Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar – miżuri minħabba l-COVID-19

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-miżuri li ttieħdu fl-uffiċini kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu sabiex jiġi assigurat li l-periklu ta' infezzjoni tal-COVID-19 jitnaqqas eżempju b'użu ta' screens bejn l-iskrivaniji u l-obbligu tal-ilbies tal-maskri inkluż f'dawk l-uffiċċji li mhumiex aċċessibbli għall-pubbliku?

Response (FARRUGIA, AARON)

Nassigura lill-Onor. Interpellant li qed jittieħdu l-miżuri kollha neċessarji, skont id-direzzjoni maħruġa mill-awtoritajiet tas-saħħa biex jiġi assigurat li l-periklu ta’ infezzjoni jitnaqqas.

Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar – sanitizzazzjoni ta’ uffiċċji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’prekawzjonijiet qed jittieħdu sabiex l-uffiċini jiġu sanatizzati? Ingħataw xi direct orders biex dan isir?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-uffiċini jiġu sanitizzati kull darba li jkun hemm ħtieġa. Ix-xogħol ingħata skont l-urġenza tal-każ wara li nkisbu stima/i.

Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar – teleworking

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati li jaqgħu taħt l-Ministeru tiegħu li bħalissa qed jaħdmu permezz ta’ teleworking? Kemm kien hemm talbiet għal xogħol ta' teleworking minn Marzu 2020 li ma ġewx milqugħa?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu għandhom jimxu mad-Direttiva 13.3 maħruġa fl-4 ta’ Marzu li għadda u li kopja tagħha qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Il-miżuri mħaddmin fid-dipartimenti u l-entitajiet fir-rigward tal-imxija tal-COVID-19 huma dawk maħruġin mis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci.

Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar – impjegati li mardu bil-COVID-19

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati taħt il-Ministeru tiegħu li ġew infettati u mardu bil-COVID-19 u kemm hemm impjegati li bħalissa qegħdin kwarantina minħabba xi kuntatti li kellhom ma’ individwi pożittivi?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull impjegat li nstab pożittiv għall-COVID-19 qagħad kwarantina. Attwalment, in-numru ta’ persuni li qegħdin kwarantina huwa ta’ tmienja (8).

Direttiva UE 2019/770 u Direttiva (UE) 2019/771 — implimentazzjoni

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 10387, jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma saret fir-rigward tal-implimentazzjoni tad-Direttiva(UE) 2019/770, b’mod partikolari jekk hemmx il-ħsieb li ssir konsultazzjoni pubbliku dwar l-implimentazzjoni tal-istess direttiva, u jekk iva meta ser issir? Kif ukoll jista’ jgħid x’ħidma saret fir-rigward tal-implimentazzjoni tad-Direttiva(UE) 2019/771, b’mod partikolari jekk hemmx il-ħsieb li ssir konsultazzjoni pubbliku dwar l-implimentazzjoni tal-istess direttiva, u jekk iva meta ser jsir?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol fir-rigward tal-implimentazzjoni taż-żewġ Direttivi msemmija huwa għaddej, fejn bħalissa qegħdin fl-istadju tal-abbozzar. L-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) qiegħdha wkoll tieħu sehem fil-laqgħat organizzati mill-Kummissjoni Ewropea dwar it-traspożizzjoni ta’ dawn id-Direttivi. Konsultazzjoni pubblika għandha ssir għaż-żewġ Direttivi fix-xhur li ġejjin.
Leg 13 PQ #19934 Sitting 444 2021-03-23 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Ministeru għall-Edukazzjoni – inġiniera jew piloti tal-ajruplani li għandhom Contract for Service

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx persuni li huma inġiniera jew piloti tal-ajruplani li għandhom Contract for Service mal-Ministeru tagħha? Jekk iva, x'tip ta' servizzi qed jagħtu u kif intgħażlu u kemm-il siegħa xogħol jagħmlu f'xahar u fejn jagħmlu dan ix-xogħol?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninsab infurmata li bħalissa d-Dipartiment Strateġija u Sapport ma għandux contract for service ma’ xi persuna li niżżlet fil-curriculum vitae li ħadem/ħadmet ta’ inġiniera jew pilota tal-ajruplani.
Leg 13 PQ #19938 Sitting 444 2021-03-23 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Xagħra Għawdex – Triq Ta’ Ġorf – xogħlijiet

Question

B'referenza għax-xogħlijiet li saru mill-Ministeru għal Għawdex ftit tax-xhur ilu fuq parti minn Triq Ta' Ġorf ġewwa x-Xagħra Għawdex, jista’ l-Ministru jgħid min kien il-perit (isem u kunjom) inkarigat mix-xogħol li sar u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja taċ-ċertifikat tax-xogħol li sar fuq din il-parti tat-triq u li ġie rilaxxat mill-perit inkarigat? Jista’ jgħid ukoll jekk sarux quality control tests u jekk iva minn min saru, meta saru u jpoġġihom fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista’ jgħid jekk sarux quantity surveyor reports fuq ix-xogħol li sar?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 13 PQ #19940 Sitting 444 2021-03-23 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Xewkija Għawdex – bitħa tal-cold stores – coach ipparkjata

