Legislature:
Category:
Reset
Active:

Imwiet

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 19630, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm mietu nies kull sena separatament jiġifieri kemm mietu nies fl-2015, fl-2016, 2017, 2018, 2019, 2020 b’mod separat mhux il-medja kif ġiet imwieġba l-mistoqsija parlamentari 19630?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fl-2015 mietu 3443 persuna, fl-2016 3343, fl-2017 3571, fl-2018 3688, fl-2019 3688 u fl-2020 4075 persuna.

Xemxija – żona ta’ Beachaven – concession għall-operat ta’ marina jew irmiġġi

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk ingħatatx concession għall-operat ta’ marina jew irmiġġi fiż-żona tax-Xemxija magħrufa bħala Beachaven? Jista’ jgħid lil min ingħatat din il-concession, fuq liema termini u kondizzjonijiet ingħatat u jekk ħarġitx sejħa pubblika għall-offerti qabel ma ngħatat?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Awtorità tat-Trasport li konċessjoni nngħatat lill-operatur Harbour Management Ltd fiż-żona magħrufa bħala tal-Beachaven, ix-Xemxija. Din il-konċessjoni ngħatat wara sejħa għall-offerti li kienet ħarġet l-Awtorita’ għat-Trasport f’Malta, dak iż-żmien l-Awtorita’ Marittimma ta’ Malta , f’Novembru tal-2009 fejn wara din is-sejħa, l-kumitat ta’ evalwazzjoni appuntat mill-istess Awtorita’, għażel lil Harbour Management Ltd wara li dawn issottomettew l-aħjar offerta.

Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali – direct orders

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 18556, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopji tal-Gazzetti tal-Gvern li juru kemm ingħataw direct orders fl-2018, 2019 u 2020 mill-entitajiet u dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu separatament u kemm kien il-valur ta’ kull direct order, lil min ingħatat u għal-liema xogħlijiet ingħatat kull direct order?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dettalji mitluba qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.

Transport Malta – xogħlijiet lill-kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw xogħlijiet minn Transport Malta lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fis-snin 2018, 2019 u 2020? Kemm kien il-valur ta' kull biċċa xogħol? X’kien jinvolvi x-xogħol? Kemm minn dawn ingħataw b’tender pubblika? Kemm minnhom ingħataw b’direct order?

Response (BORG, IAN)

Ninforma l-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 19860 tal-istess Seduta.

Ħal Kirkop – bini ta’ toroq residenzjali mill-ġdid li qatt ma kienu asfaltati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inbnew toroq residenzjali mill-ġdid u li qatt ma kienu asfaltati fil-lokalità ta’ Ħal Kirkop mill-2018 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Kemm kienet twila kull triq? Meta nbeda u tlesta x-xogħol f’kull triq? Kemm kien stmat ix-xogħol u kemm attwalment ġie jiswa?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Imqabba – bini mill-ġdid ta’ toroq residenzjali li qatt ma kienu asfaltati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inbnew toroq residenzjali mill-ġdid u li qatt ma kienu asfaltati fil-lokalità tal-Imqabba mill-2018 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Kemm kienet twila kull triq? Meta nbeda u tlesta x-xogħol f’kull triq? Kemm kien stmat ix-xogħol u kemm attwalment ġie jiswa?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Qrendi — bini mill-ġdid ta’ toroq residenzjali li qatt ma kienu asfaltati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inbnew toroq residenzjali mill-ġdid u li qatt ma kienu asfaltati fil-lokalità tal-Qrendi mill-2018 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Kemm kienet twila kull triq? Meta nbeda u tlesta x-xogħol f’kull triq? Kemm kien stmat ix-xogħol u kemm attwalment ġie jiswa?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Nuqqas ta’ bejgħ tal-ħalib u żieda fil-prezz tal-ġwież – għajnuna lir-raħħala

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra x’għajnuna qed jingħataw ir-raħħala invista tan-nuqqas ta’ bejgħ tal-ħalib u ż-żieda fil-prezz tal-ġwież?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Nuqqas ta’ bejgħ tal-ħalib u żieda fil-prezz tal-ġwież – għajnuna lir-raħħala

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra x’inhuwa jsir għar-raħħala invista tan-nuqqas ta’ bejgħ tal-ħalib u żieda fil-prezz tal-ġwież?

Response (REFALO, ANTON)

L-Gvern baqa jagħmel monitoraġġ tas-sitwazzjoni f’kull settur biex fejn hemm konsegwenzi li huma parti mill-impatt tal-pandemija jkun f’pożizzjoni li jkompli jassistihom b’appoġġ finanziarju mmirat skond il-parametri tal-Qafas Temporanju għal miżuri ta' għajnuna mill-istat biex jingħata sostenn lill-ekonomija matul it-tifqigħa preżenti tal-COVID-19, hekk kif diġa seħħ matul l-2020. Apparti minn hekk, dan il- Ministeru li tiegħu jien responabbli, għandu numru ta’ inizjattivi żviluppati sabiex il-prodott tal-agro-industrija jiġi promoss fosthom il-Kampanja “Agħżel il-Bnin, Agħżel il-Frisk” li għandha l-għan li tippromwovi s-settur speċifikament, il-produzzjoni agrikola f’Malta u titnissel kultura biex il-konsumatur Malti jagħti tali priorità fl-għażliet tiegħu. Is-settur tal-baqar u l-ħalib kienu fost il-prodotti promossi.

