-disposiżżjonijiet tal-Att 569, illi illum m’għadux in vigore. Biss, skont l-istess Att 569, il-ġenituri in causa kellhom il-fakultà illi jappellaw, quddiem l-Qorti tal-Minorenni, id-deċiżjoni tal-Ministru, u minn dawn l-appelli kien hemm total ta’ 120 dehra quddiem il-Qorti. Dawn id-dehriet jinqasmu bil-mod sussegwenti: i. 2013 – 29 appell quddiem l-Qorti tal-Minorenni ii. 2014 – 21 appell quddiem l-Qorti tal-Minorenni iii. 2015 – 11 appell quddiem l-Qorti tal-Minorenni iv. 2016 – 4 appell quddiem l-Qorti tal-Minorenni v. 2017 – 6 appell quddiem l-Qorti tal-Minorenni vi. 2018 – 20 appell quddiem l-Qorti tal-Minorenni vii. 2019 – 39 appell quddiem l-Qorti tal-Minorenni viii. 2020 – 15 appell quddiem l-Qorti tal-Minorenni (dan in-numru jwassal sal-aħħar ta’ Ġunju 2020). Sabiex tingħata risposta ġusta u korretta għall-mistoqsija, “kemm minn dawn l-investigazzjonijiet li dehru quddiem il-Qorti irriżultaw f’infurzar ta’ Ordni ta’ Ħarsien”, wieħed irid jiddistingwi l-istatitika li kienet ai termini tal-Att 569 li kellu ġurisdizzjoni ċivili, u l-istatistika ai termini tal-Att 602 li s’issa għandha ġurisdizzjoni Kriminali. Dawk il-każijiet kollha, illi dehru għall-appell quddiem il-Qorti tal-Minorenni bejn is-sena 2013 u Ġunju tas-sena 2020, ossia 120 każ, kollha ġew ikkonfermati għall-Ordni ta’ Ħarsien. Tajjeb li wieħed jirrimarka illi din il-Qorti ma assenjatx l-Ordni ta’ Ħarsien, iżda il-Qorti kellha l-inkargu li tirrevedi l-mertu tal-każ u b’hekk tikkonferma l-ordni. Sussegwentement, wara li daħal fis-seħħ l-Att 602, id-Direttorat ippreżenta total ta’ 13 -il każ, u minn dawn ġew ordnati li jinħarġu 2 Ordnijiet ta’ Ħarsien. Sal-lum, il-maġġor parti ta’ dawn il-każijiet huma sub judice. It-total akkumulattiv tal-Ordnijiet kollha ta’ Ħarsien li nħarġu bejn Jannar 2013 sa Diċembru 2020, kien ta’ 209, li huma mqassma kif indikat tajjeb hawn taħt; i. 2013 – 33 ii. 2014 – 27 iii. 2015 – 21 iv. 2016 – 9 v. 2017 – 15 vi. 2018 – 50 vii. 2019 – 39 viii. 2020 – 15

Foster carers u tfal fostered

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm foster carers u tfal fostered matul is-snin 2013-2020 (kemm fostered ma’ membri tal-familja u anke ma’ familji oħrajn)?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġibiet li diġa’ tajt, għall-mistoqsijiet parlamentari 18887, 18888 u 18889, fejn kont diġà preżentajt l-istatistika kollha għas-snin 2000 – 2020, dwar is-suġġett tal-fostering.

Minuri li tpoġġew ma’ foster families

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm minuri li tpoġġew ma’ foster families matul is-snin 2013 – 2021?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, t-tagħrif mitlub minnhu huwa kif jidher fit-tabella t’hawn taħt. Sena Tfal li ġew placed fil- foster care 2013 26 2014 28 2015 16 2016 7 2017 26 2018 50 2019 39 2020 31 2021 Il-figuri jiġu rrappurtati wara 30 ta’ Ġunju u 31 ta’ Diċembru ta’ kull sena. Mill Fostering jirriżulta li kien hemm żieda fl-aħħar snin.

