Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ xogħol infrastrutturali hemm ippjanat li jsir, meta ser jibda u kemm huwa stmat li ser jiġi jiswa ġewwa l-Port tal-Imġarr biex fl-1 ta’ Ġunju 2021 jibda jopera s-servizz tal-Fast Ferry Service bejn il-Port tal-Imġarr Għawdex u l-Port il-Kbir?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li ninsab infurmat li għadu kmieni wisq biex jiġi stabbilit x’xogħol infrastruttulali li hemm pjanat ġewwa l-Port tal-Imgarr, dan għaliex is-sejħa għal l-operaturi għadha miftuħa u l-Awtorità għadha trid tannalizza liema bastimenti ser jiġu uzati. L-Awtorita’ ta’ Transport ser tkun tista tipprovdi aktar informazzjoni la darba ikun hemm id-deċizjoni finali.
Għawdex – proġett tas-second class water għall-bdiewa
Question
Tista' l-Ministru tgħid fiex wasal il-proġett tas-second class water għall-bdiewa f'Għawdex? Kemm hemm bdiewa Għawdxin li s’issa qed jibbenefikaw minn dan il-proġett? Kemm qed iħallsu għall-użu ta' dan l-ilma? Tista’ tgħid meta hu ppjanat li jitlesta l-kumplament ta' dan il-proġett (xahar u sena) ġewwa l-gżira ta' Għawdex?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa hemm madwar 831 metru ta’ mains ġodda lesti u hemm madwar 340 persuna li diġa qed jibbenefikaw minn aċċess għal dan l-ilma. Il-ħlas għall-użu ta’ l-ilma huwa skond ir-raba’ skeda tat-tariffi tal-ilma (LN 210/2017).
Dan l-investiment ta’ madwar ħames miljun Ewro fuq estensjonijiet tan-network tan-New Water f’Għawdex, huwa mistenni li jitlesta kompletament f’Marzu tal-2022 biex b’hekk inkunu qed noffru iżjed opportunitajiet lill-bdiewa tagħna biex itejbu u jkabbru l-operat tagħhom filwaqt li nissalvagwardjaw l-ilma tal-pjan.
Tista' l-Ministru tagħti informazzjoni dwar kemm fondi tal-Unjoni Ewropea ġew utilizzati s'issa mill-MCAST ġewwa Għawdex, inkluż fi proġetti li għadhom għaddejjin? Fuq liema proġetti jew inizjattivi intużaw u kemm kien l-ammont ta' fondi tal-Unjoni Ewropea użati jew li se jintużaw għal kull proġett jew inizjattiva?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li bħalissa l-istudenti ġewwa l-MCAST ta’ Għawdex qed igawdu minn diversi inizjattivi bħala parti minn proġetti ESF li l-MCAST qed jamministra. Dawn jinkludu l-ESF 3.003 li joffri programmi ta’ Masters li jinkludu Master of Science in Environmental Engineering, Master of Science in High Performance Buildings, Master of Science in Integrated Water Resource Management, Master of Arts in Product Design, Master of Science in Mechatronics, Master of Science in Exercise and Sports Science u l-ESF 2.058, Adding Value: Nurturing Learning Journeys at the MCAST Foundation College. Dawn il-proġetti huma mmirati kemm għal Malta kif ukoll għal Għawdex u għalhekk il-fondi ma jkunux maqsuma.
Studenti Għawdxin igawdu wkoll minn sistema żviluppata, parti minn proġett ERDF, CMIS, li permezz ta’ sistema ċentralizzata, l-istudenti jistgħu japplikaw u jirreġistraw b’mod virtwali, fost servizzi oħra.
Għawdex – Belt Victoria – Triq Enrico Mizzi — xogħlijiet
Question
B'referenza għax-xogħlijiet li saru matul ix-xahar ta' Lulju 2020 mill-Ministeru għal Għawdex fuq parti minn Triq Enrico Mizzi ġewwa l-Belt Victoria, jista’ l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa dan ix-xogħol u jgħid min kien il-perit (isem u kunjom) inkarigat mix-xogħol li sar u jpoġġi kopja taċ-ċertifikat tax-xogħol li sar fuq din il-parti tat-triq u li ġie rilaxxat mill-perit inkarigat? Jista’ jgħid jekk sarux quality control tests u jekk iva min għamilhom, meta saru u jpoġġihom fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista’ jgħid jekk sarux quantity surveyor reports fuq ix-xogħol li sar?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid liema kriterji ntużaw meta ġew identifikati l-professjonisti li għandhom iservu fuq ir-Review Board preżenti?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, l-kriterji li bihom ġew identifikat l-professjonisti li għandhom iservu fuq ir-Review Bord (il-Bord ta’ Reviżjoni għall-Ħarsien tal-Minuri), joħorġu mill liġi tal-Protezzjoni tal-Minuri (Ħarsien Alternattiv) Kap 602.
