Legislature:
Category:
Reset
Active:

Korsa tal-Marsa – ramel – nefqa

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm ġie jiswa r-ramel li ntefa’ fil-Korsa tal-Marsa f’Jannar li għadda? Tista’ tgħid jekk ħarġitx sejħa pubblika? Min kien responsabbli mix-xogħlijiet?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba ħa tingħata f'seduta oħra

Kors tal-Marsa – żwiemel imweġġgħin minħabba r-ramel

Question

Tista’ l-Ministru tikkonferma li fil-Korsa tal-Marsa weġġgħu żwiemel minħabba l-kwalità ħażina tarramel?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li huwa fatt magħruf li r-ramel tal-korsa taż-żwiemel qed jinbidel b’mod regolari kif sar diversi drabi fil-passat. Il-Ministeru mhux f’pożizzjoni li jikkonferma li weġġgħu żwiemel minħabba l-kwalità tar-ramel.

Mtarfa FC – grawnd tal-futbol

Question

Tista’ l-Ministru tgħid min ta permess lill-kuntrattur li jkisser il-grawnd tal-futbol tal-Imtarfa Youth Nursery meta dawn għandhom kuntratt ta’ użu mill-gvern stess għal 48 sena? Taf il-Ministru li dan it-tkissir mill-kuntrattur kien twaqqaf mill-istess membru tal-klabb f’Novembru li għadda, wara li ħadd ma kien avżahom u marru jiġru fuq il-post? Tista’ tgħid għaliex il-kuntrattur reġa ntbagħat inkiss inkiss biex ikisser, meta l-Kumitat tal-Mtarfa FC ma kienx jaf dwar dan it-tkissir? Tista’ tgħid mill-2018 lil hawn, jiġifieri minn meta l-Gvern iddeċieda li jbiegħ l-Iskola tal-Imtarfa, kemm-il darba ltaqa’ mal-kumitat tal-Imtarfa biex jiddiskuti u joffri post alternattiv lin-nursery tal-Mtarfa? Tista’ tikkonferma li wara żewġ attentanti biex jitkisser il-grawnd mingħajr permess mill-Mtarfa FC, il-gvern kienu għadu m’offriex post alternattiv biex jintuża immedjatament għat-training? Tista’ tgħid liema se jkun il-post alternattiv ipprovdut mill-gvern għat-training tat-tfal tal-Imtarfa? Tista’ tgħid meta se jitkisser il-grawnd l-ieħor tal-Mtarfa FC u jekk il-klabb hux se jingħata grawnd mill-ewwel biex jittrenjaw fih?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba ħa tingħata f'seduta oħra

COVID-19 – miżuri – taħriġ tal-atleti għall-kompetizzjonijiet internazzjonali — konsultazzjoni

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk saritx konsultazzjoni mal-Malta Football Association, il-Kumitat Olimpiku u l-Kumitat Paralimpiku qabel ittieħdu l-miżuri tal-partial lock-down li affettwa mhux biss il-kompetizzjonijiet, iżda t-taħriġ tal-atleti għall-kompetizzjonijiet internazzjonali? Tista’ tgħid meta saru dawn il-laqgħat? X’kien l-eżitu tagħhom?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-miżuri li qed jagħmel referenza għalihom huma relatati ma’ deċiżjonijiet li jittieħdu mill-awtoritajiet tas-saħħa abbażi ta’ evidenza medika u xjentifika li dawn l-awtoritajiet ikollhom fil-pussess tagħhom. Fir-rigward ta’ konsultazzjoni mal-MFA, il-Kumitat Olimpiku Malti u l-Kumitat Paralimpiku Malti, ninforma lill-Onorevoli interpellant li permezz ta’ SportMalta u s-Segretarjat Parlamentari responsabbli mill-Isport, il-konsultazzjoni ma ssirx biss ma’ dawn l-entitajiet u ma ssirx biss f’dawn iż-żminiijiet, iżda jsiru b’mod kontinwu kif saru dejjem fl-aħħar snin.
Leg 13 PQ #20132 Sitting 444 2021-03-23 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Eżamijiet tal-benchmark – pjan alternattiv

Question

Tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjan alternattiv f’każ li l-eżamijiet tal-benchmark f’Mejju li ġej ma jkunux jistgħu jsiru kif ippjanat?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ngħarraf lill-Onorevoli interpellant li l-pjan alternativ ikun li jinġibdu averages tal-marki tal-Matematika, Ingliż, Xjenza u Malti skont l-assessjar kontinwu ta’ matul is-sitt sena.

