Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #19100 Sitting 443 2021-03-22 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika: Rapport dwar il-Qasam tas-Saħħa Mentali

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar rapport tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika dwar il-qasam tas-saħħa mentali?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant biex jispeċifika aktar dettalji dwar ir-rapport li qed jirreferi għalih, sabiex l-NSO ikun jista’ jistabbilixxi min hu s-sid tat-tali rapport. Il-probabbiltà hija li rapport bħal dan ikun proprjetà tal-Ministeru għas-Saħħa, jew tad-Department of Health Information and Research fi ħdan dan il-ministeru, jew inkella xi entità oħra. Għaldaqstant rikjesti dwar id-disponibbiltà tar-rapport għandhom ikunu indirizzati lil dawn l-entitajiet.
Leg 13 PQ #19101 Sitting 443 2021-03-22 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Illitteriżmu

Question

Tista’ l-Ministru tindika l-pjan tal-Gvern dwar il-problema tal-illitteriżmu fit-tfal Maltin? Kemm kien in-numru ta’ tfal li ħarġu mill-iskola illitterati f’dawn l-aħħar tliet snin?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Gvern qed jimxi fuq l-Istrateġija Nazzjonali tal-Litteriżmu għal Kulħadd f’Malta u Għawdex li bdiet tiġi implimentata fl-2014. Fejn jidħol il-livell ta' illitteriżmu, skont l-aħħar rapport tal-PISA (2018), il-persentaġġ ta' studenti li laħqu l-aktar livell baxx, dak ta' 1ċ, kien ta' 4.8%.

Sentenzi mogħtija minħabba l-Assenteiżmu

Question

B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 11140, jista’ l-Ministru jgħid x’sentenzi ingħataw lil dawk l-1283 ġenitur li ma bagħtux lil uliedhom l-iskola mingħajr raġuni valida?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel it-tweġiba lill-Ministru kkonċernat.

Separazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jindika kemm kien hemm każijiet ta’ separazzjonijiet li seħħew fis-sena 2019 u s-sena l-oħra?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninsab infurmat li fil-Qorti ta’ Malta kien hemm 1182 każ ta’ separazzjoni personali li seħħew fis-sena 2019 filwaqt li 1143 każ ta’ separazzjoni li seħħew fis-sena 2020. Fil-Qorti ta’ Għawdex kien hemm 69 każ ta’ separazzjoni personali li seħħew fis-sena 2019 filwaqt li 58 każ ta’ separazzjoni li seħħew fis-sena 2020.
Leg 13 PQ #19105 Sitting 443 2021-03-22 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — ħaddiema b’diżabilità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni b’diżabilità jaħdmu fil-Ministeru, jew entità li taqa’ taħtu?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. interpellant li l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu ma jżommux informazzjoni tal-impjegati tagħhom skont jekk għandhomx diżabilità

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali – konsulenti maħtura

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il konsulent ġie maħtur sabiex jagħti servizzi lill-Ministeru jew lil xi entità li taqa' taħt il-Ministeru tiegħu, mill-1 ta' Jannar 2019 sal-lum? Jista' jgħid min huma dawk il-konsulenti, x'tip ta' servizzi jagħtu, lil liema entità jingħataw is-servizzi, liema ħlas sar lil dak il-konsulent s'issa u kemm huwa l-valur ta' dak il-ħlas?

Response (BORG, IAN)

Ninforma l-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 19215 f’Seduta 430.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali – konsulenti maħtura

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il konsulent ġie maħtur sabiex jagħti servizzi lill-Ministeru jew lil xi entità li taqa' taħt il-Ministeru tiegħu, mill-1 ta' Jannar 2019 sal-lum? Jista' jgħid min huma dawk il-konsulenti, x'tip ta' servizzi jagħtu, lil liema entità jingħataw is-servizzi, liema ħlas sar lil dak il-konsulent s'issa u kemm huwa l-valur ta' dak il-ħlas?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tirreferi għat-tweġiba għal Mistoqsija Parlamentari numru 19214.

Ministeru għas-Saħħa – konsulenti maħtura

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il konsulent ġie maħtur sabiex jagħti servizzi lill-Ministeru jew lil xi entità li taqa' taħt il-Ministeru tiegħu, mill-1 ta' Jannar 2019 sal-lum? Jista' jgħid min huma dawk il-konsulenti, x'tip ta' servizzi jagħtu, lil liema entità jingħataw is-servizzi, liema ħlas sar lil dak il-konsulent s'issa u kemm huwa l-valur ta' dak il-ħlas?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19213.

GU Clinic – tnaqqis fil-persuni li attendew fl-2020

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk humiex magħrufa r-raġunijiet għalfejn fis-sena 2020 il-persuni li attendew fil-GU Clinic naqsu b'madwar 3,000 persuna mis-sena ta' qabel, hekk kif huwa indika fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari 19225? Jista’ jgħid jekk dawn humiex nuqqas ta' pazjenti ġodda jew pazjenti li ma żammewx l-appuntamenti tagħhom għal follow up?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi minħabba l-pandemija tal-Covid 19kien hemm persuni li naqqsu milli jattendu l-GU Clinic fl-2020. Ir-raġunijiet kienu varji fostom illi bosta pazjenti, kienu huma stess li ħassru l-appuntament tagħhom għal raġunijiet personali u kif ukoll kien hemm żmien fejn l-aċċess għal diversi kliniċi li jinkludu anki dawk fl-isptar Mater Dei kienu reġolati minn direttivi sabiex tkun tista’ tiġi kkontrollata t-trasmissjoni tal-Covid-19.

