Ministeru għal Għawdex – Post ta’ Manager Security Services
Question
B'referenza għas-sejħa li ħarġet internament f’dawn l-aħħar ġimgħat mill-Ministeru għal Għawdex għal 'Post of Manager Security Services', jista’ l-Ministru jgħid fil-ġimgħat li ġejjin skont il-Capacity Building (HR Plan) approvat għas-sena 2021, kemm hemm ippjanati li jingħataw promozzjonijiet internament mal-Ministeru għal Għawdex għal din is-sejħa u jgħid f’liema direttorat fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex ħa jaqdu d-dover tagħhom?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Capacity Building tal-Ministeru għal Għawdex jinbidel minn żmien għal żmien, skont l-esiġenzi tas-servizz.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17635 u jgħid xahar b'xahar minn meta ġiet inawgurata d-dry standing area ġewwa x-Xlendi, kemm kien hemm ħaddiema u xi grad huma mqabbdin mill-Ministeru għal Għawdex biex jaħdmu fiha?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għall-mistoqsija parlamentari numru 17635.
Triq li minn Ħaż-Żabbar twassal għal Marsaskala – xogħol
Question
Tista’ l-Ministru tgħid meta ser jitlesta x-xogħol ta’ servizzi infrastrutturali fit-triq li minn Ħaż-Żabbar twassal għal Marsaskala peress li ilu kważi 3 xhur wieqaf? X’inhi r-raġuni li dan ix-xogħol waqaf b’riskju kbir għal kull min juża din it-triq permess ta’ vettura jew bil-mixi?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett indikat huwa ppjanat li jitlesta matul it-tielet (3) kwart ta’ din is-sena. Il-proġett indikat esperjenza waqfien relatat ma’ dewmien fil-wasla tal-materjal. Ix-xogħol ser jitkompla fil-jiem li ġejjin.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li l-bus shelter li tinsab fit-terminus tal-Università tinsab f’telqa sħiħa b’periku għas-saħħa ta’ kull min jipprova jużaha? Min hu responsabbli għaż-żamma fi stat tajjeb u nadif ta’ din il-bus shelter? X’inhi r-raġuni għal din it-telqa sħiħa?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Awtorita’ tat-Trasport li minn site visit li saret f’10 ta’ Marzu 2021 irriżulta li ż-żona ta’ dan l-interchange kienet fi stat nadif. Jirriżulta wkoll li ma kienx hemm periklu għas-saħħa tal-passiġġiera. Fl-istess spezzjoni ġew innotati xi nuqqasijiet li ġew jew qedgħin jiġu ndirizzati.
Rotot li ma sarux mill-operatur tas-servizz tat-trasport pubbliku
Question
Jista’ l-Ministru jgħid, venda b’venda, rotta b’rotta u ġurnata b’ġurnata, liema kienu dawk ir-rotot li ma sarux mill-operatur tas-servizz tat-trasport pubbliku mill-bidu tas-sena 2021 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Kemm ġie mmultat l-operatur tat-trasport pubbliku meta naqas li jagħmel dawn ir-rotot u ħalla l-passiġġieri jistennew fuq li stages għalxejn? B’kemm flus ġie mnaqqas is-sussidju li l-operatur jieħu kull sena għal dawn in-nuqqasijiet?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li li f’Jannar 2021 il-persentaġġ imkejjel ta’ affidabilita’ tar-rotot kollha kien ta’ 99.6% filwaqt li dak ta’ Frar 2021 kien ta’ 99.38%. Il-figuri li jirrigwardjaw Marzu 2021 qedgħin jiġu miġbura.
L-informazzjoni li qegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra turi l-ammont ta’ vjaġġi skedati, n-numru ta’ vjaġġi li saru kif ukoll il-persentaġġ ta’ affidabilita’ ta’ kull rotta għal Jannar u Frar 2021.
F’dawn ix-xaharejn l’ebda rotta ma’ laħqet il-kwota ta’ vjaġġi neqsin skond il-kuntratt li jikkwalifikawhom sabiex tinħareg penali fuqhom.