Minuri li kienu qed jistennew biex jiġu fostered

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm minuri li kienu qed jistennew biex jiġu fostered matul is-snin 2013 -2021?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, t-tagħrif mitlub minnhu huwa kif jidher fit-tabella t’hawn taħt: Sena Numru ta’ tfal jistennew fostering placement sal-aħħar ta’ kull sena 2013 2 2014 3 2015 20 2016 41 2017 46 2018 37 2019 41 2020 35 2021 Tagħrif jiġi ppublikat wara t-30 ta’ Ġunju u l-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena.

Review Board – servizz lill-minuri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’servizz qed jiġi mogħti lill-minuri meta dawn jiġu mitluba biex jidhru quddiem il-Review Board?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, l-Bord ta’ Reviżjoni (Review Board) huwa mwaqqaf skont id-diżposizzjonijiet ta’ Artiklu 31 tal-Att dwar il-Protezzjoni tal-Minuri (Ħarsien Alternattiv), Kap 602 tal-Liġijiet ta’ Malta. Il-funzjonijiet ta’ dan il-Bord ta’ Reviżjoni huma dettaljati f’ Artikoli 32 – 35 tal-istess Att. Mil-lat operattiv, imbagħad, il-minuri jkunu assititi b’mod komprehensiv, u professjonali, mill-professjonisti varji li jaħdmu kemm mad-Direttorat għall-Protezzjoni tal-Minuri u kemm mad-Direttorat għall-Ħarsien Alternattiv. Fost l-oħrajn: · Jitħejja l-Pjan ta’ Kura ( Care Plan ) wara li tkun ħarġet l-Ordni ta’ Ħarsien u jsiru l-aġġornamenti meħtieġa għall-Bord ta’ Reviżjoni kif dettat mill-liġi; · Bi tħejjija għall-Bord ta’ Reviżjoni, isiru laqgħat msejħin Case Reviews , fejn il-pjan ta’ kura tal-minuri kkonċernat/a jiġi diskuss mal-partijiet involuti. Il-minuri huwa parti integrali minn dawn il-laqgħat sabiex il-pjan ta’ kura li jkun ser jiġi preżentat waqt il-laqgħa tal-Bord ta’ Reviżjoni jkun wieħed ibbażat fuq ix-xewqat tal-istess minuri; · Hekk kif tgħid il-Liġi ta’ Malta rigward Protezzjoni tal-Minuri (Kura Alternattiva), Kapitlu 602, il-Bord ta’ Reviżjoni jitlob lill-minuri sabiex jattendi għall-laqgħa, wara li jkun iltaqa’ mal-professjonisti involuti, u n-nies li jieħdu ħsieb lill-minuri kemm jekk jirrisjedu ma’ Foster Carers , u kif ukoll jekk jirrisjedu ġewwa dar residenzjali. F’ dawn il-laqgħat, ikun preżenti l-minuri flimkien mal-ħaddiema soċjali tiegħu mis-servizz tal- Looked After Children . · Meta tkun ser tasal din il-laqgħa mal-Bord ta’ Reviżjoni, il-ħaddiem soċjali ewlieni/ewlenija mis-servizz tal- Looked After Children jiltaqa’ mal-minuri sabiex jagħtuhom is-sapport kollu qabel waqt u wara l-laqgħa mal-Bord. Il-preżenza tal-minuri hija importanti, ‘l għaliex il-vuċi tal-minuri għandha tinstema’ u tingħata l-attenzjoni meħtieġa. Barra minn hekk, il-ħaddiema soċjali jinvolvu wkoll lill-persuni li jieħdu ħsieb lit-tfal bħal foster carers u care workers , sabiex ikomplu jippreparaw lit-tfal b’mod adekwat sakemm tasal il-ġurnata tal-Bord. Dan isir minħabba l-fatt illi l-ħaddiema soċjali ikunu bnew relazzjoni kemm mal-minuri li huma jsegwu u kemm ma’ dawk li jieħdu ħsiebhom u b’hekk dan kollu jgħin biex il-minuri jħossuhom aktar komdi meta jidhru quddiem il-Bord. Aktar importanti minn hekk, huwa l-fatt li kull deċiżjoni li tittieħed u / jew tkun proposta min-naħa tal-professjonisti tagħna ssir dejjem abbażi tal-prinċipju li dejjem għandu jiġi mħares l-awqa interess tal-minuri.

