Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #24016 Sitting 539 2022-01-26 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Ħaddiema ingaġġati bħala security

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta l-miżura dwar l-ħlas lill-ħaddiema ingaġġati bħala security li jinsabu fuq il-kotba tal-privat iżda li jagħmlu xogħol nhar ta' Ħadd f'dipartimenti u aġenziji tal-Gvern, se tidħol fis-seħħ?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi din il-miżura daħlet fis-seħħ mill-1 ta’ Jannar 2022. Bħalissa għaddej ezerċizzju fejn id-Dipartimenti qed jiġbru l-informazzjoni meħtieġa u hekk kif dan il-proċess jiġi konkluz, il-ħlas jingħata bl-arretrati.

Malta Digital Hub Ltd — Financial Statements

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 23201, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ekonomija u l-Industrija u li issa ġiet riferuta lilha u tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar sett ta' financial statements tal-Malta Digital Hub Ltd?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar — organogramma

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istruttura (organogramma) tas-segretarjat tal-Ministeru u tas-Segretarju Parlamentari (fil-każ li hemm wieħed)? Jista’ l-Ministru jindika kemm minn dawn il-persuni kienu diġà jaħdmu mas-servizz pubbliku u kemm minnhom qed jaħdmu bħala “persons of trust”?

Response (FARRUGIA, AARON)

Filwaqt li nitlob lill-Onorevoli interpellanta tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija numru 24070, ninfurmaha li, fis-Segretarjat tiegħi, l-għadd ta’ persuni li diġà jaħdmu mas-Settur Pubbliku hu ta’ tnax (12), waqt li l-Persons of Trust jammontaw għal sebgħa (7). Fir-rigward tas-Segretarjat Parlamentari l-ammont rispettivi huma disgħa (9) u tnejn (2).

Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa — organogramma

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istruttura (organogramma) tas-segretarjat tal-Ministeru u tas-Segretarju Parlamentari (fil-każ li hemm wieħed)? Jista’ l-Ministru jindika kemm minn dawn il-persuni kienu diġà jaħdmu mas-servizz pubbliku u kemm minnhom qed jaħdmu bħala “persons of trust”?

Response (FEARNE, CHRIS)

Filwaqt li nitlob lill-Onor. Interpellant tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija numru 24070, ninfurmaha li l-għadd ta’ persuni fil-Ministeru li diġà jaħdmu mas-Settur Pubbliku hu ta’ 1, waqt li l-Persons of Trust jammontaw għal 27 li minnhom 19 huma fuq bazi ta’ part time.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — organogramma

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istruttura (organogramma) tas-segretarjat tal-Ministeru u tas-Segretarju Parlamentari (fil-ka¿ li hemm wieħed)? Jista’ l-Ministru jindika kemm minn dawn il-persuni kienu diġà jaħdmu mas-servizz pubbliku u kemm minnhom qed jaħdmu bħala “persons of trust”?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta ser tingħata f'seduta oħra.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — organogramma

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istruttura (organogramma) tas-segretarjat tal-Ministeru u tas-Segretarju Parlamentari (fil-ka¿ li hemm wieħed)? Jista’ l-Ministru jindika kemm minn dawn il-persuni kienu diġà jaħdmu mas-servizz pubbliku u kemm minnhom qed jaħdmu bħala “persons of trust”?

Response (BORG, IAN)

Filwaqt li nitlob lill-Onor. Interpellant tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 24070, ninfurmaha li l-għadd ta’ persuni fil-Ministeru li diġà jaħdmu mas-Settur Pubbliku hu ta’ 13, waqt li l-Persons of Trust jammontaw għal 5.
Leg 13 PQ #24083 Sitting 539 2022-01-26 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — organogramma

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istruttura (organogramma) tas-segretarjat tal-Ministeru u tas-Segretarju Parlamentari (fil-ka¿ li hemm wieħed)? Jista’ l-Ministru jindika kemm minn dawn il-persuni kienu diġà jaħdmu mas-servizz pubbliku u kemm minnhom qed jaħdmu bħala “persons of trust”?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Filwaqt li nitlob lill-Onorevoli Interpellanta tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija numru 24070, ninfurmaha li l-għadd ta’ persuni fis-Segretarjat li diġà jaħdmu mas-Settur Pubbliku hu ta’ 15-il persuna, waqt li hemm żewġ persuni bħala Persons of Trust. Wieħed minn dawn tal-aħħar hu fuq bażi part-time.