Operatur tas-servizz tat-trasport pubbliku – multi għal diversi nuqqasijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid, xahar b’xahar, kemm weħel multi l-operatur tas-servizz tat-trasport pubbliku għal diversi nuqqasijiet fil-provvista tas-servizz, minn Jannar 2018 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Kemm minn dawn il-multi tħallsu u kemm minnhom għadhom pendenti?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17262 u 18900 u jgħid kemm kienet in-nefqa taħt kull item of expenditure għas-sena 2020 sew kapitali kif ukoll rikorrenti tal-Ministeru tiegħu? Kemm hu l-ammont kommess għan-nefqa taħt kull item u li s'issa għadu ma tħallasx? Saru xi trasferimenti ta' fondi minn item għal ieħor u jekk iva kemm kien dan l-ammont?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li tlabt sabiex dan it-tagħrif jinġabar.
Għarb – Triq Franġisk Portelli – tieni kisja ta’ tarmak
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta se ssir it-tieni kisja ta' tarmak fi Triq Franġisk Portelli fl-Għarb, Għawdex peress li qabel is-sajf u eżattament f’Mejju 2016 il-Ministru għal Għawdex ta' dak iż-żmien kien wieġeb il-mistoqsija parlamentari 25805 u qal li dan kien se jsir fil-futur qarib u issa diġà għaddew kważi 4 snin minn dik id-data u dan ix-xogħol baqa' ma sarx? Jista’ jgħid x'inhu jżomm il-Ministeru għal Għawdex milli jagħti t-tieni kisja tarmak lil din it-triq?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru se jibqa’ għaddej bil-ħidma infrastrutturali bla preċedent sabiex itejjeb it-toroq arterjali, residenzjali u rurali madwar Għawdex.
Skejjel sekondarji medji tal-knisja u indipendenti – tfal bi bżonnijiet edukattivi individwali
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm tfal bi bżonnijiet edukattivi individwali (speċjali) fl-Iskejjel Sekondarji Medji tal-Knisja u Indipendenti (jiġifieri Years 7 u Years 8), skola skola u sena b’sena? Tista’ tagħti din l-informazzjoni għal kull skola individwali?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif muri fit-tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru tispeċifika kemm għandna studenti fi Skejjel tal-Istat li qegħdin Year 11 li għandhom bżonnijiet edukattivi individwali u kemm minnhom għandhom LSE? Tista’ wkoll tispeċifika jekk dawk l-istudenti li għandhom LSE humiex ser jibqgħu jingħatalhom servizz ta’ LSE, jekk dawn jibqgħu bżonnu, u jekk inqatagħlhom is-servizz, x’kienu r-raġunijiet? Tista’ tgħid jekk hemmx pjan li s-servizz ta’ LSEs lil studenti bi bżonnijiet individwali fil-Year 11 jispiċċa?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninsab infurmata li hemm mija u ħdax (111)-il student bi bżonnijiet edukattivi individwali fil-klassijiet Year 11 li għandhom is-sapport ta’ LSE. Dan is-servizz jibqa' jingħata sakemm l-istudent jibqa' jattendi l-iskola. M’hemm l-ebda pjan li dan is-servizz jispiċċa.
Persuni li naqsu li jdaħħlu dikjarazzjoni tat-taxxa tad-dħul
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta’ persuni li bejn l-2010 u l-2020 naqsu milli jdaħħlu d-dikjarazzjoni tat-taxxa tad-dħul kif kien dovut minnhom? Minn dan l-ammont ta’ persuni li naqsu milli jiddikjaraw it-taxxa, jista’ l-Ministru jagħti stima ta’ kemm kien l-ammont globali ta’ taxxa li ma kenitx iddikjarata sena b’sena, għas-snin iċċitati aktar ‘il fuq? (2010-2020)
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Persuni li kisru l-liġi dwar it-taxxa tad-dħul – passi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid, kemm kien in-numru ta’ persuni li peress li kisru l-liġi dwar it-taxxa tad-dħul ittieħdu passi kontra tagħhom sena b’sena għas-snin 2010-2020? Jista’ jindika wkoll x’kienu l-passi li ttieħdu?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Dħul tat-taxxa skont il-liġi tat-taxxa tad-dħul — investigazzjoni
Question
Meta jkun hemm persuna li tonqos milli tiddikjara d-dħul tagħha skont l-liġi tat-taxxa tad-dħul, jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ investigazzjoni jagħmel id-Dipartiment? U jekk sussegwentement jirriżulta li tkun saret dikjarazzjoni falza, x’setgħa għandu l-Kummissarju tat-Taxxi Interni u jew il-Pulizija biex jittieħdu passi kontra individwi li jonqsu milli jottempraw ruħhom mal-liġi?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi meta persuna tonqos milli tiddikjara d-dħul kollu tagħha għall-finijiet ta’ Taxxa fuq id-Dħul, id-Direttorat tal-Osservanza u Investigazzjonijiet fi ħdan l-Uffiċċju tal-Kummissarju tat-Taxxi jista’ jagħmel tliet tipi ta’ investigazzjoni. It-tip ta’ investigazzjoni tvarja skont il-gravità ta’ kull każ, jiġifieri jew isir Limited Scope Audit / Aspect Audit, inkella jekk il-ka¿ ikun jirrigwarda riskju għoli ta’ telf ta’ taxxa, issir a fully fledged investigation.