Infrastructure Malta — Bini ta' toroq

Question

B’referenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 19544, filwaqt li nikkonferma dak li qal il-Ministru li fl-2018, l-Oppożizzjoni ivvutat kontra t-twaqqif ta’ Infrastructure Malta u mn’Alla sar hekk għax kieku l-istess Oppożizzjoni llum hija kompliċi mal-Gvern fl-isfreġju ambjentali li qed twettaq f’pajjiżna l-istess entità, jista’ l-Ministru jindika triq triq indikati fl-istess tweġiba f’liema lokalitajiet dawn it-toroq jinsabu?

Response (BORG, IAN)

Jiddispjaċini ħafna ninnota li minkejja li għaddew tliet snin u minkejja li għal darba, tnejn l-Oppożizzjoni warrbet il-mexxejja tagħha biex tidher li qed tinbidel, xorta waħda għadha ma nbidlitx fil-fehma tagħha li toġġezzjona għall-investiment bla preċedent li pajjiżna qed jagħmel fl-infrastruttura pubblika ta’ kwalità għolja, wara li tħalliet mitluqa għal għexieren ta’ snin. Fil-mistoqsija tiegħu, l-Onorevoli Cutajar ikkonferma mill-ġdid li l-Oppożizzjoni għadha kontra li l-familji tagħna jkollhom toroq u ambjent aħjar quddiem djarhom, li l-Oppożizzjoni temmen li “mn’Alla” kienet u għadha kontra li pajjiżna jkollu infrastruttura li tnaqqas it-tniġġis tal-arja, li tnaqqas il-ħin fl-ivvjaġġar, li tixpruna l-użu ta’ mezzi ta’ vvjaġġar alternattivi u li tnaqqas ir-riskji t’aċċidenti. Ikkonferma mill-ġdid li l-Oppożizzjoni hija kontra proġetti bħall-mini ġodda ta’ Santa Luċija, il-bini mill-ġdid tal-Marsa-Hamrun Bypass, il-breakwater tal-Qrejten, il-pontijiet pedonali ta’ Blata l-Bajda, Ħal Luqa u Kordin, il-flyovers tal-Marsa Junction Project u saħansitra anke l-proġett li Infrastructure Malta bdiet ftit xhur ilu biex tnaqqas b’aktar minn 90% mit-tniġġis tal-cruise liners fil-Port il-Kbir. Dawn kollha xogħlijiet ta’ Infrastructure Malta li l-Oppożizzjoni issostni li “imn’Alla” kienet u għadha kontrihom – li kieku hi kienet fil-poter, dawn ix-xogħlijiet kollha baqgħu fuq l-ixkaffa, bħal ma fil-fatt kien baqa’ fuq l-ixkaffa Central Link Project, li minkejja li ġie ppjanat fis-snin 90, baqa’ ma twettaqx għal għexieren ta’ snin, b’detriment għal eluf ta’ familji f’Ħ’Attard, Ħal Balzan u Birkirkara. Stramb il-fatt i¿da, li minkejja li jsostni li kien u għadu kontra Infrastructure Malta, l-Onorevoli Cutajar u membri oħra tal-Oppożizzjoni ma jixbgħu qatt jagħmluli mistoqsijiet Parlamentari li fihom jgħadduli talbiet biex Infrastructure Malta tagħmel xogħlijiet differenti fil-kostitwenzi tagħhom. Diffiċli wieħed jifhem kif filwaqt li ssostni li hi kontra Infrastructure Malta u l-ħidma tagħha, l-Oppożizzjoni xorta waħda tippretendi li tagħmel ħafna xogħlijiet fit-toroq u f’postijiet oħra. Imn’Alla li l-Gvern jemmen b’mod sħiħ bil-ġid li qed twettaq Infrastructure Malta u ma jistenniex lill-Oppożizzjoni tiddeċiedi hix fil-fatt kontra jew favur din l-aġenzija, biex ikompli jsostni l-ħidma infrastrutturali tagħha fl-aħjar interess tal-Maltin kollha. It-toroq indikati fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari 19544 Jinsabu f’dawn il-lokalitajiet: Baħrija, Bidnija, Birgu, Birkirkara, Bir¿ebbuġa, Bormla, Burmarrad, Fgura, Furjana, Għargħur, Gudja, Gżira, Ħ’Attard, Ħad-Dingli, Ħal Balzan, Ħal Far, Ħal Għaxaq, Ħal Kirkop, Ħal Lija, Ħal Luqa, Ħal Qormi, Ħal Safi, Ħal Tarxien, Ħamrun, Ħaż-Żabbar, Ħaż-Żebbuġ, Iklin, Imġarr, Imqabba, Imrieħel, Imsida, Imtaħleb, Imtarfa, Isla, Kalkara, Marsa, Marsaxlokk, Manikata, Mellieħa, Mosta, Naxxar, Pembroke, Qrendi, Rabat, Raħal Ġdid, San Ġiljan, San Ġwann, San Pawl il-Baħar, Santa Luċija, Santa Venera, Siġġiewi, Swatar, Swieqi, Ta’ Xbiex, Tal-Pietà, Tas-Sliema, Valletta, Wardija, Wied il-Għajn, Xgħajra, Żejtun u Żurrieq.