Ministeru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal — organogramma

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istruttura (organogramma) tas-segretarjat tal-Ministeru u tas-Segretarju Parlamentari (fil-ka¿ li hemm wieħed)? Jista’ l-Ministru jindika kemm minn dawn il-persuni kienu diġà jaħdmu mas-servizz pubbliku u kemm minnhom qed jaħdmu bħala “persons of trust”?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

Rapport tal-Ombudsman dwar ħaddiema tad-Dipartiment tad-Dwana

Question

B’referenza għad-domanda parlamentari 23702, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x’parir legali għandu fir-rigward tar-rapport tal-Ombudsman bir-referenza T0128 li jittratta l-pensjoni ta' madwar 21 ħaddiem mid-Dipartiment tad-Dwana?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-parir legali kien li r-rakkomandazzjoni tal-Ombudsman ma tistax tintlaqa’ għaliex tmur kontra d-disposizzjonijiet tal-Ordinanza tal-Pensjonijiet (Kap. 93 tal-Liġijiet ta’ Malta).

Housing Authority – stair lifts – applikazzjoni għall-għajnuna finanzjarja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid: a) kemm-il applikazzjoni għall-għajnuna finanzjarja tal-Awtorità tad-Djar fl-iskema ta’ installazzjoni ta’ stair lifts, daħlu fl-aħħar sentejn; b) kemm minnhom ġew approvati; u c) f’dawk li ġew approvati, liema ditti ġew ingaġġati mill-applikanti?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninsab infurmat illi f’dawn l-aħħar sentejn l-Awtorità tad-Djar irċeviet 272 applikazzjoni għal twaħħil ta’ stair lifts li minnhom 252 ġew approvati. Meta tiġi approvata applikazzjoni l-Awtorità tinforma lill-benefiċjarji bl-għotja massima li tingħata wara li jitlesta x-xogħol u jiġu sottomessi l-irċevuti fiskali. Wara li jiġu approvati x-xogħlijiet il-benefiċjarji jqabbdu fornitur tal-għażla tagħhom sabiex jwaħħal l-istair lift. B’hekk l-Awtorità m’għandha l-ebda kontroll u deċiżjoni fuq liema ditti jew kumpaniji jiġu mqabbda sabiex iwettqu x-xogħol.

Paola Hub – Soluzzjoni għar-residenti dwar parkeġġ

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 20868, jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra x’passi u xi żviluppi kien hemm wara, sabiex jiġi assigurat post għall-ipparkjar tar-residenti?

Response (BORG, IAN)

Nirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 20868.

Paola Hub – Soluzzjoni għar-residenti dwar parkeġġ

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 20867, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jinforma l-Kamra x'passi u x’żviluppi kien hemm wara, sabiex jiġi assigurat post għall-ipparkjar tar-residenti?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Vincent Moran Paola Regional Hub se jkollu parkeġġ kbir ta’ l’ fuq minn 220 spazju, li se jkun aċċessibbli għal kulħadd u konness mal-binja prinċipali tal-Isptar. Dan jassigura li l-pazjenti, staff u viżitaturi ma jkollhomx għalfejn jieħdu l-parkeġġi tar-residenti. Dan il-parkeġġ se jkun jista’ jintuża ukoll mir-residenti nfushom

Foundation for Medical Services – financial statements

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar sett ta’ financial statements tal-Foundation for Medical Services?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar sett ta’ financial statements tal-Foundation for Medical Services.

Awtorità t-Artijiet — Encroachment permits - ħlas

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 23660 u 24096 u u jgħid, kemm kien il-ħlas li l-Awtorità tal-Artijiet irċeviet għall-encroachment permits, kull sena mill-2013 sal-lum?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l- mistoqsija 23660 ma ntbaghtetx lill dan il Ministeru. It-Twegiba 24233 tinghata f’seduta ohra.

Xandira tal-Programm “Ta’ Filgħodu”

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 23966, jista' l-Ministru jgħid kemm il-PBS qiegħed iħallas għall-programm indikat?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hija ta’ natura kummerċjali.