Il-kompożizzjoni tal-Bord qiegħda kwotata f’Artikolu 31 (1) (a) (b) (c) (d) (e) (f) (g), flimkien ma’ punt (2) (3) (4) (5) dwar il-karigi ta’ ħatra ta’ kull membru u t-terminu tal-bord, kif qed ikun preċiżament kwotat mill-liġi, hawn taħt:
31.(1) Għandu jitwaqqaf bord li jkun magħruf bħala l-Bord ta’ Reviżjoni għall-Ħarsien tal-Minuri, li jkun magħmul minn seba’ persuni maħturin mill-Ministru u li għandu jkun magħmul kif ġej;
a) Chairperson li jkollu warrant ta’ avukat u jkollu mill-inqas ħames (5) snin esperjenza professjonali fil-liġi tal-familja jew tal-minuri, jew professjonist ieħor bil-warrant li jkun espert fil-qasam soċjali u li jkun ħadem f’dan il-qasam għal minn tal-anqas ħames (5) snin, liema ħatra għandha tiġi komunikata lill-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali jew lil xi kumitat ieħor li jissostitwixxih sabiex tiġi diskussa mill-istess Kumitat;
(b) membru wieħed (1) li jkun psikjatra li jkollu warrant bħala tali, bi preferenza tingħata lill-persuni li jkollhom mill-inqas ħames (5) snin esperjenza;
(ċ)membru wieħed (1) li jkun ħaddiem soċjali reġistrat u li jkollu mill-inqas ħames (5) snin esperjenza professjonali fix-xogħol soċjali;
(d) membru wieħed (1) li jkun kwalifikat fit-terapija tal-familja, bi preferenza tingħata lill-persuni li jkollhom mill-inqas ħames snin esperjenza; u
(e) membru wieħed (1) li jkun psikologu li jkollu warrant bħala tali;
(f) persuna b’esperjenza professjonali f’xi qasam relatat mal-ħarsien tat-tfal li tkun nominata mill-Kummissarju għat-Tfal;
(g) persuna li tkun reġistrata fir-reġistru għall-ispeċjalisti fil-qasam tal-pedjatrija skont l-Att dwar il-Professjonijiet tas-Saħħa.
(2) Il-membri tal-Bord ta’ Reviżjoni għandhom iżommu l-kariga għal perjodu ta’ erba’ snin mid-data tal-ħatra u membru jista’ jinħatar mill-ġdid.
(3) Membru tal-Bord ta’ Reviżjoni jista’ jitneħħa mill-kariga mill-Ministru jekk dak il-membru ma jkunx tajjeb biex ikompli fil-kariga jew ma jkunx kapaċi biex jaqdi, jew ma jkunx qed jaqdi b’mod xieraq, id-dmirijiet tiegħu bħala membru.
(4) Il-ħatra ta’ xi persuna bħala membru tal-Bord ta’ Reviżjoni u t-terminazzjoni tal-ħatra jew ir-riżenja ta’ dik il-persuna, kif ukoll kull funzjoni addizzjonali oħra mogħtija lill-Bord ta’ Reviżjoni mill-Ministru, għandha tkun notifikata fil-Gazzetta, u għandha tiġi fis-seħħ minnufih.
Iżda n-nuqqas li jiġu ppubblikati l-ħatra jew it-terminazzjoni,skont il-każ, m’għandhomx jippreġudikaw il-validità ta’ dik il-ħatra jew it-terminazzjoni.
