Jista' l-Ministru jagħti lista tal-għases kollha li hemm f'Għawdex? Jista' jgħid fil-każ ta' kull għassa, kemm hemm pulizija assenjati fiha u kemm huwa l-persentaġġ ta' ħin fil-ġimgħa li tkun miftuħa? Jista' jgħid liema minn dawn l-għases għandhom sistema ta' computer u IT b' konnessjoni mas-sistema ċentrali tal-Pulizija?
Response (CAMILLERI, BYRON)
F’Għawdex hemm 18 -il għassa li huma fil-lokalitajiet ta’: Victoria, Mġarr, Xlendi, Marsalforn, Mġarr Marina, Xagħra, Nadur, Xewkija, Għajnsielem, Sannat, Qala, Kerċem, Għarb, Żebbuġ, Munxar, San Lawrenz, Għasri u f’Kemmuna.
13 -il għassa minnhom għandhom sistema ta’ konnessjoni mal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija.
Fuq xogħol distrettwali hemm tnejn u sittin (62) ufficjali tal-Pulizija li jirraportaw fl-għassa ta' Victoria minn fejn jitqassmu biex ikopru d-diversi lokalitajiet u r-rondi meħtieġa abbażi tal-politika li biha qed jimxi l-Korp tal-Pulizija.
F’dan ir-rigward nistienden lill-Onor. Interpellant iħares lejn il-mistoqsija Parlamentari 19943, li għamel il-kollega tiegħu stess, dwar l-għases madwar Malta u Għawdex, fejn propju jumejn ilu tajt it-tweġiba tiegħi
Jista’ l-Ministru jgħid meta, xahar u sena, skont il-prijoritajiet tal-Ministeru għal Għawdex huwa ppjanat li dik il-parti tal-parking f’Marsalforn li għadha bil-wiċċ taż-żrar, tiġi miksija bit-tarmak?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li jista’ japprezza x-xogħol estensiv fl-infrastruttura, nkluż dik ta’ Marsalforn. Il-parti msemmiegħa issir fiż-żmien opportun.
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi – teleworking
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati li jaqgħu taħt l-Ministeru tiegħu li bħalissa qed jaħdmu permezz ta’ teleworking? Kemm kien hemm talbiet għal xogħol ta' teleworking minn Marzu 2020 li ma ġewx milqugħa?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu għandhom jimxu mad-Direttiva 13.3 maħruġa fl-4 ta’ Marzu li għadda u li kopja tagħha qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Il-miżuri mħaddmin fid-dipartimenti u l-entitajiet fir-rigward tal-imxija tal-COVID-19 huma dawk maħruġin mis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci.
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi – impjegati li mardu bil-COVID-19
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati taħt il-Ministeru tiegħu li ġew infettati u mardu bil-COVID-19 u kemm hemm impjegati li bħalissa qegħdin kwarantina minħabba xi kuntatti li kellhom ma’ individwi pożittivi?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li kull impjegat li ħareġ pożittiv għall-COVID-19 mar fi kwarantina. Attwalment hemm 201 persuna li jinsabu fi kwarantina.
Ministeru għal Għawdex – miżuri minħabba l-COVID-19
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-miżuri li ttieħdu fl-uffiċini kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu sabiex jiġi assigurat li l-periklu ta' infezzjoni tal-COVID-19 jitnaqqas eżempju b'użu ta' screens bejn l-iskrivaniji u l-obbligu tal-ilbies tal-maskri inkluż f'dawk l-uffiċċji li mhumiex aċċessibbli għall-pubbliku?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma u nassigura lill-Onor. Interpellant li qed jittieħdu l-miżuri kollha neċessarji, skont id-direzzjoni maħruġa mill-Awtoritajiet tas-Saħħa biex jiġi assigurat li l-periklu ta’ infezzjoni jitnaqqas.
Ministeru għal Għawdex – sanitizzazzjoni ta’ uffiċċji
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’prekawzjonijiet qed jittieħdu sabiex l-uffiċini jiġu sanatizzati? Ingħataw xi direct orders biex dan isir?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-uffiċini jiġu sanitizzati kull darba li jkun hemm ħtieġa. Għal dan ix-xogħol, il-Ministeru għal Għawdex jitlob l-għajnuna tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati li jaqgħu taħt l-Ministeru tiegħu li bħalissa qed jaħdmu permezz ta’ teleworking? Kemm kien hemm talbiet għal xogħol ta' teleworking minn Marzu 2020 li ma ġewx milqugħa?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu għandhom jimxu mad-Direttiva 13.3 maħruġa fl-4 ta’ Marzu li għadda u li kopja tagħha qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Il-miżuri mħaddmin fid-dipartimenti u l-entitajiet fir-rigward tal-imxija tal-COVID-19 huma dawk maħruġin mis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci.
