Tista’ l-Ministru tindika jekk il-Gvern għandux bħala mira li jattira lejn Malta niċċa partikolari speċifika ekonomika u li tiġġenera impjiegi ta’ kwalità u long term, fil-ħames snin li ġejjin u jekk iva, x’inhi?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif diġa ġie rrapurtat fil-mistoqsija parlamentari 18500, ġew attirati diversi niċeċ ekonomiċi ġodda lejn Malta bejn 2014 sal-lum tant illi dan kien rifless f’żieda bla preċedent ta’ mpjiegi u tkabbir ekonomiku record, sena wara l-oħra għall-perjodu ndikat. Fost niċeċ ekonomiċi ġodda wieħed isib Kannabis għall-Użu Mediċinali; medical technology; kumpaniji relatati ma’AI u teknoloġija avvanzata; edukazzjoni u taħriġ; digital games u kif imħabbar dan l-aħħar qed tinħoloq eko-sistema għad-drones fost oħrajn.
Tista’ l-Ministru tgħid x’kien l-ammont ta’ GDP li l-blockchain industry iġġenerat f’Malta fl-2020?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dettalji fuq il-kontribut tal-prodott gross domestiku jistgħu jinkisbu mill-Uffiċċju Nazzjonali għall-Istatistika (NSO).
Jista’ l-Ministru jgħid jew ġentilment jispjega b’liema mod konkret, u minn min, jiġi investigat u miġġieled il-prekarjat f’Malta?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kundizzjonijiet tax-xogħol jaqgħu taħt id-Dipartiment tal-Impjieg u r-Relazzjonijiet Industrijali (DIER) u għaldaqstant din il-mistoqsija għandha ssir lill-Ministru konċernat.
Ditti blacklisted milli tieħu sehem f’tenders tal-Gvern
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il ditta ġiet blacklisted milli tieħu sehem f’tenders tal-Gvern kull sena mill-2017 sal-lum? Jista’ jgħid għal kull każ x’kienet ir-raġuni?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi ditta waħda ġiet blacklisted mill-2017 sal-lum, għar-raġuni li hija kienet instabet ħatja mill-Qrati ta’ reati kontra l-provizjonijiet tal-Att dwar l-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali.
Ministeru għal Għawdex – restrooms għal persuni bi bżonnijiet speċjali
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 18046 fejn intqal li qed isir rinnovar fil-Ministeru għal Għawdex, jista’ l-Ministru jgħid kemm se tkun l-ispiża totali? Dan ir-rinnovar qed isir minn fondi lokali jew Ewropej?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant, li x-xogħol ta' rinnovazzjoni għadu fl-istadju tal-offerti. L-istima għax-xogħlijiet strutturali, l-M&Es, il-LAN u r-restawr tal-faċċata tal-btieħi hija ta’ €6,639,667 (VAT Eskluż) u se tkun iffinanzjata minn fondi lokali.
Dan il-proġett huwa maħsub biex itejjeb l-aċċessibbilita tal-Binja Amministrattiva, u biex tkun aktar sigura u konformi mal-istandards tas-saħħa u s-sigurtà. Apparti hekk, tramite dan il-proġett il-binja ser ikollha l-infrastruttura teknoloġika meħtieġa skont l-istandards pre¿enti.
B’hekk minn dan il-proġett se jigwadanja kemm il-pubbliku ġenerali li jżur il-Ministeru biex jaċċessa xi wiehed mis-servizzi, kif ukoll l-impjegati kollha sabiex ikomplu jaħdmu f’ambjent iżjed sigur u dinjituż.
Persuni li użaw is-servizz ta’ Sonia Tanti Independent Living Centre
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il persuna użat is-servizz ta’ Sonia Tanti Independent Living Centre mill-2017 sal-lum?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor Interpellant li kien hemm 193 persuna li bbenefikat mis-servizzi mogħtija minn Sonia Tanti Independent Living Centre minn Novembru 2019 (meta s-servizz għadda għand Aġenzija Sapport) sad-data tat-tweġiba.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il persuna użat is-servizz tal-ACTU mill-2017 sal-lum?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor Interpellant li kien hemm 417 persuna li bbenefikat mis-servizzi mogħtija mill-ACTU minn Novembru 2019 (meta s-servizz għadda għand Aġenzija Sapport) sad-data tat-tweġiba.