(5) F’kull każ, l-għadd ta’ membri preżenti meħtieġ biex ikun hemm quorum ikun ta’ ħamsa u d-deċiżjonijiet jittieħdu b’maġġoranza
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm minuri li tpoġġew ġo djar residenzjali matul is-snin 2013 – 2021 u kemm kellhom età? Kemm kien hemm minuri f’kull dar residenzjali tat-tfal (kemm tal-knisja u tal-istat) matul is-snin 2013 – 2020?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, t-tagħrif mitlub minnu huwa hekk kif jidher fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu ċitazzjonijiet fuq overspeeding fis-Central Link, Ħ’Attard minn mindu bdiet tintuża sal-aħħar ta’ Frar 2021?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma l-Onor Interpellant li l-ispeed camera ta Triq in-Nutar Żarb, Attard, twaħħlet f’Ġunju tas-sena 2006. Mid-data tat-twaħħil (26 ta’ Ġunju 2006), sal-aħħar ta’ Frar 2021, inħarġu 106,787 ċitazzjoni marbuta ma’ overspeeding.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux ser tiġi installata speed camera fis-Central Link, Ħ’Attard minħabba problema kbira ta’ sewqan eċċessiv u jekk iva meta?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li diġa hemm speed camera ġewwa Attard u li din mhux ser titneħħa.
Attard – Triq Ferdinand Inglott, Triq Tumas Chetcuti u Central Link – tħawwil ta’ siġar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta ser jitħawlu s-siġar bejn it-toroq residenzjali (Triq Ferdinand Inglott u Triq Tumas Chetcuti) u s-Central Link, Ħ’Attard?
Response (BORG, IAN)
Central Link Project qed isir b’investiment ta’ €55 miljun biex jonqos il-ħin fl-ivvjaġġar, titjieb il-kwalità tal-ajra u jinħolqu faċilitajiet aktar siguri għall-mezzi tal-ivvjaġġar alternattivi fir-rotta ta’ toroq ewlenin bejn l-Imrieħel u Ta’ Qali.
Il-proġett huwa mfassal fuq pjanijiet li kienu parti mill-Pjan Lokali għaċ-Ċentru ta’ Malta tal-2006, li diġà kien identifika l-konġestjoni fi Triq l-Imdina, Triq in-Nutar Zarb u toroq oħrajn fil-madwar bħala problema kbira għal Ħ’Attard u lokalitajiet oħrajn fil-viċin. Infrastructure Malta tejbet il-pjanijiet tal-2006 biex trendihom aktar effiċjenti u sostenibbli għal aktar tul ta’ żmien u biex tnaqqas l-impatti mhux mixtieqa fuq l-art tal-madwar. Fl-istess waqt, żiedet ukoll infrastruturra ġdida għal dawk li jagħmlu użu mit-trasport pubbliku jew jivvjaġġaw bil-mixi jew bir-rota, faċilitajiet li bħalissa huma kważi ineżistenti f’din iż-żona.
Il-proġett se jnaqqas il-ħin tal-ivvjaġġar bin-nofs billi jinbnew mill-ġdid 13-il junction, jitneħħew erba’ sistemi ta’ traffic lights u jiżdiedu aktar minn seba’ kilometri f’korsiji ġodda tul din ir-rotta ta’ 4.3 kilometri. Il-proġett se jintroduċi wkoll diversi faċilitajiet għall-mezzi tal-ivvjaġġar alternattivi, fosthom aktar minn 10 kilometri f’passaġġi siguri għall-mixi, faċilitajiet maqtugħin mit-triq biex taqsam minn naħa għall-oħra, faċilitajiet aħjar għal dawk li jivvjaġġaw b’tal-linja u l-itwal korsija għar-roti mifruda mit-triq li se jkun hawn fil-pajjiż u li se tgħaqqad l-Imrieħel, Birkirkara, Ħal Balzan, Ħ’Attard u Ta’ Qali. Matul ir-rotta tal-proġett, Infrastructure Malta se tiżviluppa wkoll aktar minn 24,000 metru kwadru f’żoni ġodda msebbħin bis-siġar u l-pjanti.
L-istudji dwar il-kwalità tal-arja li saru minn esperti indipendenti matul l-istadju tal-ippjanar tal-proġett juru li bl-eliminazzjoni tal-konġestjoni ta’ bħalissa fit-toroq u l-junctions fl-inħawi, dan l-investiment se jwassal għal titjib kbir fil-kwalità tal-arja f’diversi żoni residenzjali tal-madwar fl-Imrieħel, Birkirkara, Ħal Balzan u Ħ’Attard. Fil-fatt, il-proġett se jwassal għal tnaqqis fil-materja partikolata (trabijiet fini) sa 66% sal-2030, anke meta tikkunsidra ż-żidiet fil-ħtiġijiet tal-ivvjaġġar fil-futur. Bl-istess mod, l-emissjonijiet tad-dijossidu tan-nitroġenu jonqsu b’41%. Il-materja partikulata u d-dijossidu tan-nitroġenu huma l-iżjed żewġ fatturi prinċipali tat-tniġġis mill-vetturi, u waħda mill-kawżi ewlenin ta’ mard respiratorju.