Ħal Qormi – manutenzjoni tal-provvista tal-elettriku

Question

B’referenza għall-avviż ta’ manutenzjoni ppjanata fuq is-servizz tal-provvista tal-elettriku bejn 8am u 4pm għal għada 17 ta’ Marzu f’diversi toroq f’Ħal Qormi fosthom Triq Dun Ġorġ Fenech/Triq Marju Pace/Triq Nikol Montebello/Triq Marcel Attard Vagnolo/ Triq Karmenu Camilleri/Triq Nikol Baldacchino, tista’ l-Ministru tgħid jekk dan il-manutenzjoni tistax issir f’ħinijiet li jirrispettaw il-fatt li bħalissa t-tfal qegħdin jitgħallmu online mid-dar u numru ta’ ġenituri qegħdin magħhom bit-telework? Tista’ din it-talba tigi kkonsidrata wkoll għal kull każ ta’ manutenzjoni ppjanata madwar Malta u Għawdex waqt li qegħdin f’partial lock down?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lil Onor. Interpellant li l-Enemalta qed tagħmel dak kollu possibbli biex ma jsirux xogħlijiet li jinterrompu l-provvista tad-dawl fil-ħin li jkunu għaddejjin lezzjonijiet online sakemm ma tkunx meħtiega manutenzjoni jew tiswijiet ta’ natura urġenti. F’dan ir-rigward ix-xogħol ta’ manutenzjoni li kellhom isiru fis-17 ta’ Marzu, fl-imsemmija toroq f’Ħal-Qormi ġew posposti.

Tfal li jgħixu f’istituzzjonijet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm għandna tfal li jgħixu f’istituzzjonijiet f’Malta u f’Għawdex? Jista’ jindika kemm għandna tfal fostered u kemm għandna tfal li jinsabu taħt il-protezzjoni tal-Istat?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’seduta oħra.

Persuni b’diżabilità – żieda f’allowances

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm żdiedet in-nefqa f’allowances lill-persuni b’diżabilità mill-2013 ‘il quddiem?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, n-nefqa tal-Gvern fuq Assistenzi għal Diżabilità mis-sena 2013 ‘l hawn hija kif jidher fit-tabella li t’hawn taħt: Benefiċċju 2013 2014 2015 2016 2017 2018 2019 2020 € € € € € € € € Assitenza għal Persuna b’Vista Batuta 914,152.46 1,184,061.20 1,338,076.12 1,568,407.18 1,714,409.29 1,856,989.11 2,073,221.94 2,250,065.51 Assistenza għal Diżabilità 254,224.96 489,733.94 619,451.49 759,014.86 Pensjoni għal Diżabilità 11,974,744.66 12,837,968.14 14,168,685.89 15,928,202.99 Assistenza għal Diżabilità Severa 16,944,085.33 16,436,180.67 17,270,779.96 18,349,591.76 Assistenza Miżjuda għal Diżabilità Severa 732,261.32 3,419,279.67 4,675,614.65 6,035,819.24 Total 12,888,897.12 14,022,029.34 15,506,762.01 17,496,610.17 19,644,980.90 22,202,183.39 24,639,068.04 27,394,491.37 Niġeb l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li, · Dik li qabel is-sena 2017 kienet tissejjaħ Pensjoni għal Diżabilità, minn Jannar 2017 bdiet tissejjaħ Assistenza għal Diżabilità Severa; · L-Assistenza Miżjuda għal Diżabilità Severa, u li titħallas fl-ekwivalenti tal-Paga Minima Nazzjonali netta, bdiet titħallas għall-ewwel darba f’Jannar tal-2017 permezz tar-riforma ntrodotta; u li · L-Assistenza għal Diżabilità bdiet titħallas għall-ewwel darba f’Jannar 2017, hekk kif ġiet introdotta r-riforma fl-Assistenzi għal Diżabilità.

