Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien in-numru ta’ suwiċidji maqsuma separatament għal kull sena fl-2018, fl-2019 u fl-2020? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm suwiċidji mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-aħħar ta' Frar 2021?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi skont ir-Reġistru Nazzjonali tal-Imwiet fl-2018 kien hemm 22 persuna li kienet residenti f’Malta u Għawdex li mietet kawża ta’ suwiċidju filwaqt li fl-2019 kien hemm 23. L-informazzjoni għas-sena 2020 għadha qed tiġi vverifikata.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien in-numru ta' mwiet minn problemi relatati ma’ mard fil-qalb, maqsuma separatament għal kull sena fl-2018, fl-2019, u fl-2020?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi skont ir-Reġistru Nazzjonali tal-Imwiet fl-2018 kien hemm 925 persuna li kienet residenti f’Malta u Għawdex li mietet kawża ta’ problemi relatati minn mard fil-qalb filwaqt li fl-2019 kien hemm 972. L-informazzjoni għas-sena 2020 għadha qed tiġi vverifikata.
Jista’ l-Ministru jikkonferma li Jobsplus hija konxja li l-obbligu legali fuq min iħaddem u li joħroġ mill-Employment Relations Act huwa li l-employer ma jistax inaqqas xejn mill-paga dovuta lil ħaddiem/impjegat?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jikkonferma li Jobsplus hija konxja li skont kif joħroġ mit-Temporary Agency Workers Regulations huwa illegali li temporary agency titlob ħlas mill-paga dovuta lil temporary agency worker?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il darba ltaqa’ l-Bord tal-Koperattivi kull sena, sena b’sena, mill-2013 sal-lum?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt;
Sena
Numru ta’ drabi li l-Bord ltaqa’
2013
13
2014
13
2015
8
2016
8
2017
6
2018
10
2019
7
2020
7
2021
2
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il tilwima industrijali ġiet reġistrata u minn min, għal kull sena, mill-2013 sal-lum sena b’sena? Jista’ jgħid kull tilwima meta ngħalqet?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17827 u jgħid kemm hemm persuni li jieħdu s-sussidju tal-kera?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninsab infurmat illi sal-aħħar ta’ Frar 2021, il-persuni li qed jieħdu s-sussidju tal-kera huwa kif jidher hawn taħt:-
Skema RSS
251
Skema PRS
429
Skeam HBS
2,237
Ta’ min isemmi li fl-2019 l-Awtorità tad-Djar varat skema ġdida fejn il-benefiċċju tal-kera ġie miżjud biex jirrifletti ż-żieda fil-kera. Minn massimu ta’ benefiċċju ta’ €2,000 taħt l-iskema tal-2017, taħt l-iskema l-ġdida l-massimu issa jlaħħaq għal €5,000.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 17919 u 15731 u 17581 u ċjoè: Skont dak li ġie rappurtat f’paġna 7 tar-Rapport Annwali tal-Awtorità tad-Djar 2019, fejn inqatgħu ftit inqas minn 500 applikant mil-lista ta’ stennija għall-post ta’ housing, jista’ l-Ministru jgħid mil-liema kategorija ġejjin dawn l-applikanti, kategorija b’kategorija? Fuq liema kriterju tnaqqsu dawn l-applikanti? Dawn ma kellhomx bżonn alternattiv?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi matul l-2019 kien hemm 105 applikant li ngħataw akkomodazzjoni soċjali. Applikanti oħra ma baqgħux fuq il-waiting list minħabba li l-qagħda finanzjarja tagħhom tjiebet u għalhekk sabu akkomodazzjoni alternattiva jew m’għadhomx eleġibbli għall-akkomodazzjoni soċjali.
Kien hemm ukoll applikanti li m’għadhomx interessati għaliex bdew jibbenefikaw mill-benefiċċju tal-kera ogħla li ġie mniedi proprju fl-2019 u applikanti li l-applikazzjoni tagħhom m’għadhiex aktar konformi mal-kundizzjonijiet u kriterji ta’ akkomodazzjoni alternattiva.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — safar, fuel u hospitality - nefqa
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 17915, 15755, 16332 u 12264 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12089, jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali għas-safar, fuel u hospitality f'kull Dipartiment, uffiċċju, Awtorità u entitajiet oħra kwalunkwe li jaqgħu taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, minn Jannar 2019 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din id-domanda?
Response (ABELA, ROBERT)
Qed inpoġġi t-tagħrif mitlub fuq l-Mejda tal-Kamra.Dan it-tagħrif huwa kemm kienet in-nefqa għas-safar, fuel u hospitality fid- Dipartimenti, uffiċċji u entitajiet oħra kwalunkwe fid-dekasteru tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Kumpaniji tal-farmaċewtika ġodda li għandhom liċenzja biex joperaw minn Malta
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18054 u jgħid kemm-il kumpanija ġdida tal-farmaċewtika għandha l-liċenzja biex topera minn Malta mill-2017 sal-lum?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi skont l-Att dwar il-Mediċini, mill-2017 l-Awtorità tal-Liċenzji ħarġet 8 Awtorizzazzjonijiet ta’ Manifattura u Importazzjoni ġodda għal kumpaniji farmaċewtiċi
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 18063 u jgħid kemm huwa n-numru ta' housing estates f'Malta u Għawdex u f'liema sena nbena kull estate? Kemm huwa n-numru ta' units f'kull housing estate? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn il-units huma b' kera u kemm huma proprjetà tas-sidien li jgħixu fihom, maqsuma housing estate b'housing estate
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, grazzi għall-ħidma ta’ Gvernijiet Laburisti, fil-pajjiż hawn 1167 blokka tal-Gvern. Għall-bqija tat-talba eżawrenti tiegħu, nitolbu jkun iżjed speċifiku.
