COVID Wage Subsidity – impjegata ta’ beauty salon jew nail technician
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk impjegata ma’ beauty salon jew nail technician hijiex intitolata għall-COVID Wage Subsidy imħabbra mill-Gvern fil-Budget 2021?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mpjegata reġistrata ma’ beauty salon jew nail technician kienet intitolata għal wage supplement fuq Annex A sa Ġunju u fuq Annex B minn Lulju. L-Onor. Interpellant jaf, li minn Jannar il-wage supplement inbiddlet u l-ħlas qed isir skont it-tnaqqis fil-bejgħ bejn Marzu u Ottubru 2020 meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena ta’ qabel. Jekk impriża m’għamlitx telf ma tibqax intitolata għall-wage supplement.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18018 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u l-mistoqsija parlamentari 17904 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid fl-2016, l-2017 u l-2018 kemm-il Home Ownership Plot ġew akkwistati/mixtrija/imħallsa mill-Awtorità tal-Artijiet u fejn, sena b’sena?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-taghrif ghadu qed jingabar u t-twegiba tinghata f’seduta ohra.
Konxju tal-fatt li kull każ hu differenti u li kull każ għandu jiġi deċiż b’mod indipendenti u ħieles minn indħil estern, għaldaqstant jista’ l-Ministru jgħid kemm-il każ hemm pendenti quddiem it-Tribunal Industrijali u minn dawn kemm hemm differiti għad-deċiżjoni u kemm ilhom hekk differiti?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
MCESD u Employment Relations Board – kriterji biex persuna tippresjedi t-Tribunal Industrijali
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhuma l-kriterji biex persuna tkun nominata biex tippresjedi t-Tribunal Industrijali u x’inhi l-proċedura ta’ għażla, b’referenza partikolari għall-funzjoni tal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD) u l-Employment Relations Board?
Response (ABELA, ROBERT)
Nirreferi lill Onor Interpellant għat-Taqsima 3 tal-Kapitlu 452 li kopja tagħha qed titpoġġa fuq l-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Ekonomija, u l-Industrija — ħaddiema b’diżabilità
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni b’diżabilità jaħdmu fil-Ministeru, jew entità li taqa’ taħtu?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu ma jżommux informazzjoni tal-impjegati tagħhom skont jekk għandhomx diżabilità.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm persuni b’diżabilità jaħdmu fil-Ministeru, jew entità li taqa’ taħtha?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu ma jżommux informazzjoni tal-impjegati tagħhom skont jekk għandhomx diżabilità.
Ministeru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli — ħaddiema b’diżabilità
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni b’diżabilità jaħdmu fil-Ministeru, jew entità li taqa’ taħtu?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu ma jżommux informazzjoni tal-impjegati tagħhom skond jekk għandhomx diżabilità.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej — ħaddiema b'diżabilità
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni b’diżabilità jaħdmu fil-Ministeru, jew entità li taqa’ taħtu?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu ma jzommux informazzjoni tal-ipjegati tagħhom skont jekk għandhomx
diżabilità.
Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol — ħaddiema b'diżabilità
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni b’diżabilità jaħdmu fil-Ministeru, jew entità li taqa’ taħtu?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li dan il-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu ma jzommux informazzjoni tal-impjegati tagħhom skont jekk għandhomx dizabilità.
Ministeru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur — ħaddiema b'diżabilità
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni b’diżabilità jaħdmu fil-Ministeru, jew entità li taqa’ taħtu?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu ma jżommux informazzjoni tal-impjegati tagħhom skont jekk għandhomx diżabilità.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il persuna ġiet misjuba pożittiva għall-HPV u jindika dan għal kull sena sa mis-sena 2013?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fl-2013 kien hemm 230 persuni li rriżultaw pożittivi għal-HPV, fl-2014 210, fl-2015 231, fl-2016 219, fl-2017 323, fl-2018 374, fl-2019 457 u 381 fl-2020.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid liema huwa dak il-mard infettiv li rriżulta f'pajjiżna sa mis-sena 2018 u jgħid kemm-il persuna nstabet pożittiva għal tali mard infettiv?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex tispeċifika għal liema tip ta’ mard infettiv qed tirreferi fil-mistoqsija parlamentari tagħha.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kif se jassigura li s-servizzi tal-GU Clinic, li se jkunu qegħdin jiġu estiżi fuq livell ta' Kura Primarja miċ-Ċentri tas-Saħħa u mill-Kliniċi fil-Komunità, se jkunu qegħdin jingħataw minn professjonisti mħarrġa f'dan il-qasam, u kif se jassigura l-privatezza u l-kunfidenzjalità meħtieġa għal dan is-settur mediku?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi s-servizz tal-GU Clinic għadu u se jibqa jingħata minn speċjalisti f’Mater Dei u filfatt dan l-aħħar ġimgħat żdied konsulent ieħor li qed jagħti servizz minn din il-klinika. Dawk il-pazjenti li l-ispeċjalisti f’Mater Dei jidrilhom li jistaw jieħdu parti mill-kura fosthom fil-komunita’, se jiġu referuti għal dawn iċ-Ċentri.