Investiment fis-settur tad-diżabilità – nefqa

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien l-investiment fis-settur tad-diżabilità mil-2013 sal-lum f’termini finanzjarji? Tistax ukoll tindika kemm hemm benefiċċjarji mis-servizzi provduti mill-Aġenzija Sapport?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u ħa tingħata f'seduta oħra

MCESD – riforma

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux maħsuba riforma fi ħdan il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD) biex ikun iżjed rappreżentattiv tas-soċjetà ċivili, b’oqsma varji jkunu iżjed rappreżentattivi mil-lum?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont il-Liġi Sussidjarja 431.01 m’hemm xejn li jżomm milli organizzazzjoni volontarja tindika l-interess tagħha, kif ukoll li tipparteċipa fin-nomina u fl-elezzjoni ta’ rappreżentanti fil-kumitat u dan kif deskritt fl-istess liġi sussidjarja.

Sptar Monte Carmeli – persuni li jgħixu l-isptar

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm persuni jgħixu fl-Isptar Monte Carmeli? Kemm naqsu fl-aħħar snin u kemm hemm minnhom li huma żgħażagħ ta’ bejn il-35 u 16-il sena?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bħalissa hemm 128 pazjenti li qed jieħdu kura meħtieġa fl-isptar Monte Karmeli li minnhom 8 għandhom bejn is-16 u l-35 sena. Dawn il-pazjenti speċifiċi minn żmien għal żmien isir assessjar minn tim multidixxiplinarju sabiex jiġi determinat jekk dawn il-pazjenti jistgħux jiġu trasferiti f’akkommodazzjoni alternattiva.

Screen time – tfal — rimedju

Question

Meta nikkunsidraw li ħafna mit-tfal qattgħu u qed jerġgħu jqattgħu ħafna sigħat quddiem laptop jew tablet biex isegwu l-lezzjonijiet online u in vista li r-riċerka turi li l-screen time jista’ jkun ta’ dannu għat-tfal, jista’ l-Ministru jgħid x’qiegħed jiġi ppjanat sabiex ikun hemm rimedju għal dan, speċjalment kif il-pandemija tibda ttaffi?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fis-16 ta' Jannar li ghadda jiena kont ħtart grupp ċentrali li se jieħu ħsieb jikkordina l-ħidma għall-istrateġija nazzjonali għal wara l-COVID-19. Il-grupp qed jitmexxa mill-Professur Simone Borg bħala chairperson. Il-Prof. Borg gradwat bħala avukat u kompliet l-istudji tagħha b’Ph.D fil-Konservazzjoni tar-Riżorsi Naturali tal-Ibħra. Ħadmet taħt amministrazzjonijiet differenti fil-kamp tal-affarijiet barranin u tal-ambjent u kkontribwixxiet f’diversi proġetti ta’ riċerka fi ħdan l-Unjoni Ewropea u l-Ġnus Magħquda. Il-Prof Borg hija l-Kap tad-Dipartiment tal-Liġi Ambjentali u tar-Riżorsi fi ħdan il-Fakultà tal-Liġi fl-Università ta’ Malta u ħadmet ma’ diversi universitajiet barranin. Hija wkoll id-direttur tal-Programm Internazzjonali (Master of Arts) fl-Iggvernar tal-Oċeani u fellow tal-Istitut tas-Sostenibbiltà fi Bruges. Isservi wkoll bħala membru tat-team ta’ esperti tal-Unjoni Ewropea għal Horizon 2020. Il-grupp ghandu wkoll lil dawn il-persuni bħala membri: Is-Sinjura Joyce Dimech, Is-Sur Mario Galea, is-Sur Godwin Mifsud, is-Sur James Pearsall, il-Professur Gordon Sammut, is-Sur Clive Tonna u s-Sur Paul Zahra. Dan il-grupp ghandu l-faċilità li jinkariga esperti tekniċi fl-oqsma li jidhirlu xieraq biex jassistuh f’dan l-inkarigu, kif fil-fatt ghamel. Ghalhekk il-grupp ċentrali huwa magħmul minn nies b’kompetenzi wiesgħa u niehu l-opportunita' li nirringrazzjahom talli aċċettaw li jidħlu għal dan l-inkarigu u għal din ir-responsabbiltà. Il-grupp ċentrali se jkun gwidat mill-prinċipji tas-sostenibbiltà u l-ħarsien fit-tul, l-immassimizzar tal-fatturi li jagħtu vantaġġi kompetittivi lil pajjiżna, it-tisħiħ tar-reżiljenza u, fuq kollox, it-tkabbir tal-koeżjoni u l-ġustizzja soċjali. F’dan l-inkarigu, il-grupp qed iġib flimkien l-istrateġiji li tfasslu li jew jinsabu fil-proċess li jitfasslu, fl-entitajiet jew fil-ministeri li jimpinġu fuq l-irkupru u r-reżiljenza ta’ wara l-COVID-19 u se jkun qed ifassal strateġija ħolistika għal wara l-Covid-19, anke bi studji fuq strateġiji simili f’pajjiżi oħra. Fl-ewwel kwart ta' din is-sena sar hafna xoghol, minghajr daqq ta' trombi, ta' konsultazzjonijiet ma' diversi entitajiet u organizzazzjonijiet. Fit-tieni kwart ta' din is-sena hu ppjanat li jsir outreach iktar fil-miftuh u b'mod pubbliku sabiex sa qabel l-ahhar ta' Gunju li gej tigi ppubblikata l-istrategija. Filwaqt illi ghalhekk dan il-grupp centrali m'ghandux remit illi jimplimenta policies dwar kif il-perikoli msemmija fid-domanda jistgħu jiġu mtaffa u/jew mitigati, dan il-Ministeru jinsab dejjem lest illi joffri kwalunkwe sapport, ghajnuna u assistenza lill-Ministeri kkoncernati permezz ta’ riċerka u ko-ordinazzjoni lejn policy koeżiva kemm fuq dan il-punt, u kif ukoll dwar punti ohra li se jitqanqlu fil-kuntest tal-istrategija finali li se tkun qed tigi varat kif spjegat.