Il-Kummissarju tat-Taxxi għandu wkoll il-poter li jitlob lill-Pulizija sabiex tinvestiga u tressaq ka¿i ta’ eva¿joni ta’ taxxa quddiem il-Qorti.
Madankollu, persuna tista’ minn jeddha titlob li taġġusta d-dikjarazzjoni tagħha dwar dħul għall-finijiet ta’ taxxa qabel kwalunkwe investigazzjoni, u b’hekk tirrendi ruħha suġġetta għal multi u interessi, fejn dawn ikunu applikabbli.
Ksur fil-liġi tal-VAT – persuni li spiċċaw il-ħabs
Question
Billi taħt l-amministrazzjoni preċedenti persuni li kienu jiksru l-liġi tal-VAT kienu jiffaċċjaw piena karċerarja, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li spiċċaw il-ħabs bejn l-1995 u 2013 minħabba ksur fil-liġi tal-VAT?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li għall-perjodu ndikat minnu, persuna waħda rċeviet sentenza ta’ ħabs mill-Qorti tal-Maġistrati għal ksur fil-liġi tal-VAT, liema sentenza kienet konfermata fl-appell.
L-Uffiċċju tal-Kummissarju tat-Taxxi ma jirċevix informazzjoni mill-Qorti dwar il-proċess ta’ multi mhux imħallsa li jkunu konvertiti f’piena ta’ ħabs.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li skontaw is-sentenza ta’ ħabs li kienu qegħdin jiskontaw xahar b’xahar fis-sena 2020?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma l-Onor interpellant li t-tabella ta’ hawn taħt turi l-kwantita ta’ persuni li skontaw is-sentenza ta’ ħabs li kienu qegħdin jiskontaw xahar b’xahar fis-sena 2020:
2020
JAN
61
FRA
40
MAR
57
APR
66
MEJ
43
GUN
47
LUL
70
AWW
22
SETT
41
OTT
56
NOV
57
DIC
77
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet għal parole fis-sena 2020 xahar b’xahar minn Jannar sa Diċembru?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-applikazzjonijiet għall-Parole fis-sena 2020 xahar b’xahar minn Jannar sa Diċembru kienu kif ġej:
F’Jannar, 2020: Saru seba’ (7) applikazzjonijiet għall-Parole
Fi Frar, 2020: Saru seba’ (7) applikazzjonijiet għall-Parole
F’Marzu, 2020: Saru tmien (8) applikazzjonijiet għall-Parole
F’April, 2020: Saru ħames (5) applikazzjonijiet għall-Parole
F’Mejju, 2020: Saru ħames (5) applikazzjonijiet għall-Parole
F’Ġunju, 2020: Saru erba’ (4) applikazzjonijiet għall-Parole
F’Lulju, 2020: Saru tmien (8) applikazzjonijet għall-Parole
F’Awwissu, 2020: Saru sitt (6) applikazzjonijiet għall-Parole
F’Settembru, 2020: Saru seba’ (7) applikazzjonijiet għall-Parole
F’Ottubru, 2020: Saru seba’ (7) applikazzjonijiet għall-Parole
F’Novembru, 2020: Saru erba’ (4) applikazzjonijiet għall-Parole
F’Diċembru, 2020: Saru ħames (5) applikazzjonijiet għall-Parole
Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra jekk l-istudji b’rabta mal-ħsarat tal-Kappella tal-Lunzjata maġenb is-Salib tal-Għolja tlestewx, u meta beħsiebu jibda l-intervent fuq is-sit? Jista’ jgħid ukoll meta beħsiebu jerġa jinfetaħ l-aċċess għas-Salib tal-Għolja?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Niforma lill-Onor. Interpellant, illi ninsab infurmat mid-Direttorat tar-Restawr, li l-investigazzjonijiet geoloġici li ngħatat spjegazzjoni dwarhom fit-tweġibiet għall-Mistoqsijiet Parlamentari Nru. 12385 u Nru. 15363, bħala parti mill-proċess li eventwalment ser iwassal għar-restawr tal-Kappella tal-Lunzjata, issa twettqu. Dawn l-investigazzjoniojiet għandhom l-għan li jiġu mifhuma aħjar il-movimenti ġeoloġiċi li qed iseħħu tul l-għolja u li ma¿-¿mien ikkaw¿aw ħsarat kbar fl-istruttura tal-Kappella tal-Lunzjata.
