Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #19734 Sitting 441 2021-03-16 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Eżamijiet — Deċiżjoni

Question

Tista’ l-Ministru tgħid, sal-ġurnata li titwieġeb din id-domanda, x'inhi d-deċiżjoni rigward l-eżamijiet tal-aħħar tas-sena fl-iskejjel tagħna u rigward l-eżamijiet tal-Matsec, tal-iskejjel post-sekondarji u tal-Università?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li bħalissa qed nitkellmu dwar l-eżamijiet tal-aħħar tas-sena fl-iskejjel u ser ikollna pożizzjoni fuqha. Rigward l-eżamijiet tal-Matsec, tal-iskejjel post-sekondarji u tal-Università, ninsab infurmata kif ġej: MATSEC Il-Bord tal-MATSEC skeda żewg sessjonijiet tal-eżamijiet, kemm fil-livell tas-SEC, kif ukoll fil-livell tal-Matrikola. Skejjel post-sekondarji L-eżamijiet annwali tat-tieni sena qed isiru bħalissa f'Sir MA Refalo Sixth Form; l-eżamijiet tal-Annwali għall-istudenti tal-ewwel sena hemm il-pjan li jsiru f'Ġunju 2021 bħas-soltu. Il-mock exams tal-Gem 16+ ser isiru bejn is-26 u d-29 t’April 2021. L-eżamijiet annwali tal-ewwel sena ġewwa l-Giovanni Curmi Higher Secondary ser isiru kif ippjanat fil-bidu ta` Ġunju filwaqt li mal-istudenti tat-tieni sena ser nimxu fuq il-continuous assessment. MCAST L-assessjar fl-MCAST huwa wieħed kontinwu, fejn l-assessjar ta’ kull unità ta’ studju huwa diviż f’assessjar matul is-sena kollha u assessjar fl-aħħar tas-sena. Huwa maħsub li jsir hekk kif ippjanat u jintużaw diversi modi ta’ assessjar. Junior College Rigward il-Junior College ġie deċiż li l-eżamijiet ta’ Ġunju din is-sena ma jsirux u l-istudenti jiġu promossi għat-tieni sena fuq bażi ta' assessjar kontinwu. L-Università Id-deċiżjoni tal-Università kienet li tagħti l-possibilità lill-fakultajiet rispettivi sabiex l-eżamijiet isiru kemm onlajn kif ukoll fiżikament fuq il-kampus tal-Università. Fil-każ ta' eżamijiet fuq il-kampus tal-Università ser ikun assigurat li kemm id-distanza soċjali u kif ukoll il-kundizzjonijiet kollha, ikunu marbuta mad-direttivi tal-awtoritajiet tas-saħħa pubblika u ser jiġu osservati.
Leg 13 PQ #19741 Sitting 441 2021-03-16 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – Back office tas-Servizz Pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema back office ġdid tas-Servizz Pubbliku inġab f'Għawdex matul is-sena 2020? Kemm hemm ħaddiema jaħdmu f'dan ix-xogħol ġdid ta' back office f'Għawdex u minn fejn qed joperaw? Kemm minn dawn il-ħaddiema kienu jaħdmu f'Malta sa meta nġab dan ix-xogħol f'Għawdex u issa per konsegwenza ta' dan ix-xogħol, bdew jaħdmu f'Għawdex? X’inhu l-grad ta' dawn il-ħaddiema? Minn fejn qed isir dan ix-xogħol ta' back office ġdid f'Għawdex?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant, li matul is-sena 2020 infetħu żewġ uffiċini ġodda f’Għawdex li jagħmlu xogħol kemm ta’ back office kif ukoll front office. L-informazzjoni mitluba dwar numru ta’ ħaddiema, il-grad ta’ kull ħaddiem u minn fejn qed jopera l-uffiċċju jinsabu fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrasturttura u l-Proġetti Kapitali – miżuri minħabba l-COVID-19

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-miżuri li ttieħdu fl-uffiċini kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu sabiex jiġi assigurat li l-periklu ta' infezzjoni tal-COVID-19 jitnaqqas eżempju b'użu ta' screens bejn l-iskrivaniji u l-obbligu tal-ilbies tal-maskri inkluż f'dawk l-uffiċċji li mhumiex aċċessibbli għall-pubbliku?