Attachments:PQ 19783 - Ministeru għal Għawdex – teleworking.pdf
Ministeru għal Għawdex – impjegati li mardu bil-COVID-19
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati taħt il-Ministeru tiegħu li ġew infettati u mardu bil-COVID-19 u kemm hemm impjegati li bħalissa qegħdin kwarantina minħabba xi kuntatti li kellhom ma’ individwi pożittivi?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull impjegat li ħareġ pożittiv għall-COVID-19 mar fi kwarantina. Attwalment hemm 32 persuna li jinsabu fi kwarantina minħabba xi kuntatti li kellhom ma’ individwi pożittivi.
Indis Malta – proġetti fix-Xewkija Industrial Estate
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19515 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid xi proġetti Infrastrutturali saru u kemm ġew jiswew minn Indis Malta ġewwa x-Xewkija Industrial Estate matul is-sena 2020 u xi proġetti infrastrutturali hemm ippjanati li jsiru minn Indis Malta matul is-sena 2021 ġewwa x-Xewkija Industrial Estate u kemm huma ppjanati li jiġu jiswew?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-2020 tlesta l-kumpless tal-Hofra bi spiża ta’ madwar 5.2 Miljun ewro. Ix-xogħlijiet ippjanati għas-sena kurrenti (2021) jikonsistu fil-bini mill-ġdid ta’ toroq li jammontaw għal 11,500 metru kwadru fil-qasam Industrijali tax-Xewkija.
Ministeru għal Għawdex – rapporti dwar allegazzjonijiet ta’ serq
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm irċieva rapporti u informazzjoni dwar allegazzjonijiet ta’ serq, il-Ministeru għal Għawdex inkluż id-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, mill-1 ta’ Jannar 2020 sal-lum? Jista’ jgħid ukoll x’kienu jikkonċernaw dawn ir-rapporti u allegazzjonijiet u x’azzjoni ttieħdet f’kull każ? Jista’ jagħti din l-informazzjoni separatament, dipartiment b’dipartiment?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ 19838 Ministeru għal Għawdex – rapporti dwar allegazzjonijiet ta’ serq.pdf
Jista’ l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet għalfejn il-monument (mafkar) ta' Wistin Camilleri li kważi sentejn ilu ġie rilokat mill-Ministeru għal Għawdex għal Triq ir-Repubblika qrib il-Villa Rundle ġewwa r-Rabat u saret ċeremonja ta’ inawgurazzjoni, issa fl-aħħar xhur dan il-Monument (mafkar) tneħħa minn postu u hemm biss il-pedestall mingħajr monument?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Monument (mafkar) ta’ Wistin Camilleri tneħħa minn postu għaliex bħalissa qiegħed fil-Funderija fl-Italja biex issir replika tiegħu fil-bronż.
Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar l-applikazzjoni li saret mil-Ministeru għal Għawdex PA/06181/20 'Location of development: Wied il-Kbir, San Lawrenz, Triq ta' Spiteri, Kerċem Description of works: Cleansing and rehabilitation of valley and other maintenance works' u li għal dan il-permess, fuq talba tal-perit, ilu għal diversi ġimgħat sospiż?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien jonqos xi kummenti minn entitajiet pubbliċi dwar il-proġett, u għalhekk l-applikazzjoni ġiet sospiża sakemm il-Ministeru seta’ jottjeni dawn. Issa jidher li l-konsultazzjonijiet minn naħa tal-Ministeru ġew finalizzati u b’hekk l-applikazzjoni mhix ser tibqa sospiża.
Jista’ l-Ministru jgħid meta se tiġi ppubblikata l-Politika Nazzjonali dwar iċ-Ċikliżmu wara li kienet saret konsultazzjoni fl-2018?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Awtorità tat-Trasport li l-qafas tax-xogħol tal-linji gwida huwa bbażat fuq in-National Cycling Policy’ u r-riżultat tal-konsultazzjoni fuq tali document. Għalhekk dawn il-linji gwida fkimkien mad-dokument tan-‘National Cycling Strategy u Policy’ se jiġu ppublikati bħala dokument wieħed biex l-inizzjattivi u l-miżuri relatati maċ-Ċikliżmu jiġu dejjem ippjanati u mplimentati b’mod olistiku.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhuma l-pjanijiet li għandu l-Gvern għal dawn il-binjiet f’Selmun:
a. Il-Fortizza Campbell li tinsab fi stat ta’ abbandun;
b. It-Torri ta’ de Redin fuq Għajn Ħadid li jinsab imwaqqa’; u
c. Il-Kastell ta’ Selmun?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jara li jerġa’ jinbena l-ħajt biswit il-lukanda Selmun (ara r-ritratt qed jingħata separatament) li ilu fi stat perikoluż u li jsir ukoll titjib fl-akkwati, biex tingħata dehra isbaħ lill-inħawi tal-Palazz ta’ Selmun?