Riċerka fost persuni b’diżabilità u l-ġenituri tagħhom
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk qattx saret riċerka fost persuni b'diżabilità u l-ġenituri tagħhom, u jekk iva, tista' titpoġġa kopja tar-rapport fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi r-riċerka mitluba li hija magħrufa tikkonsisti kważi kompletament minn teżijiet li saru bħala parti minn korsijiet offruti mill-Università ta’ Malta u universtajiet oħra. Qiegħda npoġġi rapport dwar dawn l-istudji fuq il-Mejda tal-Kamra.
Riċerka fost persuni b’diżabilità u l-ġenituri tagħhom
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk qattx saret riċerka fost persuni b'diżabilità u l-ġenituri tagħhom, u jekk iva, tista' titpoġġa kopja tar-rapport fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant, jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.
Ministeru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal — impjegati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna hija impjegata fil-Ministeru u fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu f’kull skala tas-salarju provdut fil-gradi ta’ salarji għas-servizz pubbliku u jgħid kemm minnhom huma nisa u kemm minnhom huma rġiel?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 19253.
Ministeru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru — impjegati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna hija impjegata fil-Ministeru u fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu f’kull skala tas-salarju provdut fil-gradi ta’ salarji għas-servizz pubbliku u jgħid kemm minnhom huma nisa u kemm minnhom huma rġiel?
Response (ABELA, CARMELO)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19253.
Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali — impjegati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna hija impjegata fil-Ministeru u fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu f’kull skala tas-salarju provdut fil-gradi ta’ salarji għas-servizz pubbliku u jgħid kemm minnhom huma nisa u kemm minnhom huma rġiel?
Response (GALDES, RODERICK)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19253
Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd, l-Ikel u Drittijiet tal-Annimali — impjegati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna hija impjegata fil-Ministeru u fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu f’kull skala tas-salarju provdut fil-gradi ta’ salarji għas-servizz pubbliku u jgħid kemm minnhom huma nisa u kemm minnhom huma rġiel?
Response (REFALO, ANTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19253.
Ministeru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja — impjegati
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il persuna hija impjegata fil-Ministeru u fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha f’kull skala tas-salarju provdut fil-gradi ta’ salarji għas-servizz pubbliku u tgħid kemm minnhom huma nisa u kemm minnhom huma rġiel?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex tirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19253
Ministeru għar-Riċerka, Innovazzjoni u l-Koordinazzjoni tal-Istrateġija wara COVID-19 — impjegati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna hija impjegata fil-Ministeru u fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu f’kull skala tas-salarju provdut fil-gradi ta’ salarji għas-servizz pubbliku u jgħid kemm minnhom huma nisa u kemm minnhom huma rġiel?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19253.
Request for Proposal għal Ferry Services f’Malta u f’Għawdex
Question
Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar ir-'Request for Proposals for a Public Service Concession Contract for the Provision of Scheduled Sea Ferry Services in Malta and Gozo' u jgħid fiex wasal il-proċess ta’ din l-imsemmija ‘Request for Proposal’?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li nhar il-Ġimgħa 26 ta’ Frar, 2021 Transport Malta, hekk kif imhabbar mil-Ministri Ian Borg u Clint Camilleri, harget Port Notice li issa mill-1 ta’ Ġunju tal-2021, l-operaturi ta’ trasport bil-baħar se jkunu jistgħu jibdew jipprovdu s-servizz tagħhom bejn il-Port il-Kbir, il-Belt Valletta u l-Port tal-Imġarr permezz ta’ fast ferry dirett għall-passiġġieri biss. Dan tħabbar wara li ttieħdet deċiżjoni mill-kabinett tal-ministri sabiex is-suq tat-trasport bil-baħar fuq din ir-rotta speċifika jiġi liberalizzat ghal servizz ta’ passigieri biss, u minn bastimenti li jilhqu kriterji ċari mnizzla fl-istess Port Notice.
Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar it-tender 'CT2094/2020 - Renovation and Structural works including the use of Environment Friendly paint material at the Administration Centre within the Ministry for Gozo' u jgħid fiex wasal il-proċess biex din l-imsemmija tender tiġi awarded?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tender jinsab fi stadju ta’ evalwazzjoni.