Response (BORG, IAN)

Nassigura lill-Onor. Interpellant li qed jittieħdu l-miżuri kollha neċessarji, skont id-direzzjoni maħruġa mill-awtoritajiet tas-saħħa biex jiġi assigurat li l-periklu ta’ infezzjoni jitnaqqas

Ministeru għat-Trasport, l-Infrasturttura u l-Proġetti Kapitali – sanitizzazzjoni ta’ uffiċċji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’prekawzjonijiet qed jittieħdu sabiex l-uffiċini jiġu sanatizzati? Ingħataw xi direct orders biex dan isir?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-uffiċini jiġu sanitizzati kull darba li jkun hemm ħtieġa. Infurmat ukoll li ntuża is-servizz tac-Civil Protection Department (CPD) biex jiġi pprovdut dan is-servizz għall-binjiet ġewwa Belt is-Sebħ.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali – teleworking

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati li jaqgħu taħt l-Ministeru tiegħu li bħalissa qed jaħdmu permezz ta’ teleworking? Kemm kien hemm talbiet għal xogħol ta' teleworking minn Marzu 2020 li ma ġewx milqugħa?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu għandhom jimxu mad-Direttiva 13.3 maħruġa fl-4 ta’ Marzu li għadda u li kopja tagħha qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Il-miżuri mħaddmin fid-dipartimenti u l-entitajiet fir-rigward tal-imxija tal-COVID-19 huma dawk maħruġin mis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrasturttura u l-Proġetti Kapitali – impjegati li mardu bil-COVID-19

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati taħt il-Ministeru tiegħu li ġew infettati u mardu bil-COVID-19 u kemm hemm impjegati li bħalissa qegħdin kwarantina minħabba xi kuntatti li kellhom ma’ individwi pożittivi?

Response (BORG, IAN)

Ninforma l-Onor. Interpellant tirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 16841 tas-Seduta 388.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi – miżuri minħabba l-COVID-19

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-miżuri li ttieħdu fl-uffiċini kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu sabiex jiġi assigurat li l-periklu ta' infezzjoni tal-COVID-19 jitnaqqas eżempju b'użu ta' screens bejn l-iskrivaniji u l-obbligu tal-ilbies tal-maskri inkluż f'dawk l-uffiċċji li mhumiex aċċessibbli għall-pubbliku?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nassigura lill-Onorevoli interpellant li qed jittieħdu l-miżuri kollha neċessarji, skont id-direzzjoni maħruġa mill-awtoritajiet tas-saħħa biex jiġi assigurat li l-periklu ta’ infezzjoni jitnaqqas.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi – sanitizzazzjoni ta’ uffiċċji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’prekawzjonijiet qed jittieħdu sabiex l-uffiċini jiġu sanatizzati? Ingħataw xi direct orders biex dan isir?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-uffiċini jiġu sanitizzati kull darba li jkun hemm ħtieġa. Ix-xogħol ingħata wara sejhiet għal kwotazzjonijiet, u b’permess ta’ direct orders f’kazi ta’ urgenza kif ukoll bl-intervent speċjalizzat tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili. Irid jingħad li s-sanatizzazzjoni tal-uffiċini saret l-aktar mid-Dipartiment tal- Protezzjoni Ċivili, li sa issa diġà saru ’l fuq minn 460 dekontaminazzjoni f’binjiet u 1,100 vettura.

Żurrieq — bini mill-ġdid ta’ toroq residenzjali li qatt ma kienu asfaltati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inbnew toroq residenzjali mill-ġdid u li qatt ma kienu asfaltati fil-lokalità taż-Żurrieq mill-2018 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Kemm kienet twila kull triq? Meta nbeda u tlesta x-xogħol f’kull triq? Kemm kien stmat ix-xogħol u kemm attwalment ġie jiswa?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ħal Safi — bini mill-ġdid ta’ toroq residenzjali li qatt ma kienu asfaltati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inbnew toroq residenzjali mill-ġdid u li qatt ma kienu asfaltati fil-lokalità ta’ Ħal Safi mill-2018 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Kemm kienet twila kull triq? Meta nbeda u tlesta x-xogħol f’kull triq? Kemm kien stmat ix-xogħol u kemm attwalment ġie jiswa?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Birżebbuġa — bini mill-ġdid ta’ toroq residenzjali li qatt ma kienu asfaltati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inbnew toroq residenzjali mill-ġdid u li qatt ma kienu asfaltati fil-lokalità ta’ Birżebbuġa mill-2018 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Kemm kienet twila kull triq? Meta nbeda u tlesta x-xogħol f’kull triq? Kemm kien stmat ix-xogħol u kemm attwalment ġie jiswa?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ħal Farruġ — bini mill-ġdid ta’ toroq residenzjali li qatt ma kienu asfaltati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inbnew toroq residenzjali mill-ġdid u li qatt ma kienu asfaltati f’Ħal Farruġ mill-2018 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Kemm kienet twila kull triq? Meta nbeda u tlesta x-xogħol f’kull triq? Kemm kien stmat ix-xogħol u kemm attwalment ġie jiswa?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Rebate għal xiri ta’ electric car jew hybrid — applikazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ser joħorġu l-applikazzjonijiet matul l-2021 biex min jixtri electric car jew hybrid ikunu jistgħu jieħdu r-rebate li ġie mwiegħed fil-budget? X’inhi r-raġuni li għalkemm diġà qegħdin f’Marzu dawn l-applikazzjonijiet għar-rebate għadhom ma ħarġux? Meta Transport Malta għandha l-ħsieb li toħroġ dawn l-applikazzjonijiet għar-rebate? Għal kemm ser jammonta dan ir-rebate?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li ninsab infurmat li bħalissa Transport Malta qedgħha tistabbilixxi strateġija għas-snin li ġejjien u malli tikkonkludi l-grants kollha kemm għal min jixtri vettura li taħdem bl-eletriku, hybrid jew vetturi Petrol jew Diesel li jagħmlu nqas ħsara lill-ambjent dawn ser jiġu mħabbra. Nżid ukoll li L-Awtorita’ għat-trasport f’Malta diġa nfurmat lil-aġenti kollha li jbiegħu l-vetturi ta’ dawn it-tip u li kull persuna li rreġistrat l-vettura wara Jannar ta’ 2021, ser jkun jista’ japplika wara li joħorġu l-Grants u għaldaqstant ma’ hemm l-ebda biża’ li dawk li rreġistraw l-vettura min Jannar li għadda l-quddiem se jitifu l-Grant. Din il-proċedura intuzat ukoll is-sena l-oħra għaliex il-grants ġew imħabbra f-April ta’ 2020. Il-ħsieb huwa li malli jiġu formulati l-ammonti globali tal-Grants inkluż kull grant individwali, dawn jiġu ppublikati fil-gazzetta tal-Gvern u mħabbra mill-Ministeru.