Ta’ Qali – Sptar tal-Annimali — tmexxija

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 23963, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sejħa għall-offerti maħruġ mid-Dipartiment tal-Proprjetà tal-Gvern u kopja tal-kuntratt ta' ċens temporanju għal 25 sena ma' Animal Pro Health (APH) Ltd li ġie ffirmat fit-12 ta’ Frar 2016?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni ser tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur — grants/sponsorships/donations/kontribuzzjonijiet

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23125, jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni kif mitluba fil-mistoqsija oriġinali u ċjoè: lista sħiħa ta' grants/sponsorships/donations/kontribuzzjonijiet simili li saru fis-snin 2019 u 2020 u fis-sena 2021 sa issa mill-Ministeru, id-Dipartimenti u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? F'kull każ jista' jgħid liema kienet l-entità li għamlet/tat il-grants/sponsorships/donations/kontribuzzjonijiet simili, kemm kien l-ammont, min kien il-benefiċjarju u x'kienet ir-raġuni għalxiex ingħatat?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

L-informazzjoni mitluba qegħdha fit-tabella s-segwenti: SENA ENTITÀ PROĠETT/INIZJATTIVA AMMONT 2019 ITS Mediterranean Tourism Forum €11,800 2019 MFC Sponsorship package Planet Hollywood €5,900 2019 MFC Gozo Film Festival 2019 €590 2019 MFC Location Manager Guild International Awards - Gold Sponsorship Package €5,387 2019 MFC Sponsorship of the Screen Finance Forum at FOCUS London 2019 €11,277 2019 MFC Sponsorship package of the International Emmy Gala Awards €18,036 2019 MFC Masters in Film €50,000 2019 MFC Film Grants €489,979 2019 MA International Fellowship Programmes €191,600 2019 MOT Horeca Sponsorship €5,900 2019 MOT CAPA - World Aviation Summit 2019 €40,000 2020 ITS Donation towards the purchase of a stair lift €2,250 2020 MFC Malta Music Awards €10,000 2020 MA International Fellowship Programmes €181,200 2020 MTCP Sponsorship - MA in Film Studies (2019-2022) €50,000 2020 MTCP APG Conference October 2020 €57,246 2021 MTCP Youth Faith Tourism €97,748 2019/20 ITS Malta Community Chest Fund - Tisjir mill-Qalb €1,000 2019/21 MCCAA International Fellowship Programmes €111,260 2019/21 MA International Fellowship Programmes €314,097

Applikazzjoni tal-Water Service Corporation — proġett

Question

B'referenza għall-applikazzjoni li saret mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (WSC) fis-sena 2017: PA/08676/17 'Ta Briegħen Reservoir, Triq Ta' Briegħen, Għajnsielem, Gozo : To construct reservoir for the storage of recycled water, and including earthmoving and fencing, construction of a pump room, and the formation of an access road' u li ġiet approvata mill-Awtorità tal-Ippjanar f'Settembru 2018, tista’ l-Ministru taġġorna lill-Kamra dwar fiex kien jikkonsisti dan il-proġett u tgħid x'inhuma r-raġunijiet li sal-lum għadu ma sar ebda tip ta' xogħol infrastrutturali fuq dan il-proġett? Tista’ tgħid jekk ħarġitx it-tender għal dan il-proġett u jekk le għala ma ħarġitx u meta hu mistenni li toħroġ? Meta hu ppjanat li jinbeda u jitlesta dan il-proġett?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma kellha pjan biex tagħmel ġibjun għall-ħażna tan-New Water fiż-żona indikata. Studji tekniċi urew li minħabba kwistjonijiet ġeoloġiċi, kien hemm bżonn struttura ferm akbar, bi spejjeż ogħla li ma kienetx tagħmel sens ekonomiku. Għaldaqstant, ittieħdet id-deċiżjoni li dan il-proġett isir f'tas-Seqer limiti tal-Għarb, bil-budget oriġinali u li se jagħqdi bl-istess mod il-ħtiġijiet tal-bdiewa.
Leg 13 PQ #23431 Sitting 538 2022-01-25 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – persuni impjegati ma’ kuntratturi privati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 17156, 21028 u 22341 u jgħid kemm kien hemm persuni impjegati ma' kuntratturi privati u li kienu qed jagħmlu xogħol ta' Security Guards għall-Ministeru għal Għawdex jew entitajiet li jaqgħu taħtu? Jista’ jagħti l-postijiet ġewwa Għawdex fejn kien qed jingħata dan is-servizz u f'kull post kemm kien hemm Security Guards u l-ħinijiet li kienu qed jagħtu dan is-servizz sena b'sena mis-sena 2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid kemm kienet l-ispiża fuq dan is-servizz, jekk ingħatawx permezz ta' Tender jew Direct Order kif ukoll l-isem tal-kumpaniji li taw dan is-servizz sena b' sena mis-sena 2013 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Għawdex

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għal Għawdex jixtri s-siegħat li hemm bżonn li jiġu koperti minn Security Guard u għaldaqstant il-kuntratturi privati jiffornixxu n-numru ta’ individwi li hemm bżonn biex jiġu koperti t-tali siegħat.