Infrastructure Malta – każijiet investigati mill-pulizija swar sfreġju ambjentali

Question

Jista’ l-Ministru jindika liema u kemm-il każ il-pulizija investigat jew qed tinvestiga dwar l-allegati llegalitajiet u oħrajn konfermati bi sfreġju ambjentali li wettqet jew qed twettaq Infrastructure Malta waqt “xogħlijiet” li wettqet jew qed twettaq f’pajjiżna?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor Interpellant li t-tagħrif ser jingħata f'seduta oħra.

Gozo Innovation Hub — attivitajiet

Question

Jista' l-Ministru jindika x'attivitajiet saru fil-Gozo Innovation Hub minn mindu nfetħet sal-aħħar ta' Frar 2021 u kemm daħlet flus minnhom Indis Malta Ltd?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Immigranti Illegali — ripatriazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18282 u jgħid kemm kien in-numru ta' immigranti illegali li kienu ilhom Malta mill-2019 u li ġew ripatrijati fit-12 ta' Jannar 2021, in-nazzjonalità tagħhom, fejn ġew irritornati u kemm kienet l-għajnuna finanzjarja mogħtija mill-Unjoni Ewropea għal din l-operazzjoni u jekk kienx hemm għajnuna oħra mill-Unjoni Ewropea sabiex din l-operazzjoni sseħħ? Jista' jagħti l-istess informazzjoni mitluba għat-titjiriet l-oħra ta' ripatriju li saru wara d-data msemmija irrispettivament mid-data tal-wasla tar-ripatrijati?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f'seduta oħra.

Gozo Channel (Operations) Ltd – ġarr ta’ merkanzija miċ-Ċirkewwa

Question

B'referenza għat-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari 18711 u 18992, jista' l-Ministru jippreżenta kopja tal-ftehim li sar bejn il-Gvern u l-Gozo Channel (Operations) Ltd li emenda l-Public Service Obligation tal-imsemmija kumpanija u dana sabiex is-servizz ta’ merkanzija li preċedentement kien jingħata minn Sa Maison jiġi integrat mas-servizzi mogħtija bejn l-Imġarr, Għawdex u ċ-Ċirkewwa?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dokument imsemmi ma jistax jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra minħabba n-natura u s-sensitiva ta’ l-informazzjoni li fih id-dokument msemmi.