Imsida – proġett maġġuri fil-pjazza — konsultazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-Gvern ma jridx jikkonsulta ma' dawk kollha affettwati mill-proġett maġġuri propost fil-Pjazza tal-Imsida billi mhux se jsirlu EIA (Environmental Impact Assessment)? X’inhi r-raġuni li għalkemm l-EIA huwa studju li jevalwa l-effetti kemm ambjentali kif ukoll soċjali tal-proġett ta’ dan it-tip, għalkemm skont l-Ewwel Skeda tal-Liġi Sussidjarja 549.46 jeħtieġ mhux biss EIA imma anke konsultazzjoni pubblika mar-residenti tal-inħawi, dawn mhux ser isiru?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jitlob l-informazzjoni meħtiega lill-Ministeru kkonċernat.
Leg 13 PQ #19890 Sitting 441 2021-03-16 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Liċenzja għall-esplorazzjoni mogħtija lill-kumpanija — eżitu

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra bl-eżitu s’issa tal-liċenzja għall-esplorazzjoni mogħtija fl-2019 lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi f'Ġunju 2020, il-kumpanija għazlet li testendi l-ewwel fazi tal-kuntratt b'sena oħra skont il-kundizzjonijiet tal-kuntratt. Matul din is-sena il-kumpanija qed tkompli l-studji ġeoloġiċi u ġeofiziċi fuq data ezistenti.

Liċenzja għall-esplorazzjoni mogħtija lill-kumpanija — eżitu

Question

Tista’ l-Ministru tinforma lill-Kamra bl-eżitu s’issa tal-liċenzja għall-esplorazzjoni mogħtija lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fl-2019?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi d-domanda lill-Ministru kkonċernat.
Leg 13 PQ #19892 Sitting 441 2021-03-16 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Liċenzji attivi għall-esplorazzjoni taż-żejt

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’liċenzji hemm attivi għall-esplorazzjoni taż-żejt? Tista’ tgħid ukoll għal liema żona u lil liema kumpanija huma mogħtija? Jista’ jagħti l-eżitu s’issa mill-esplorazzjoni li twettqet minn kull liċenzjat?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Liċenzji attivi għall-esplorazzjoni taż-żejt

Question

Tista’ l-Ministru tinforma lill-Kamra x’liċenzji hemm attivi għall-esplorazzjoni taż-żejt? Tista’ tgħid ukoll għal liema żona u lil liema kumpanija huma mogħtija? Tista’ tagħti l-eżitu s’issa mill-esplorazzjoni li twettqet minn kull liċenzjat?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi d-domanda lill-Ministru kkonċernat.

Esplorazzjoni ta’ bjar minn kumpanija

Question

Tista' l-Ministru tinforma lill-Kamra kemm-il bir ġie esplorat mill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament f'dawn l-għaxar snin li ilha li ngħatat il-liċenzja għall-esplorazzjoni taż-żejt u l-gass?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi d-domanda lill-Ministru kkonċernat.
Leg 13 PQ #19928 Sitting 441 2021-03-16 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Esplorazzjoni ta’ bjar minn kumpanija

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm-il bir ġie esplorat mill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament f'dawn l-għaxar snin li ilha li ngħatat il-liċenzja għall-esplorazzjoni taż-żejt u l-gass?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-kumpanija Heritage Oil kienet ġiet mogħtija liċenzja fl-2007. Il-kumpanija għamlet stħarriġ sizmiku fl-2011 izda ma ħaffret ebda bir mill-għoti tal-liċenzja sal-lum.