Telf tar-Raħħala – għajnuna

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra x’għajnuna, sussidji jew tnaqqis qiegħed jingħata jew offrut lir-raħħala invista tat-telf li qed iġarrbu?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru ikkoncernat.
Leg 13 PQ #19884 Sitting 440 2021-03-15 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Kumpanija — Chairman

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra min hu ċ-Chairman tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, u minn min hu kompost il-Bord tal-imsemmija korporazzjoni?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-kumpanija imsemmija fil-mistoqsija mhix taħdem għaliex għadha ma twaqqfitx.
Leg 13 PQ #19886 Sitting 440 2021-03-15 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Kumpanija — xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħol wettqet il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, minn mindu twaqqfet fl-2017?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-kumpanija msemmija fil-mistoqsija għadha ma twaqqfitx.
Leg 13 PQ #19888 Sitting 440 2021-03-15 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Dipartiment tal-Blata Kontinentali – rapporti siżmiċi

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti siżmiċi li ġew imħejjija mid-Dipartiment tal-Blata Kontinentali mill-2014 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din id-domanda?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hi ta’ natura kunfidenzjali u għandha valur kummerċjali u għalhekk ma tistax tingħata.

Dipartiment tal-Blata Kontinentali – rapporti siżmiċi

Question

Tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti siżmiċi li ġew imħejjija mid-Dipartiment tal-Blata Kontinentali mill-2014 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din id-domanda?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

COVID-19 – anzjani li qed jintbagħtu l-Gżira għat-tilqima

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’inhi r-raġuni li anzjani qegħdin jintbagħtu l-Gżira biex jieħdu t-tilqima tal-COVID-19 meta qiegħed isir tilqim fil-Berġa tal-Kunsill Lokali Ta’ Xbiex?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi sabiex jiġu mlaqqma aktar nies u anzjani f’perjodu qasir ħafna qed jintużaw numru konsiderevoli ta’ vaccination sites differenti.
Leg 13 PQ #19895 Sitting 440 2021-03-15 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Airmalta Aviation Services

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Airmalta Aviation Services se tispiċċa? Jista’ jgħid kemm hemm impjegati u x’inhu l-futur tagħhom?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi rigward l-ewwel parti tal-mistoqsija, din hija ta’ natura kummerċjali sensittiva u għalhekk ma tistax tingħata. Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, in-numru ta’ impjegati li jaqgħu taħt il-kumpanija huwa 16. Hemm 416 impjegat ieħor li qegħdin fuq il-kotba ta l-AirMalta izda jagħtu servizz f'sezzjonijiet li sal-llum għadhom taħt r-responsabilta ta l-AAS.

Childrens House

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 19639, jista' l-Ministru jgħid x'inhu t-timeline biex iċ-Children's House tibda tintuża skond il-liġi Kap 569 u Kap 602?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li, Kap 569 li rreferiet għaih fil-mistoqsija tagħha ġie sostitwit permess tal-Kap 602. Dan jikkonferma li l-użu taċ-Children’s House huwa regolat biss minn Kap 602. Sabiex tibda topera ċ-Children’s House se jkun meħtieġ li jinbidlu ċertu liġiijiet u regolamenti dwar kif isiru proċeduri li jinvolvu is-smiegħ tat-tfal quddiem il-Qrati tagħna. Waqt li l-Gvern huwa impenjat bi sħiħ li nonoraw l-obbligi internazzjonali tagħna f’dan ir-rigward, u huwa għalhekk li inkludejna dan il-provvediment f’ Kap 602, madanakollu dan kellu jorbot ukoll ma’ tħejjijiet u konsultazzjonijiet dwar kif dan għandu l-aħjar li jsir. F’dan il-kuntest, huwa pjaċir tiegħi li ninforma lill-Onor. Kollega, li l-pjan tagħna huwa li l-emendi u r-regolamenti li hemm bżonn isiru f’ Kap 602 u liġijiet oħra li jorbtu ma’ dan, ser ikunu qed isiru wara l-Għid li ġej. Kif jgħaddu dawn l-emendi u r-regolamenti, nkunu nistgħu sussegwentament, nibdew nużaw iċ-Children’s House.

Persuni li ma għandhomx aktar minn 80 sena li ħadu tilqima

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 19638, jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li m'għandhomx l-età ta' bejn is-60 u 'l fuq minn 80 sena, ma' jaħdmux fil-qasam tas-saħħa, m'humiex frontliners, m'humiex vulnerabbli, imma ħadu t-tilqima tal-COVID-19?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fuq parir tal-Advisory Committee on Immunization Policy apparti persuni ‘il fuq minn 60 sena u nies b’mard kroniku serju, il-vaċċin ingħata ukoll lill-front liners u ħaddiema f’setturi essenzjali. Sal-bieraħ ingħataw 122,366 dożi tal-vaċċin.