Fl-aħħar ġimgħa ta’ Settembru, Infrastructure Malta fetħet l-ewwel triq ġdida ta’ Central Link Project, karreġġjata b’żewġ korsiji li tevita tliet junctions tat-traffic lights biex tipprovdi rotta eħfef u aktar sigura mill-Imrieħel sal-inħawi ta’ Wied Inċita, f’Ħ’Attard, lejn Ta’ Qali.
Wara diskussjonijiet li kienu saru mar-residenti din it-triq ġdida mhux biss saret b’¿ewġ korsiji flok erbgħa kif kien ippjanat minn amministrazzjonijiet preċedenti, iżda l-periti tal-aġenzija ddisinjawha wkoll b’mod li jkollha l-inqas impatt possibbli fuq l-inħawi residenzjali fil-qrib. Din it-triq ġdida hija mifruda minn tliet toroq residenzjali li hemm viċin, Triq Ferdinandu Inglott, Triq Oliver Agius u Triq Tumas Chetcuti, b’faxxa li se tkun imħaddra bis-siġar u pjanti, u b’parti oħra mill-korsija ġdida għar-roti u l-mixi. Barra minn hekk, Infrastructure Malta bniet il-parti l-kbira tat-triq ġdida f’livell aktar baxx, madwar sular taħt it-tliet toroq residenzjali, biex tnaqqas ukoll drastikament l-impatt viżiv tagħha. Qed tibni wkoll mill-ġdid dawn it-tliet toroq residenzjali b’bankini ġodda, sistemi tas-servizzi taħt l-art u faċilitajiet oħrajn. F’partijiet mir-rotta se jsiru wkoll crash barriers għal aktar sigurezza ta’ dawk li jkunu għaddejjin mill-inħawi.
Bħalissa qed issir is-sistema ta’ pajpijiet tat-tisqija għas-siġar, u fix-xahrejn li ġejjin se jitħawlu madwar 328 siġra f’din iż-żona, li l-ispeċi tagħhom se jkunu randa, ċipress, ballut u siġra ta’ Ġuda. Dawn huma biss ftit mill-mijiet ta’ siġar li Infrastructure Malta diġà ħawlet u se tkompli tħawwel bħala parti minn dan il-proġett.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux ser jiġi installat crash barrier bejn Triq Ferdinand Inglott (il-parti ħdejn l-In Design Showroom) u s-Central Link minħabba li hemm periklu kbir għar-residenti kawża ta’ sewqan eċċessiv?
Response (BORG, IAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 19714 tal-istess Seduta.
Jista' l-Ministru jippreżenta fuq il-Mejda tal-Kamra l-audited accounts tal-kumpanija Gozo Channel (Operations) Ltd. għas-sena 2018? Jista' jindika għala l-audited accounts għas-sena 2019 għadhom ma ġewx iffinalizzati u meta ser jiġu ffinalizzati?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kopja ta’ Gozo Channel (Operations) Ltd 2018 audit accounts qed jigu impoġġija fuq il-Medja tal-Kamra. Rigward l-audit accounts ta’ 2019, dawn ġew iffinalizzati u pprezentati lil Malta Business Registry.
Jista' l-Ministru jispega għala l-Gvern iddeċieda li jillimita s-servizz ta' fast ferry għall-passiġġieri biss? Kemm ser jiswa l-moll illi ser jinbena fil-Port il-Kbir għal dan is-servizz? Jista' jgħid jekk dan il-moll hux ser ikun għall-użu esklussiv ta' min ser jopera dan is-servizz jew jekk jistax jintuża ukoll mill-Gozo Channel (Operations) Ltd. għas-servizz tagħha?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, li l-intenzjoni tal-fast ferry bejn il-port ta’ l-Mġarr u il-Port il-Kbir (Valletta) kien minn dejjem kontemplat għal passiġġieri biss.