Ninformaha wkoll li l-iSpeċjalisti tal-Mediċina tal-Familja fi ħdan id- Dipartiment tal-kura tas-Saħħa Primarja li ser ikunu qed jipprovdu s-servizzi tal-GU Clinic fil-Kliniċi fil-Komunita’ diġà rċevew taħriġ f’dan il-qasam fil-livell ta’ kura primarja bħala parti mit-taħriġ ta’ speċjalizzazzjoni tagħhom. Madanakollu, dan t-taħriġ qed jiġi msaħħah u estiż permezz ta’ korsijiet organizzati mis-Sexually Transmitted Infections Foundation, kif ukoll bi taħriġ fil-GU Clinic tal-Isptar Mater Dei.
Il-miżuri eżistenti tal-GU Clinic tal-Isptar Mater Dei li bħalissa jassiguraw il-privatezza u l-kunfidenzjalita’ meħtieġa ghal dawn il-klijenti, ser jkunu preżenti ukoll fis-servizzi li se jingħataw mid-Dipartiment tal-Kura tas-Saħħa Primarja,
Uffiċċju tal-Prim Ministru — persuni maħtura bħala membru ta’ bord jew entità
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19232 u jgħid kemm-il persuna hija maħtura mill-Ministeru bħala membru ta' bord jew entità oħra li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu, liema huma dawn il-ħatriet, kemm minnhom huma nisa jew irgiel, u jindika l-kariga li għaliha ġew maħtura u min huma?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab nfurmat illi hemm 54 persuna maħtura f’bordijiet fid-dekasteru tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru, li minnhom 12 huma nisa u 42 huma irġiel.
Ministeru għall-Edukazzjoni — persuni maħtura bħala membru ta’ bord jew entità
Question
B'referenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 19234, tista’ l-Ministru tgħid min huma dawk il-persuni maħtura u tindika liema huma l-bordijiet li huma maħtura fuqhom?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista bl-informazzjoni bord bord tal-karigi tal-persuni maħtura fil-varji bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi.
Attachments:PQ 19709 - MFED - persuni maħtura bħala membru ta' bord jew entità.pdf
Ministeru għall-Enerġija, l-Industrija u l-Iżvilupp Sostenibbli — persuni maħtura bħala membru ta’ bord jew entità
Question
B'referenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari parlamentari 19235 tista’ l-Ministru tgħid min huma dawk il-persuni maħtura?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba hi kollha kemm hi pubblika.
(Informazzjoni Addizzjonali: Ara dokument PL 6287 li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 445, nhar l-Erbgħa, 24 ta' Marzu 2021)
Ministeru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal – teleworking
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati li jaqgħu taħt l-Ministeru tiegħu li bħalissa qed jaħdmu permezz ta’ teleworking? Kemm kien hemm talbiet għal xogħol ta' teleworking minn Marzu 2020 li ma ġewx milqugħa?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-Ministeru, d-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtu għandhom jimxu mad-Direttiva 13.3 maħruġa fl-4 ta’ Marzu li għadda u li kopja tagħha qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Il-miżuri mħaddmin fid-dipartimenti u l-entitajiet fir-rigward tal-imxija tal-COVID-19 huma dawk maħruġin mis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci.
Ministeru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal – impjegati li mardu bil-COVID-19
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati taħt il-Ministeru tiegħu li ġew infettati u mardu bil-COVID-19 u kemm hemm impjegati li bħalissa qegħdin kwarantina minħabba xi kuntatti li kellhom ma’ individwi pożittivi?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li kull impjegat li ħareġ pożittiv għall-COVID-19 mar fi kwarantina. Attwalment hemm 53 persuna li jinsabu fi kwarantina.