Kunsill Lokali San Ġwann – laqgħat online

Question

Peress li bosta lmenti minn residenti ta’ San Ġwann, qed jgħidu li laqgħat tal-kunsill mhux qed isiru online, jista’ l-Ministru jgħid jekk dan huwiex minnu? Dawn xtaqu wkoll jsegwu kif il-kunsill organizza coffee morning fiż-żmien il-pandemija?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellantli li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Ġwann li l-laqgħat tal-Kunsill kienu jkunu dejjem streamed meta kienu qed isiru fil-Boardroom tal-Kunsill. Peress li 6 minn 9 membri tal-Kunsill ta’ San Ġwann huma l’ fuq minn 60 sena u minħabba l-miżuri ġodda li daħlu fis-seħħ dwar kemm jistgħu jinġabru nies f’post wieħed, dawn il-laqgħat bdew isiru via skype. Il-Kunsill illum huwa attrezzat biex jagħmel laqgħat fuq skype u fl-istess ħin ikunu streamed. Fir-rigward tat-tieni parti tad-domanda ġentilment nitlob lill-Onor. Interpellant jippreċiża x'informazzjoni jirrikjedi.

Ħaż-Żebbuġ – Vjal il-Ħelsien — tħaddir

Question

Peress li qed jingħad li Vjal il-Ħelsien Ħaż-Żebbuġ ser jerġa’ jingħata dehra ta’ vjal billi jitħaddar, u jekk hu hekk proset tal-inizjattiva, għaldaqstant jista’ l-Ministru jqiegħed pjanta ta’ dan it-titjib fl-ambjent fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jitlob l-informazzjoni meħtieġa lill-Ministeru kkonċernat.

Malta Enterprise – ilmenti minn impjegati għax ma rċevewx il-COVID Wage Supplement

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il ilment wasal għand il-Malta Enterprise minn impjegati li matul l-2020 u l-2021 ma rċevewx il-COVID Wagę Supplement?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 18456.