Rabat, Ħaż-Żebbuġ, Ħad-Dingli, Imtarfa u Imġarr – parkeġġ għall-persuni b’diżabilità
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18304 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk hemmx pjan li jiżdied il-parkeġġ għall-persuni b’diżabilità ġewwa r-Rabat, Ħaż-Żebbuġ, Ħad-Dingli, l-Imtarfa u l-Imġarr?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onoevoli Interpellant li Transport Malta tipproċessa applikazzjonijet għal parkeġġi riservati għall-persuni b’diżabilita’ li jaslu għandha mingħand individwi jew mingħand il-Kunsilli Lokali.
Ninsab infurmat li qabel ma timplimenta l-applikazzjoni, Transport Malta tikkoordina l-applikazzjoni mal-Kunsilli Lokali u mal-Kummissjoni għad-drittijiet ta’ persuni b’diżabilita’.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il divorzju ta’ konjuġi ġie reġistrat mal-Identity Malta sa mis-sena 2013 u jgħid kemm-il waħda minn dawk il-koppji huma ta’ nazzjonalità barranija (it-tnejn li huma jew waħda mill-konjuġi)?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li mill-2013 kien hemm 3,279 divorzju rreġistrat mal-Aġenzija Identity Malta. Infurmat wkoll li s-sentenza tad-divorzju ma jkunx fiha informazzjoni fuq in-nazzjonalità tal-persuni divorzjati.
Jista' l-Ministru jagħti r-riżultat tal-carne de chasse għas-sena 2020? Jekk dan ir-rapport għadu mhux lest, jista' jgħid kemm-il kaċċatur ipparteċipa fil-carne de chasse fil-perjodu tal-kaċċa għal ħarifa u kemm-il summiena ġiet dikjarata maqbuda?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rapport li jelenka kemm ġew maqbuda għasafar waqt il-kaċċa u l-insib fl-2020, huwa disponibbli mis-sit elettroniku tat-Taqsima tar-Regolamentazzjoni għall-Għasafar Selvaġġi (WBRU).
Jista' l-Ministru jgħid jekk intużawx fondi tal-Ministeru jew fondi pubbliċi oħra għall-pubblikazzjoni li ġiet imqassma fid-djar f'dawn l-aħħar jiem bit-titolu "L-Ekonomija Sena ta' Ħidma, ekonomija ta' ġid għal kulħadd" "Silvio Schembri Qrib Tiegħek Dejjem", u fil-każ jgħid kemm ġiet tiswa?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif hemm miktub fuq l-istess pubblikazzjoni, din ma gietx imhallsa minn fondi pubblici.
Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar — konsulenti maħtura
Question
B'referenza għar-risposta li ta għall-mistoqsija parlamentari 18923, jista’ l-Ministru jgħid min huma l-konsulenti u advisors li saret referenza għalihom?
Response (FARRUGIA, AARON)
B’referenza għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari 18923, ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-konsulent (1) full-time u t-tliet (3) konsulenti part-time li ma baqgħux ingaġġati mal-Ministeru huma s-Sur Cyrus Engerer, id-Dott. Paul Cachia, id-Dott. Stephanie Fabri u s-Sur Robert Sarsero. Iż-żewġ (2) konsulenti full-time li ġew ingaġġati minflokhom huma s-Sa Alexia Georgakopoulos u s-Sa Rebecca Bartolo Cutajar. Fl-aħħar xahar, l-Avukat Christian Bonnet ġie ngaġġat ukoll bħala konsulent full-time. Fir-rigward tal-konsulent li ġie jaqa’ taħt dan il-Ministeru b’riżultat tal-bidla fil-portafolli ministerjali, inirreferi lill-Onorevoli interpellanta għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari 107 (written). Sadanittant, fit-Taqsima tal-Istrateġija u l-Prioritajiet tas-Segretarjat Parlamentari, ġew ingaġġati wkoll żewġ konsulenti part-time, li huma l-Perit Graham Attard u l-Avukat Emanuel Bezzina. Fl-aħħarnett iż-żewġ Advisors full-time li għamilt referenza għalihom fit-tweġiba tiegħi huma s-Sur Paul Mifsud u l-Perit Martin Debono.
Ministeru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal – konsulenti maħtura
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il konsulent ġie maħtur sabiex jagħti servizzi lill-Ministeru jew lil xi entità li taqa' taħt il-Ministeru tiegħu, mill-1 ta' Jannar 2019 sal-lum? Jista' jgħid min huma dawk il-konsulenti, x'tip ta' servizzi jagħtu, lil liema entità jingħataw is-servizzi, liema ħlas sar lil dak il-konsulent s'issa u kemm huwa l-valur ta' dak il-ħlas?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi għat-tweġiba li diġa’ tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 19217.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il konsulent ġie maħtur sabiex jagħti servizzi lill-Ministeru jew lil xi entità li taqa' taħt il-Ministeru tiegħu, mill-1 ta' Jannar 2019 sal-lum? Jista' jgħid min huma dawk il-konsulenti, x'tip ta' servizzi jagħtu, lil liema entità jingħataw is-servizzi, liema ħlas sar lil dak il-konsulent s'issa u kemm huwa l-valur ta' dak il-ħlas?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 19216.