Żieda fil-persuni pożittivi għal HIV

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'inhuma l-miżuri li l-Gvern qiegħed jieħu sabiex ifittex jikkontrolla ż-żieda fin-numru ta' persuni pożittivi għal HIV? Jista' jgħid ukoll dawk il-persuni li jirriżultaw pożittivi, x'tip ta' servizzi qed jingħatalhom?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex tirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18413 filwaqt li ninfurmaha li sal lum hemm 103 pazjenti bl-HIV li qed jagħmlu użu minn mediċini ġodda u hemm 235 pazjenti oħra li nbidlu għas-sistema l-ġdida msemmija.

Formolarju tal-mediċini essenzjali – contraceptive pill

Question

B'referenza għar-risposta li ta għall-mistoqsija parlamentari 19227, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta huwa ppjanat li tiġi varata strateġija olistika dwar is-saħħa sesswali, u jgħid minn min qiegħed isir ix-xogħol fuq din l-istrateġija ġdida?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bħalissa qiegħed isir xogħol fuq strateġija olistika dwar is-saħħa sesswali u mistennija li tkun imnedija sal-aħħar ta’ din is-sena.
Leg 13 PQ #19785 Sitting 443 2021-03-22 Oral · Final From: DAVID THAKE To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol – miżuri minħabba l-COVID-19

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-miżuri li ttieħdu fl-uffiċini kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu sabiex jiġi assigurat li l-periklu ta' infezzjoni tal-COVID-19 jitnaqqas eżempju b'użu ta' screens bejn l-iskrivaniji u l-obbligu tal-ilbies tal-maskri inkluż f'dawk l-uffiċċji li mhumiex aċċessibbli għall-pubbliku?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nassigura lill-Onor. Interpellant li qed jittieħdu l-miżuri kollha neċessarji, skont id-direzzjoni maħruġa mill-awtoritajiet tas-saħħa biex jiġi assigurat li l-periklu ta’ infezzjoni jitnaqqas.
Leg 13 PQ #19786 Sitting 443 2021-03-22 Oral · Final From: DAVID THAKE To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol – sanitizzazzjoni ta’ uffiċċji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’prekawzjonijiet qed jittieħdu sabiex l-uffiċini jiġu sanatizzati? Ingħataw xi direct orders biex dan isir?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-uffiċini jiġu sanitizzati kull darba li jkun hemm ħtieġa. Ix-xogħol ingħata wara li tlabna għal diversi quotes minn diversi kumpaniji lokali. Ta’ min jinnota illi mhux kull kumpanija li ġiet ikkuntattata wieġbet jew intrabtet li tagħti servizz fi żmien raġjonevoli fil-każijiet li kellna urġenti.
Leg 13 PQ #19787 Sitting 443 2021-03-22 Oral · Final From: DAVID THAKE To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol – teleworking

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati li jaqgħu taħt l-Ministeru tiegħu li bħalissa qed jaħdmu permezz ta’ teleworking? Kemm kien hemm talbiet għal xogħol ta' teleworking minn Marzu 2020 li ma ġewx milqugħa?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu qegħdin jimxu mad-Direttiva 13.3 maħruġa fl-4 ta’ Marzu li għadda u li kopja tagħha qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Il-miżuri mħaddmin fid-dipartimenti u l-entitajiet fir-rigward tal-imxija tal-COVID-19 huma dawk maħruġin mis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci.
Leg 13 PQ #19788 Sitting 443 2021-03-22 Oral · Final From: DAVID THAKE To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol – impjegati li mardu bil-COVID-19

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati taħt il-Ministeru tiegħu li ġew infettati u mardu bil-COVID-19 u kemm hemm impjegati li bħalissa qegħdin kwarantina minħabba xi kuntatti li kellhom ma’ individwi pożittivi?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull impjegat li ħareġ pozittiv għall-COVID-19 mar fi kwarantina. Attwalment hemm 47 persuna li jinsabu fi kwarantina.

Ministeru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal – miżuri minħabba l-COVID-19

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-miżuri li ttieħdu fl-uffiċini kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu sabiex jiġi assigurat li l-periklu ta' infezzjoni tal-COVID-19 jitnaqqas eżempju b'użu ta' screens bejn l-iskrivaniji u l-obbligu tal-ilbies tal-maskri inkluż f'dawk l-uffiċċji li mhumiex aċċessibbli għall-pubbliku?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor Interpellant li t-tweġiba ser tinghata f’seduta oħra.

Ministeru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal — sanitizzazzjoni ta’ uffiċċji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’prekawzjonijiet qed jittieħdu sabiex l-uffiċini jiġu sanatizzati? Ingħataw xi direct orders biex dan isir?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor Interpellant li t-tweġiba ser tinghata f’seduta oħra.
Leg 13 PQ #19841 Sitting 443 2021-03-22 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ix-Xlendi – riġenerazzjoni tal-parkeġġ — konsultazzjonijiet

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 19502 jista’ l-Ministru jgħid ma’ min qed isiru l-konsultazzjonijiet rigward ir-riġenerazzjoni tal-parkeġġ tax-Xlendi, meta bdew u fiex waslu u meta hu maħsub li jingħalqu? Jista’ jgħid liema hu l-Vot fil-Budget għas-sena 2021 għal dan l-imsemmi proġett?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-konsultazzjonijiet qegħdin isiru mal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi u mal-Awtorità tat-Trasport. Dawn il-konsultazzjonijiet bdew mal-proġett u għadhom għaddejjin. Il-vot huwa dak imsemmi fl-estimi tal-gvern għas-sena 2021.

Waiting list ta’ operazzjonijiet

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm pazjenti fuq il-waiting lists għall-operazzjonijiet kemm f’Malta kif ukoll f'Għawdex? Kemm minn dawn huma għall-operazzjonijiet maġġuri, kemm huma għall-operazzjonijiet intermediate, u kemm għall-operazzjonijiet minuri?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni qed tinġabar.