Legislature:
Category:
Reset
Active:

Żgħażagħ taħt it-18-il sena li jikkontribwixxu għall-ħlas għas-sigurtà soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ żgħażagħ taħt it-18-il sena li huma impjegati u li allura jikkontribwixxu għall-ħlas għas-sigurtà soċjali?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’ seduta oħra.

Żgħażagħ taħt it-18-il sena li jikkontribwixxu għall-ħlas għas-sigurtà soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ żgħażagħ taħt it-18-il sena li huma impjegati u li allura jikkontribwixxu għall-ħlas għas-sigurtà soċjali?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li skont l-informazzjoni li għandha Jobsplus, fl-aħħar ta’ Settembru 2020 in-numru ta’ zgħazagħ taħt it-18-il sena li huma impjegati full-time u part-time kien at 1,359 persuna [560 full-time u 799 part-time]. L-aħħar ċifri ppublikati huma ta’ Settembru 2020.

Persuni li qed jirreġistraw għax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm mit-12,490 persuna li kienet qed tirreġistra għax-xogħol f'Diċembru 2020 (NSO 013/2021) kienu ċittadini Maltin, ċittadini tal-UE u ċittadini barra l-Unjoni Ewropea?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-12,490 persuna rrapurtati fin-News Release 013/2021, li ħarġet fis-26 ta’Jannar, ma jirreferux għal persuni li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol. Dawn irriżultaw minn stima ta’ qgħad ibbażata fuq mudell matematiku li jikkunsidra bosta kriterji, fosthom dawk internazzjonali stabbiliti mill-Għaqda Dinjija tax-Xogħol, l-ILO, u għaldaqstant tinkludi wkoll persuni qiegħda li ma kinux qed jirreġistraw għax-xogħol. Skont dawn il-kriterji, persuna tkun meqjusa bħala qiegħda jekk matul il-ġimgħa ta’ referenza (i) ma kellhiex xogħol, (ii) kienet qed tfittex impjieg b’mod attiv matul l-aħħar erba’ ġimgħat u (iii) tkun lesta li tibda taħdem fi żmien ħmistax minn meta ssib xogħol.

Maġistrati Inkwirenti – iffirmar ta’ kull paġna tal-Inkjesta Maġisterjali

Question

Jista’ l-Ministru jikkonsidra emenda importanti ħafna li teżenta Maġistrat Inkwirenti milli jkollu/jkollha tiffirma kull paġna f’kull Inkjesta Maġisterjali, anke jekk il-proċess verbal ikun twil iktar minn 500,000 paġna li tfisser dewmien fl-Inkjesti Maġisterjali u allura dewmien biex issir ġustizzja f’waqtha?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi dak imsemmi minnu ċertament qed jiġi ikkunsidrat pero jifhem li minn naħa hemm l-aspett tal-pratiċitta u l-effiċjenza tal-proċessi ġudizjarji bħal l-Inkjesti Maġisterjali iżda fuq in-naħa l-oħra hemm l-importanza assoluta tal-proċess verbal u l-awtentiċità tiegħu fil-proċess daqstant sensittiv.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi — ħaddiema b'diżabilità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni b’diżabilità jaħdmu fil-Ministeru, jew entità li taqa’ taħtu?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu ma jżommux informazzjoni tal-impjegati tagħhom skont jekk għandhomx diżabilità.

Ministeru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza — ħaddiema b'diżabilità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni b’diżabilità jaħdmu fil-Ministeru, jew entità li taqa’ taħtu?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu ma jżommux informazzjoni tal-impjegati tagħhom skont jekk għandhomx diżabilità.

Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar — ħaddiema b'diżabilità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni b’diżabilità jaħdmu fil-Ministeru, jew entità li taqa’ taħtu?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu ma jżommux informazzjoni tal-impjegati tagħhom skont jekk għandhomx diżabilità.

Ministeru għas-Saħħa — ħaddiema b'diżabilità

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm persuni b’diżabilità jaħdmu fil-Ministeru, jew entità li taqa’ taħtu?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu ma jżommux informazzjoni tal-impjegati tagħhom skont jekk għandhomx diżabilità.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — ħaddiema b'diżabilità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni b’diżabilità jaħdmu fil-Ministeru, jew entità li taqa’ taħtu?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu ma jżommux informazzjoni tal-impjegati tagħhom skont jekk għandhomx diżabilitá.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — ħaddiema b'diżabilità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni b’diżabilità jaħdmu fil-Ministeru, jew entità li taqa’ taħtu?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli nterpellant li dan il-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu ma jżommux informazzjoni tal-impjegati tagħhom skont jekk għandhomx diżabilità.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej — persuni maħtura bħala membru ta’ bord jew entità

Question

B'referenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 19236, jista’ l-Ministru jgħid min huma dawk il-persuni maħtura?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’referenza għat-tweġiba tal-PQ19236, il-membri msemmija huma lkoll uffiċjali pubbliċi. Għaldaqstant, għall-fini ta’ protezzjoni tad-dejta, qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni relatata ma’ dawk minnhom li s-salarju tagħhom hu fi Skala bejn 1 u 5.