Ninsab infurmat ukoll li l-moll fil-Port il-Kbir se jkun ta’ tip ta’ floating facility u mhux struttura permanenti u mistenni li jiswa ċirca € 3.2 million exc. VAT.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej – teleworking
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati li jaqgħu taħt l-Ministeru tiegħu li bħalissa qed jaħdmu permezz ta’ teleworking? Kemm kien hemm talbiet għal xogħol ta' teleworking minn Marzu 2020 li ma ġewx milqugħa?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħti qed jimxu mad-Direttiva 13.3 maħruġa fl-4 ta’ Marzu li għadda u li kopja tagħha qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Il-miżuri mħaddmin fid-dipartimenti u l-entitajiet fir-rigward tal-imxija tal-COVID-19 huma dawk maħruġin mis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej – impjegati li mardu bil-COVID-19
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati taħt il-Ministeru tiegħu li ġew infettati u mardu bil-COVID-19 u kemm hemm impjegati li bħalissa qegħdin kwarantina minħabba xi kuntatti li kellhom ma’ individwi pożittivi?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill- Onor. Interpellant li kull impjegat li ħareg pożittiv għall- COVID – 19 mar fi kwarantina u attwalment hemm 3 persuni li jinsabu fi kwarantina.
Ministeru għar-Riċerka, Innovazzjoni u l-Koordinazzjoni tal-Istrateġija ta’ wara l-COVID-19 – miżuri minħabba l-COVID-19
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-miżuri li ttieħdu fl-uffiċini kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu sabiex jiġi assigurat li l-periklu ta' infezzjoni tal-COVID-19 jitnaqqas eżempju b'użu ta' screens bejn l-iskrivaniji u l-obbligu tal-ilbies tal-maskri inkluż f'dawk l-uffiċċji li mhumiex aċċessibbli għall-pubbliku?
Response (BONNICI, OWEN)
Nassigura lill-Onor. Interpellant li qed jittieħdu l-miżuri kollha neċessarji, skont id-direzzjoni maħruġa mill-awtoritajiet tas-saħħa biex jiġi assigurat li l-periklu ta’ infezzjoni jitnaqqas.
Ministeru għar-Riċerka, Innovazzjoni u l-Koordinazzjoni tal-Istrateġija ta’ wara l-COVID-19 – sanitizzazzjoni ta’ uffiċċji
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’prekawzjonijiet qed jittieħdu sabiex l-uffiċini jiġu sanatizzati? Ingħataw xi direct orders biex dan isir?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-uffiċini jiġu sanitizzati kull darba li jkun hemm ħtieġa. Ix-xogħol ingħata wara direct order sabiex jiġi rispettat il-bżonn immedjat ta’ dan is-servizz.
Ministeru għar-Riċerka, Innovazzjoni u l-Koordinazzjoni tal-Istrateġija ta’ wara l-COVID-19 – teleworking
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati li jaqgħu taħt l-Ministeru tiegħu li bħalissa qed jaħdmu permezz ta’ teleworking? Kemm kien hemm talbiet għal xogħol ta' teleworking minn Marzu 2020 li ma ġewx milqugħa?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu għandhom jimxu mad-Direttiva 13.3 maħruġa fl-4 ta’ Marzu li għadda u li kopja tagħha qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Il-miżuri mħaddmin fid-dipartimenti u l-entitajiet fir-rigward tal-imxija tal-COVID-19 huma dawk maħruġin mis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci.
Ministeru għar-Riċerka, Innovazzjoni u l-Koordinazzjoni tal-Istrateġija ta’ wara l-COVID-19 – impjegati li mardu bil-COVID-19
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati taħt il-Ministeru tiegħu li ġew infettati u mardu bil-COVID-19 u kemm hemm impjegati li bħalissa qegħdin kwarantina minħabba xi kuntatti li kellhom ma’ individwi pożittivi?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull impjegat li ħareġ pożittiv għall-COVID-19 mar fi kwarantina. Fil-mument, ħadd mill-impjegati tal-Ministeru ma jinstab fi kwarantina.