Response (BORG, IAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jitlob l-informazzjoni meħtiega lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-parti mit-triq fil-fażi ta’ kostruzzjoni, kontinwazzjoni ta’ Triq Baħar iċ-Ċagħaq, kantuniera ma’ Triq San Ġwann l-Evanġelista, Baħar iċ-Ċagħaq (ritratt qed jingħata separatament) hijiex koperta bil-permess tal-iżvilupp meħtieġ? Jekk dan hu l-każ, jista’ jara li l-bini tat-triq qed isir bil-prekawzjonijiet kollha meħtieġa għas-saħħa u s-sigurtà tar-residenti biex ma jsirux aktar inċidenti kif diġà saru u anke wara r-rappreżentazzjonijiet mill-Kunsill tan-Naxxar u r-residenti infushom?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li mill-informazzjoni miġbura minn Infrastructure Malta, ix-xogħol li qed isir f’din il-lokalita’ hija waħda privata. Informazzjoni rigward permessi ta’ żvilupp u prekawzjonijiet meħtiega, għandhom jiġu rriferuti lill-Ministeri kkonċernati.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-Gvern ma jridx jikkonsulta ma' dawk kollha affettwati mill-proġett maġġuri propost fil-Pjazza tal-Imsida billi mhux se jsirlu EIA (Environmental Impact Assessment)? X’inhir-raġuni li għalkemm l-EIA huwa studju li jevalwa l-effetti kemm ambjentali kif ukoll soċjali tal-proġett ta’ dan it-tip, għalkemm skont l-Ewwel Skeda tal-Liġi Sussidjarja 549.46 jeħtieġ mhux biss EIA imma anke konsultazzjoni pubblika mar-residenti tal-inħawi, dawn mhux ser isiru?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninsab infurmat li, skont il-Leġislazzjoni Sussidjarja 549.46, l-iżvilupp li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant jaqa’ fl-ambitu tal-Kategorija II tal-Ewwel Skeda tar-Regolamenti dwar il-Valutazzjoni tal-Impatti Ambjentali (EIA), u mhux taħt il-Kategorija I li tesiġi valutazzjoni tal-impatti ambjentali b’mod awtomatiku. Il-proġetti fil-Kategorija II huma suġġetti għal analiżi (screening) mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) sabiex ikun deċiż jekk humiex meħtieġa aktar studji ambjentali. Tajjeb wieħed jiċċara wkoll li l-impatti koperti mill-EIA huma dawk ambjentali u mhux soċjali.
F’dan il-kuntest jirriżulta li, wara li analizzat il-proposti kif mitluba fl-applikazzjonijiet PA 02053/20 u PA 06425/20, l-ERA dehrilha li għall-iżvilupp imsemmi m’hemmx ħtieġa ta’ valutazzjoni aktar dettaljata tal-impatti ambjentali u dan sakemm jittieħdu miżuri biex jittaffa l-impatt b’rabta ma’ diversi aspetti, fosthom il-qlugħ ta’ siġar, il-kwalità tal-arja, it-teħid marġinali ta’ art agrikola, il-ħtieġa ta’ ammont limitat ta’ reklamazzjoni tal-art max-xatt u l-impatt viżiv tal-istrutturi proposti. Uħud minn dawn il-mizuri għandhom ikunu integrati fid-disinn tal-proġett filwaqt li oħrajn jistgħu jiġu indirizzati bħala dettalji supplimentari fil-permess.
Bħala ministru, se nkun qed naċċerta li nkomplu nesploraw flimkien mal-applikant bidliet potenzjali li jagħtu lill-familji spazji miftuħa u ta’ rikrejazzjoni fiż-żona.