Tribunal Industrijali – każijiet preżentati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, kemm ġew ippreżentati każijiet quddiem it-Tribunal Industrijali, sena b’sena mill-2013 sal-lum? Kif kienu maqsumin?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lil Ministru kkonċernat

Business First – persuni li għamlu użu mis-servizzi

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta’ persuni li għamlu użu mis-servizzi ta’ Business First sena b’sena mill-2013 sal-lum, jekk hu possibbli? X’kienet l-iktar raġuni għalfejn in-nies irrikorrew għand Business First fl-aħħar snin?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lil-Onor. Interpellant li l-Business First beda jopera matul l-2017. L-ammont ta’ nies li għamlu użu mis-servizz tal-Business First s’issa jinsab hawn taħt: Email Imwieġba Viżitaturi Telfonati fuq 144 Total 2017* 745 536 1,980 3,261 2018 3,607 16,054 17,881 37,552 2019 4,342 23,502 15,830 43,674 2020 63,421 13,934 68,526 145,881 *2017 (minn Ottubru sa Diċembru) L-aktar servizz mitlub ġewwa l-uffiċċini tal-Buisness First (walk ins) huwa dak relatat mal-VAT. Dan jinkludi kemm servizz ta’ Customer Care kif ukoll talbiet għal-gwida u nformazzjoni fuq ir-reġistrazzjoni bħal talbiet għal-numru ġdid tal-VAT biex jiftħu negozju. Fost raġunijiet il-għala n-nies irrikorew għand il-Business First kien hemm talbiet ta’ nformazzjoni dwar: Twaqqif ta’ negozju ġdid u incentivi tal ME u entitajiet oħra: Taxxa Awtorita għat-Turizmu Xoghol (Jobsplus) Work Permits (Identity Malta) Environmental Health ERDF (Skemi tal-Business Enhance) Dwana