Fil-pre¿ent bdew jitlestew testijiet tal-laboratorju li jistgħu isiru lokalment, u issa qed jitkompla l-proċess fejn uħud mill-kampjuni jintbagħtu l-Italja għal testijiet oħra speċjalizzati. Ġew installati ukoll is-sit sistemi ta’ moniteraġġ (e¿.: inclinometers) u qed jiġu studjati varjazzjonijiet u movimenti ġeoloġiċi fuq medda ta’ ¿mien. Il-fa¿i investigattiva hi mistennija li tieħu medda ta’ sena fl-intier tagħha. Dan eventwalment iwassal biex jiġi mfassal pjan għall-konsolidazzjoni ġeoteknika tas-sit u eventwalment jiġi mfassal ukoll pjan għar-restawr tal-Kappella tal-Lunzjata.
Fil-pre¿ent qed isiru wkoll is-surveys arkitettoniċi li ser iwasslu biex kmieni s-sena d-dieħla, la darba l-fa¿i investigattiva tkun magħluqa, issir is-sottomissjoni meħtieġa għall-permessi tal-Awtorita’ tal-Ippjanar.
Jista’ l-Prim Ministru jispjega lill-Parlament x’inhi r-raġuni li Malta mhix inkluża mal-lista ta’ pajjiżi benefiċċjarji tas-somma ta’ kważi €530,000,000 imħabbrin mill-Kummissjoni Ewropea taħt l-EU Solidarity Fund il-ġimgħa li għaddiet?
Response (ABELA, ROBERT)
Meta faqqgħet l-imxija tal-COVID-19 l-għan tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (EUSF) ġie estiż biex jinkludi wkoll emerġenzi maġġuri tas-saħħa pubblika. It- termini t’eliġibilta ta’ dan il-Fond kien marbut b’kundizjonijiet li jinkludu livell minimu ta ’nefqa pubblika relatata mal-emerġenza, li fil-każ ta’ Malta kien stabbilit għal 0.3% tal-GNI li jfisser nefqa minima ta’ ftit aktar minn €34 miljun. Pero, din l-ispiża eliġibli trid tkun saret sa mhux aktar minn 4 xhur qabel minn mindu tkun dahlet l-ewwel mizura fil-pajjiż biex tindirizza l-emerġenza tas-saħħa pubblika.
Jien infurmat li minn valutazzjoni li saret għall-perjodu ta’ żmien applikabbli, il-limiti stabiliti tal-EUSF ma ntlaħaqux u għalhekk ma kienx possibli ssir applikazzjoni taħt l-EUSF.
Għawdex — żvilupp massiċ – dikjarazzjoni mis-sindki Għawdxin
Question
Jista’ l-Ministru jispjega lill-Parlament x’azzjoni beħsiebu jieħu biex jindirizza d-dikjarazzjoni unanima li għamlu s-Sindki Għawdxin ftit tal-jiem ilu dwar l-iżvilupp massiċċ li kien għaddej f’Għawdex fl-aħħar snin u li għadu għaddej?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li diġà sar kuntatt mar-Reġjun ta’ Għawdex sabiex fil-jiem li ġejjin tkun tista’ ssir laqgħa mas-Sindki rispettivi. Bħala Gvern dejjem lesti li nisimgħu sabiex insibu l-aħjar toroq ‘l quddiem f’qafas ta’ rispett lejn l-obbligi u drittijiet li joħorġu mill-liġi. Filwaqt li numru ta’ riformi li implimentajna huma xhieda tal-impenn tagħna, issa li qed infasslu SPED ġdid huwa iż-żmien opportun biex kulħadd jati kontribut għal dan il-proċess. Sadanittant, nistieden ukoll lill-Onorevoli Interpellant biex f’isem l-Oppożizzjoni jippreżenta wkoll il-miżuri li qed jipproponi. Sal-lum, dawn ma waslux.