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma r-raġunijiet għaliex f’dawn l-aħħar ġranet ġewwa l-bitħa tal-Cold Stores fix-Xewkija Għawdex, qed ikun hemm ipparkjata coach (xarabank)? Jista’ jgħid ta’ min hi din il-coach? Jista’ jgħid din il-coach għaliex qed tinżamm f’din il-bitħa tal-Cold Stores? Għalxiex ser tibda tintuża?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dik hija vettura tal-Ministeru għal Għawdex fi propjetà tal-Ministeru għal Għawdex.
Leg 13 PQ #19949 Sitting 444 2021-03-23 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – binjiet ġodda mikrija mingħand il-privat

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 18173, jista’ l-Ministru jgħid fejn jinsabu dawn it-tliet binjiet ġodda (triq u raħal) mikrija mill-privat? Jista’ jgħid b’liema mod inkrew dawn it-tliet binjiet ġodda mikrija mill-privat? Jista’ jgħid b’liema mod inkrew dawn il-postijiet, meta u fejn ħarġet is-sejħa biex jinkrew dan it-tliet postijiet, għal kemm-il sena inkrew kull wieħed minn dawn it-tliet postijiet u x'kera qed titħallas għal kull wieħed minn dawn it-tliet postijiet?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 13 PQ #19950 Sitting 444 2021-03-23 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – Services Gozo Directorate – nefqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intefqu flus mis-Services Gozo Directorate fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex mill-1 ta' Jannar 2020 sal-lum? Jista' jagħti lista ta' kull pagament li sar mill-vot tas-Services Gozo Directorate mill-1 ta' Jannar 2020 sal-lum u għalxiex sar kull pagament? Jista' jgħid f'kull każ jekk il-pagament sarx wara direct order, call for quotations jew tender u lil min ingħata bħala kumpanija jew individwu?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dan id-Direttorat ikopri diversi sezzjonijiet fil-Ministeru għal Għawdex u għalhekk nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex ikun aktar speċifiku fil-mistoqsija tiegħu.

Kunsilli Lokali f’Għawdex – bankini skont l-Access For All Guidelines

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17972 u jinforma lill-Parlament kemm-il bankina għamel kull Kunsill Lokali f'Għawdex tul is-sena 2020? Kemm minn dawn il-bankini saru skont l-Access For All Guidelines? Jekk hemm bankini li ma sarux skont dawn il-guidelines, jista' l-Ministru jgħid x'kienu r-raġunijiet?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella bl-informazzjoni mitluba.

Immigranti li ġejjin minn pajjiżi barra mill-Unjoni Ewropea li jirrisjedu Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jispejga lill-Parlament kemm immigranti ġejjin minn pajjiżi barra l-Unjoni Ewropea huma reġistrati li qed jirrisjedu f’Għawdex? Jista’ jpoġġi tabella fuq il-Mejda tal-Kamra fejn turi: a) Kemm minn dawn huma rġiel, nisa u tfal; b) L-ammont t’immigranti li qed jgħixu f’kull lokalità Għawdxija; u c) Lista tal-pajjiżi tal-oriġni ta’ dawn l-immigranti?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jikkjarifika jekk huwiex qed jirreferi għaċ-ċittadini minn pajjiżi terzi kollha li jirrisjedu f'Għawdex jew inkella benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali li huma residenti f'Għawdex.

Gwardjani lokali f’Għawdex

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 19037, jista’ l-Ministru jispjega kemm ħin ta’ servizz joffru l-gwardjani lokali f’kull lokalità f’Għawdex? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi dan il-ħin lokalità b’lokalità? Jista’ jgħid ukoll fiex jikkonsisti s-servizz li l-gwardjani lokali jagħtu f’kull lokalità f’Għawdex?

Response (CAMILLERI, BYRON)

L-Uffiċjali jiżguraw preżenza f’kull lokalità, liema ħin ta’ preżenza tvarja skont il-bżonn naturali u momentarju. Dan il-bżonn huwa kontinwament affetwat minn diversi kriterji, fostom aċċidenti stradali, permessi maħruga mill-kunsilli lokali, bżonnijiet oħra mitluba u kkordinati flimkien mal-kunsilli, xogħlijiet u għeluq ta’ toroq, perjodi staġjonali, attivitajiet, kif ukoll sitwazzjonijiet straordinarji. Ninforma wkoll lill-Onor Interpellant ukoll li fil-preżent, numru ta’ Ufficjali tal-Komunità qed jgħinu kontra l-imxija tal-pandemija billi qed jieħdu ħsieb li ta kuljum, jitwassal il-vaċċin fid-djar ta persuni housebound.