Malta Enterprise – miżuri biex tonqos il-burokrazija

Question

Tista’ l-Ministru telenka l-miżuri, waħda waħda, li Malta Enterprise ħadet jew wettqet biex tonqos il-burokrazija, sena b’sena mill-2017 sal-lum?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-proċess ta’ tnaqqis ta’ burokrazija u simplifikazzjoni għan-negozji fil-Malta Enterprise huwa wieħed kontinwu. Dawn huma fost l-iktar miżuri li spikkaw mill-2017 lil hawn madanakollu hemm diversi miżuri oħra sabiex in-negozju u l-industrija jiġu mgħejuna b’kuntatt dirett u allura jiġi faċilitat xogħol imprenditur. Review tal-proċessi relatati ma’ skemi tal-Malta Enterprise Malta Enterprise tagħmel review tal-proċessi relatati mal-iskemi tal-Malta Enterprise sabiex ikunu iktar aċċessibbli għan-negozji. Fir-rigward ta’ żvilupp ta’ inċentivi inbeda proċess ta’ simplifikar tal-kontenut bil-għan li l-kontenut jinftiehem b’mod aktar ċar għan-negozji li japplikaw. L-inċentivi huma kollha aċċessibbli fuq is-sit tal-Malta Enterprise. L-applikazzjonijiet rispettivi qegħdin jiġu trasportati fil-portal tal-klijent li nħoloq biex l-applikazzjonijiet jiġu sottomessi f’sistema ċentralizzata u jgħin biex l-applikazzjonijiet jiġu sottomessi kemm jista’ jkun kompluti bid-dokumentazzjoni kollha mitluba. Fis-sena 2021 inbeda proċess biex jiġu simplifikati l-applikazzjonijiet tal-inċentivi u biex kemm jista’ jkun jitnaqqsu l-formoli annessi mal-applikazzjonijiet billi jinġabru f’dokument wieħed. Dan il-proċess għadu għaddej. Business Development Malta Mill-2017, fi ħdan il-Malta Enterprise twaqqfet il-Business Development Malta li l-għan tagħha hu li toffri assistenza lil negozji żgħar u medji stabbiliti permezz ta’ relationship management fl-oqsma industrijali tal-Gvern. Din is-sezzjoni għandha l-għan li żżomm kuntatt dirett ma’ negozji żgħar sabiex toffrielhom assistenza għan-negozji permezz ta’ skemi tal-Malta Enterprise, kif ukoll tassisti negozji jespandu. Business Development Malta qiegħda tgħin ukoll negozji ġodda lokali f’oqsma ekonomiċi diversi, sabiex japplikaw għal skemi tal-Malta Enterprise. Dan l-outreach qed iservi biex Malta Enterprise tkun hi nnifisha li tħabbat bibien in-negozji żgħar u medji u toffrilhom l-assistenza meħtieġa biex ikabbru n-negozju tagħhom. One Stop Shop għall-Intraprendituri - Business 1ST Konxji mill-fatt li l-intrapriżi mikro u żgħar għandhom bżonnijiet speċjali, l-Malta Enterprise matul l-2017 iddeċidiet li tirristruttura l-Business First bħala impriża konġunta bejn il-Malta Enterprise u l-Kamra Maltija għall-SMEs. Business First jipprovdi one stop shop għall-intraprendituri u l-għan tiegħu huwa li jimplimenta l-kunċett ta‘ ‘Gvern wieħed ’u b’hekk jipprovdi esperjenza bla xkiel għan-negozji li jinteraġixxu mal-Gvern u b’hekk inaqqsu l-burokrazija. Għalhekk il-B1ST jlaqqa’ f’post wieħed għan-negozji numru ta' dipartimenti u entitajiet tal-gvern li jew joffru servizz jew inkella jirregolaw attivitajiet kummerċjali. Illum is-CfR joffru s-servizzi kollha tagħhom lin-negozju mill- B1ST u MTA u d-Dipartiment tas-Saħħa Ambjentali għandhom rappreżentanti permanenti fl-uffiċċini tal-Business 1ST ġewwa l-Mrieħel. Entitajiet oħra bħal Measure and Support Division (li jamministraw il-fondi tal-ERDF), Identity Malta u Jobs Plus, Dipartiment tad-Dwana, qabel il-Covid 19, kellhom preżenza ta’ kull ġimgħa fil-B1ST, servizz li se jerġa’ jiddaħħal fis-seħħ aktar tard. Barra minn hekk, għandna wkoll numru ta’ arranġamenti ma’ entitajiet oħra tal-Gvern u meta nindunaw li klijent għandu bżonn informazzjoni/servizzi ta’ dawn l-entitajiet il-Business 1ST jiffaċilita li ssir laqgħa jew tinġabar l-informazzjoni u tiġi mgħoddija lill-klijent permess ta’ APP li varajna għall-klijenti. Il-B1ST tikkollabora wkoll ma' dawn l-entitajiet sabiex tiffaċilita t-tnaqqis tal-burokrazija prinċipalment permezz tal-introduzzjoni ta' servizzi razzjonalizzati onlajn. Il-B1ST integrat il-formoli kollha meħtieġa li kienu jimtlew għat-twaqqif ta' mpjieg indipendenti f'forma waħda. Fil-fatt ir-reġistrazzjoni ta' negozju bħala persuna li taħdem għal rasha jew kumpanija li diġà hija ffurmata, li l-attività tagħha ma teħtieġx liċenzja, tista' ssir billi timla formola integrata waħda (jew onlajn jew billi tmur fil-B1ST) u tinqeda fi ftit minuti. Kull sena B1st tara eluf ta’ klijenti u kif mistenni fl-2020 dan il-kuntatt żdied. Din hija statistika ta’ kemm negozji u klijenti żaru B1st fl-2020: Kuntatt permezz ta’ walk-ins: 13,831 Kuntatt permezz ta’ email: 63,421 Kuntatt li sar mill-istaff ta’ B1st: 12,415 (Covid enquiries/follow ups) Kuntatt permezz tal-linja 144: 68,526 (of which 52,002 for COVID) Total ta’ kuntatt ma’ klijenti: 158,193 Unit għall-intraprizi mikro Fl-2018 ġiet imwaqqfa wkoll unit speċifika għall-intripriżi mikro li jħaddmu inqas minn 10 ħaddiema. Din il-unit tgħin intrapriżi żgħar bħall-industriji magħrufin bħala garage industry. Ġew simplifikati l-proċessi għal dawn it-tip ta’ intrapriżi u tingħata wkoll assistenza ta’ relationship management speċifika ma’ dawn l-industriji mikro permezz ta’ outreach visits li jsiru b’mod regolari. Tisħiħ tal-uffiċċji tal-Malta Enterprise f’Għawdex L-uffiċċju tal-Malta Enterprise f’Għawdex fix-Xewkija ġie msaħħaħ biex joffri assistenza iktar sħiħa lill-intrapriża Għawdxija. Apparti tliet impjegati full time f’dan l-uffiċċju, persuni minn sezzjonijiet differenti ta’ Malta Enterprise partikolarment relationship managers iżuru n-negozji Għawdxin b’mod regolari. Il-Kap Eżekuttiv tal-Malta Enterprise jiltaqa’ mal-intrapri¿i Għawdxin fuq bażi regolari. Business Portal Il-Malta Enterprise bħalissa qed timplimenta Portal tan-Negozju ħolistiku sabiex kull individwu li jibda jew imexxi negozju jkun jista’ jinteraġixxi mal-Gvern permezz ta’ sistema interattiva u intelliġenti waħda (Portal) li awtomatikament u bla xkiel tibgħat talbiet ta’ servizz lid-diversi dipartimenti u entitajiet tal-Gvern b'mod li jippermetti lil dawn tal-aħħar iżidu l-effiċjenza u għalhekk jiffaċilitaw in-negozju f'Malta. Se jippermetti l-kollaborazzjoni u l-qsim tad-data, bejn id-dipartimenti, sabiex is-sistema li tirriżulta tkun waħda ħolistika u kkoordinata. Il-Portal se jtejjeb ukoll l-operazzjonijiet tas-servizz tas-settur pubbliku peress li se jkun qed jopera fuq il-prinċipji ‘darba biss’ u ‘gvern wieħed’. Se jieħu vantaġġ mill-aħħar teknoloġija għall-provvista effettiva u effiċjenti ta' servizzi tal-Gvern ta' 38 entità differenti għan-negozju. Se jkun il-punt ta’ dħul għal aċċess integrat għall-gvern kollu u se jifforma wkoll il-kundizzjonijiet bażiċi li jippermettu kollaborazzjoni, bejn id-dipartimenti, permezz ta’ arranġamenti istituzzjonali sabiex is-sistema tkun ħolistika u kkoordinata. Sabiex isir dan, il Business First ħadem sabiex tgħaddi Legal Notice dwar l-Att Dwar l-Użu mill-Ġdid tal-Informazzjoni tas-Settur Pubbliku (Kap. 546) - Regolamenti tal-2020 dwar Reġistru ta’ Negozji u t-Tqassim ta’ Informazzjoni. Covid Support Measures – Sistemi automated għall-klijenti Kif illum jaf kulħadd għall-aħħar sena Malta Enterprise ġestit l-iskemi relatati mal-assistenza ekonomika illi ta l-Gvern lin-negozji. Dawn l-iskemi kollha huma awtomatizzati għall-applikanti b’tali mod li l-proċessi għal iktar minn 16,000 negozji illi bbenefikaw mill-Covid Wage Supplement, l-assistenza fuq il-kont tad-dawl, l-assistenza fuq il-kont tal-kera u l-assistenza fuq il-leave tal-kwarantina applikaw darba u din l-assistenza baqgħet tingħata mingħajr il-bżonn ta’ wisq iktar proċessi minn xahar għall-ieħor. Din l-assistenza issa ilha iktar minn sena tingħata mingħajr il-bżonn ta’ burokrazija żejda għan-negozji. Barra minn hekk, il-Business First kien ta’ appoġġ kontinwu għan-negozji permezz tan-numru tat-telefon 144 u anke online sabiex jagħti kull assistenza meħtieġa matul dan il-perjodu tant li kien hemm kuntatt ma’ madwar 160,000 klijent permezz ta’ walk-ins, telefon, email u anke live chat. Ease of Doing Business Għall-aħħar sentejn il-Malta Enterprise ħadmet mal-World Bank ukoll fuq ir-rapport Ease of Doing Business u qed taħdem mal-Gvern Ċentrali sabiex ikun hemm bidliet leġislattivi li jwasslu biex in-negozji jsibu proċessi iktar ċentralizzati li jnaqqsu l-burokrazija. Dan huwa proċess illi se jibqa’ għaddej matul is-snin u li jinkludi diversi inizjattivi.
Leg 13 PQ #18650 Sitting 443 2021-03-22 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Enitità responsabbli mill-ġlieda kontra l-burokrazija

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid min hi l-entità responsabbli mill-ġlieda kontra l-burokrazija żejda?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tnaqqis fil-burokrazija li fuqu bba¿at it-tiġdid fis-Servizz Pubbliku effettivament dejjem tmexxa u tħaddem mis-Servizz Pubbliku nnifsu. Fl-aħħar sitt snin is-Servizz Pubbliku wettaq ‘il fuq minn 950 miżura ta’ simplifikazzjoni.