Ministeru għall-Anzjani u l-Anzjanità Attiva – miżuri minħabba l-COVID-19

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-miżuri li ttieħdu fl-uffiċini kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu sabiex jiġi assigurat li l-periklu ta' infezzjoni tal-COVID-19 jitnaqqas eżempju b'użu ta' screens bejn l-iskrivaniji u l-obbligu tal-ilbies tal-maskri inkluż f'dawk l-uffiċċji li mhumiex aċċessibbli għall-pubbliku?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nassigura lill-Onor. Interpellant li qed jittieħdu l-miżuri kollha neċessarji, skont id-direzzjoni maħruġa mill-awtoritajiet tas-saħħa biex jiġi assigurat li l-periklu ta’ infezzjoni jitnaqqas.

Ministeru għall-Anzjani u l-Anzjanità Attiva – sanitizzazzjoni ta’ uffiċċji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’prekawzjonijiet qed jittieħdu sabiex l-uffiċini jiġu sanatizzati? Ingħataw xi direct orders biex dan isir?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-uffiċini jiġu sanatizzati kull darba li jkun hemm ħtieġa.

Ministeru għall-Anzjani u l-Anzjanità Attiva – teleworking

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati li jaqgħu taħt l-Ministeru tiegħu li bħalissa qed jaħdmu permezz ta’ teleworking? Kemm kien hemm talbiet għal xogħol ta' teleworking minn Marzu 2020 li ma ġewx milqugħa?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu qed jimxu mad-Direttiva 13.3 maħruġa fl-4 ta’ Marzu li għadda u li kopja tagħha qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Il-miżuri mħaddmin fid-dipartimenti u l-entitajiet fir-rigward tal-imxija tal-COVID-19 huma dawk maħruġin mis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika.

Ministeru għall-Anzjani u l-Anzjanità Attiva – impjegati li mardu bil-COVID-19

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati taħt il-Ministeru tiegħu li ġew infettati u mardu bil-COVID-19 u kemm hemm impjegati li bħalissa qegħdin kwarantina minħabba xi kuntatti li kellhom ma’ individwi pożittivi?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull impjegat li ħareġ pożittiv għall-COVID-19 mar fi kwarantina. Attwalment hemm 15-il persuna li jinsabu fi kwarantina.

Ministeru għas-Saħħa – miżuri minħabba l-COVID-19

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’inhuma l-miżuri li ttieħdu fl-uffiċini kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu sabiex jiġi assigurat li l-periklu ta' infezzjoni tal-COVID-19 jitnaqqas eżempju b'użu ta' screens bejn l-iskrivaniji u l-obbligu tal-ilbies tal-maskri inkluż f'dawk l-uffiċċji li mhumiex aċċessibbli għall-pubbliku?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nassigura lill-Onor. Interpellant li qed jittieħdu l-miżuri kollha neċessarji, skont id-direzzjoni maħruġa mill-awtoritajiet tas-saħħa biex jiġi assigurat li l-periklu ta’ infezzjoni jitnaqqas.

Ministeru għas-Saħħa – sanitizzazzjoni ta’ uffiċċji

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’prekawzjonijiet qed jittieħdu sabiex l-uffiċini jiġu sanatizzati? Ingħataw xi direct orders biex dan isir?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-uffiċini jiġu sanitizzati kull darba li jkun hemm il-ħtieġa u ma ngħata l-ebda direct order.

Missirijiet waqt ħin ta’ twelid tat-tarbija

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kif qiegħda tingħata l-opportunità li missirijiet jistgħu jkunu flimkien ma’ omm it-tarbija meta din tidħol fl-isptar sabiex twelled, matul it-twelid u wara t-twelid? Jekk mhux tingħata din l-opportunità f'wieħed minn dawn l-istadji, jista’ jispjega r-raġunijiet għal dan u jgħid liema kriterji qegħdin jintużaw biex tiġi sostnuta din id-deċiżjoni?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi preżentament is-sieħeb tat-twelid/missier jista' joqgħod fejn l-omm mill-bidu sal-aħħar tal-ħlas. Eżatt wara l-ħlas dan ikun jista’ jakkumpanja lill-omm mid-delivery room għal-Obstetric Ward. Il-ħinijiet ta' żjara għas-sieħeb tat-twelid/missier huma permessi sa siegħa, bejn l-4.00 u s-6.00 ta’ filgħaxija.
Leg 13 PQ #19973 Sitting 445 2021-03-24 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Nadur – Triq Daħlet Qorrot – servizz tad-drenaġġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk u meta ser ikun qed isir ix-xogħol fuq Triq Daħlet Qorrot fin-Nadur? Jista’ jgħid ukoll hux ser isir is-servizz tad-drenaġġ f’dik il-parti tat-triq fejn hemm id-djar residenzjali u li ma fihiex dan is-servizz?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru għaddej b’diskuzzjonijiet mal-entitajiet kollha neċessarji u kif qed jibni l-ħitan tas-sejjieħ wara snin twal ta’ abbandun, se jkun qed jieħu l-aħjar deċizzjonijiet għan-Nadurin.
Leg 13 PQ #19974 Sitting 445 2021-03-24 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – Restoration and Maintenance Directorate – tender

Question

B’referenza għat-tender li ħarġet reċentament mill-Ministeru tiegħu li hi 'Framework agreement for the supply and delivery of rubble stones to the Restoration and Maintenance Directorate, Ministry for Gozo on a period contract basis' jista’ l-Ministru jgħid min fil-passat kien joffri dan is-servizz u min fil-preżent qed jagħti dan is-servizz? Jista’ jgħid kemm kienet l-ispiża fuq ġebel tas-sejjiegħ u kemm intuża minnu sena b'sena mit-2013 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.