Sadanittant fir-rigward ta’ kwalunkwe proċess ieħor ta’ konsultazzjoni pubblika nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex iressaq il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri qed jittieħdu fuq il-karozzi tal-linja biex ikunu segwiti l-istruzzjonijiet maħruġa mis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika? X’infurzar qed isir u minn min? Kemm-il multa ħarġet minn meta faqqgħet il-pandemija tal-COVID-19 f’pajjiżna, u ċjoè Marzu tal-2020, u għal kemm kienu jammontaw globalment dawn il-multi?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li s-sezzjoni ta l-Infurzar fi ħdan Transport Malta fl-2020 kienet ta’ kuljum tagħmel spezzjonijiet fuq vetturi ta’ trasport pubbliku (tal-linja), bus shelters/stages kif ukoll fil-Vendi. Dawn l-ispezzjonijiet kienu l-iktar jiġu mwettqa mis-sezzjoni tal-muturi fi ħdan l-Awtorita'.
L-għan ewlieni ta’ dawn l-ispezzjonijiet kien li jintlibsu il-maskli, li tinzamm id-distanza soċjali u li ma jkunx hemm iffular żejjed fuq il-vetturi. Transport Malta iktar min darba infurmat lil pubbliku dwar dawn l-ispezzjonijiet permezz tal-medja soċjali.
Fl-2020, Transport Malta ħarġet total ta’ 468 ċitazzjoni f’dan ir-rigward, pero ma tistax tindika l-valur monetarju li ġie ġġenerat għal fatt li mhix l-Awtorita' kompetenti biex jinġabru dawn il-flus.
Fl-2021, ġie deċiż li r-responsabbilta' għall-spezzjonijiet fuq vetturi ta’ trasport pubbliku għandhom isiru mil-LESA, filwaqt li Transport Malta tieħu r-responsabbilta' għall-spezzjonijiet f’zoni pubbliċi miftuħa bħal family parks u attivitajiet tal-massa.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi raġuni li l-Awtorità responsabbli mit-Trasport f’pajjiżna, għadha qed tħalli li jirkbu passiġġiera bil-wieqfa f’karozzi tal-linja, aktar u aktar meta n-numru ta’ dawk li ħadu l-virus tal-COVID-19 f’dawn l-aħħar ġimgħat żdied għal rata allarmanti? Jista’ jgħid jekk jistax iserraħ ras dawk kollha li jużaw it-trasport pubbliku li dan is-servizz huwa safe u li jkunu jistgħu jużaw dan is-servizz b’rashom mistrieħa li ma jistgħux jieħdu l-virus tal-COVID-19 speċjalament minħabba l-iffullar fil-karozzi tal-linja?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li mill-bidu tal-pandemija ittieħdu diversi miżuri fir-rigward tat-trasport pubbliku sabiex tiġi minimizzata l-possibilta’ li tali pandemija tiġi trasmessa meta wieħed juża s-servizz tat-trasport pubbliku. Dawn il-miżuri ttieħdu wara li kien hemm konsultazzjoni ma’ l-Awtoritajiet tas-Saħħa Pubblika. Dawn il-miżuri jinkludu:
· Fumigar tal-karozzi tal-linja kollha li jkunu ntuzaw matul il-ġurnata. Dan huwa ezerċizzju li jsir ta’ kulljum matul il-lejl. Insemmi li minn Marzu tas-sena l-oħra sa l-aħħar ta’ Frar ta’ din is-sena saru ‘l fuq minn mitt elf intervent ta dan it-tip fuq il-karozzi tal-linja,
· Qiegħed isir tindif iktar frekwenti tal-karozzi tal-linja matul il-ġurnata,
· Twaħħil ta’
Perspex
mal-kabina tax-xufier li b’hekk jissegregaw ix-xufier mill-passiġġier,
· Tnaqqis ta’ passiġġiera li jitgħabbew bil-wieqfa u tpoġġija ta’
Stickers
ma’ l-art tal-karozza tal-linja sabiex jindikaw lill-passiġġiera fejn għandhom joqgħodu bil-wieqfa,
· Ma tingħatax bqija meta wieħed iħallas bil-flus kontanti minflok it-Tallinja
Card
,
· Tibdil ta’
filters
ta’ l-arja kundizzjoniata abbord il-karozzi tal-linja liema
filters
jgħinu jnaqqsu il-possibbilta’ li tinxtered din l-infezzjoni,
· Spezzjonijiet għal għarrieda abbord karozzi tal-linja sabiex jizguraw l-ilbies tal-maskra,
· L-operatur tat-trasport pubbliku stazjona
Inspectors
f’
bus stops
li huma l-aktar uzati sabiex meta jiġi nnotat li is-servizz ma jkunx sejjer ilaħħaq mad-domanda isiru vjaġġi addizjonali ,
· Twaħħlu
stickers
kemm fuq il-karozzi tal-linja kif ukoll fuq il-
bus stops
sabiex javvzaw lill-passiggiera sabiex tintlibes il-maskra.