Fast Ferry bejn Malta u Għawdex – bastimenti — faċilitajiet għall-persuni b’diżabilità

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Parlament x’faċilitajiet t’aċċessibilità għall-persuni b’diżabilità ser ikollu kull wieħed mill-bastimenti li ser joperaw is-servizz ta’ fast ferry bejn Malta u Għawdex? Jista’ jgħid ukoll min iċċertifika jew ser jiċċertifika li l-bastimenti huma aċċessibbli?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Awtorita’ tat-Trasport li l-bastimenti li ser joperaw is-servizz ta’ fast ferry bejn Malta u Għawdex iridu jkunu konformi mar-Regolamenti u d-Direttivi tal-Unjoni Ewropea kif ukoll Konvenzjonijiet Internazzjonali u jkollhom il-faċilitajiet kollha neċessarji għal persuni “with reduced mobility” abbażi ta’ dawn il-liġijiet. Dan jiġi verifikat fl-istadju meta il-bastimenti jiġu surveyed biex jinħarġu ċ-ċertifikati neċessarji sabiex ikunu jistgħu joperaw fl-ibħra Maltin.

Għawdex – zebra crossings

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Parlament kemm hemm zebra crossings f'kull lokalità f'Għawdex? Jista' jgħid ukoll kemm-il waħda hi mgħammra b'pelican lights u mgħammra b'ħoss akustiku għall-persuni neqsin mid-dawl?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba, ġiet miġbura mill-Awtorita’ tat-Trasport u tinsab fit-tabella t'hawn taħt; Zebra Crossings Pelican Lights Pelican Lights – with acoustic sound Munxar 5 Xlendi 4 Sannat 2 Fontana 4 Marsalforn 3 Xewkija 11 6 6 Victoria 30 6 6 Xaghra 5 Nadur 4 Ghajnsielem 12 3 3 Gharb 4 Ghasri 2 Zebbug 1 San Lawrenz 2 Kercem/Santa Lucija 4 Qala NIL

Operatur fil-qasam tat-trasport – ħruġ ta’ liċenzja – każ ta’ individwu

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Parlament dwar ir-raġuni li l-individwu li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament la qiegħed tinħariġlu liċenzja bħala operatur fil-qasam tat-trasport u lanqas qed jingħata l-possibiltà li jġedded liċenzja bħal din?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li ninsab infurmat li sabiex il-persuna indikata tinħariġlu liċenzja bħala operatur fil-qasam tat-trasport għandu jissodisfa l-kundizzjoni ta’ reputazzjoni u kondotta tajba. Jiena nfurmat ukoll li l-Awtorita’ għat-Transport f’Malta diġa’ nfurmat lil persuna ndikata permezz ta’ ittra datata 5 ta’ Frar 2021, għaliex mhux ser toħroglu l-liċenzja ta’ operatur.
Leg 13 PQ #20091 Sitting 444 2021-03-23 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel Operations Ltd – audited accounts

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 19755, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Audited Accounts tal-kumpanija Gozo Channel (Operations) Ltd għas-sena 2019 ladarba dawn huma finalizzati?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #20092 Sitting 444 2021-03-23 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għal Għawdex

Proġett ta’ pavimentar tax-Xatt ta’ Marsalforn – twaħħil ta’ bollards elettroniċi

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk fil-proġett ta' pavimentar tax-Xatt ta' Marsalforn hux ser jitwaħħlu bollards elettroniċi sabiex jikkontrollaw l-aċċess għaż-żoni pedonali?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mhux se jsiru bollards elettroniċi.

COVID-19 — Għawdex – persuni li ħadu t-tilqima

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti figuri ta' kemm ħadu t-tilqima persuni f'Għawdex s'issa u liema doża ngħataw? Jista' jikkonferma li l-vaċċin tal-Pfizer/Biontech qed jintuża regolarment f'Għawdex sabiex jitlaqqmu min għandu aktar minn sebgħin sena?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi sal-21 ta’ Marzu ġewwa l-gżira Għawdxija ngħataw 10,673 dożi tal-vaċċin għal kontra l-Covid 19 li minnhom 2,963 ingħataw it-tieni doża. Il-vaċċin tal-Pfizer/Biontech kif ukoll il-Moderna qed jintużaw regolarment f'Għawdex, sabiex jitlaqqmu persuni li għandhom aktar minn sebgħin sena.

COVID-19 – Malta — Persuni li ħadu t-tilqima

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti figuri ta' kemm persuni f'Malta ħadu t-tilqima s'issa u liema doża ngħataw?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi sal-21 ta’ Marzu ngħataw 145,934 dożi tal-vaċċin għal kontra l-Covid 19 li minnhom 44,483 ingħataw it-tieni doża.