Dipartiment tal-Gvern Lokali – persuni assenjati biex jaħdmu mal-kunsilli lokali — salarji
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19717 u jikkonferma jekk id-Dipartiment tal-Gvern Lokali (DLG) hux qed iħallas salarji għall-persuni li jiġu assenjati biex jaħdmu mal-Kunsilli Lokali? Jista’ jindika liema kunsill lokali għandhom persuni assenjati u salarji mħallsa mid-DLG, kemm jammontaw dawn is-salarji, f’liema skala huma impjegati dawn il-persuni, xi rwol qed jingħataw mill-Kunsilli Lokali, kif ukoll kif intgħażlu l-kunsilli lokali li qed jingħataw dan il-benefiċċju mid-DLG? Jista' jikkonferma meta ddaħlet din il-proċedura, kif qed titħaddem u kemm salarji għall-persuni assenjati mal-Kunsilli Lokali għandu ħsieb li jiffinanzja d-Dipartiment tal-Gvern Lokali?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor.Interpellant illi ninsab infurmat li sa mit-twaqqif tal-Kunsilli Lokali fl-1993, id-Dipartiment għall-Gvern Lokali assista diversi Kunsilli Lokali billi assenja xi uffiċjali pubbliċi biex jagħtu s-servizz tagħhom f’xi Kunsilli Lokali fejn is-salarju jibqa’ jitħallas mid-Dipartiment.
It-tabella t’hawn taħt turi li l-grad u l-iskala tal-uffiċjali kif ukoll is-salarju annwali.
Ix-xogħlijiet mogħtija mill-Kunsilli Lokali huma skont kif meħtieġ mill-Kunsilli Lokali u sakemm dan ma jkunx fi grad differenti mill-grad sostantivi.
Grad
Skala
Kunsill
Salarju fis-Sena
€
Senior Operative IV
16
Kunsill Lokali Għarb
15,621.06
Senior Operative IV
17
Kunsill Lokali Għargħur
14,535.04
General Hand II
18
Kunsill Lokali Għaxaq
13,024.05
Health Assistant
14
Kunsill Lokali Marsa
18,262.01
Operative III
17
Kunsill Lokali Qala
14,779.05
General Hand II
18
Kunsill Lokali Qala
13,690.04
Senior Operative IV
16
Kunsill Lokali Rabat (G)
15,621.06
Manager II (Business Processes)
7
Kunsill Lokali Siġġiewi
28,311.79
Senior Clerk
14
Kunsill Lokali Xewkija
18,301.01
Social Assistant
18
Kunsill Lokali Xgħajra
19,540.04
Messenger / Driver
13
Kunsill Lokali Xgħajra
18,192.98
Motor Transport Driver III
17
Kunsill Lokali Żurrieq
14,779.05
Officer in Scale 7
7
Kunsill Reġjonali Għawdex
28,842.97
Manger II (Accounting and Finance)
6
Kunsill Lokali Qala
30,308.67
Fil-każ tal-Kunsill Lokali tal-Qala, l-assenjar tal-uffiċjal pubbliku kien permezz ta’ ħatra ta’ Aġent Segretarju Eżekuttiv liema ħatra hi waħda temporanja sakemm tirritorna s-Segretarju Eżekuttiv attwali, liema salarju tal-Aġent Segretarju Eżekuttiv jitħallas mid-Dipartiment u jiġi rifuż mill-istess Kunsill Lokali.
L-assenjar ta’ dawn l-uffiċjali sar jew fuq talba tal-istess uffiċjal li eventwalment ġie rilaxxat mid-Dipartiment fejn kien jaħdem jew fuq talba tal-Kunsill għall-uffiċjal li eventwalment ukoll ġie rilaxxat mid-Dipartiment fejn kien jaħdem.
Ta’ min iżid li stante li l-Kunsilli Lokali qed jingħataw assitenza permezz ta’ ħaddiema addizzjonali, bħalma huma tal-RSSL, tal-Community Workers Schemes (CWS) u l-Community Inclusive Employment Scheme (CIES), il-prassi li jiġu assenjati uffiċjali pubbliċi mal-Kunsilli Lokali qed tiġi mwaqqfa peress li tali assenjar taffetwa l-HR Plans tad-Diviżjoni.
Ħlas tar-reġistrazzjoni tal-organic farmers – ħlas lura f’sussidju
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19664 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Agrikoltura, Sajd, l-Ikel u Drittijiet tal-Annimali u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: Jista’ l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex jara li jkunu stabbiliti l-proċeduri meħtieġa sabiex bdiewa li jkunu ħallsu għar-reġistrazzjoni għal-organic farmers għand l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA), ikunu finalment jistgħu jitħallsu lura f’sussidju hekk kif inhu stabbilit mill-Ministeru għall-Agrikoltura?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.