Persuni b’diżabilità – assistenza għal diżabilità severa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni b'diżabilità li;
a. jieħdu l-assistenza għal diżabilità severa; u
b. jieħdu l-assistenza miżjuda għal diżabilità severa?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor Interpellant li t-tweġiba ser tinghata f’seduta oħra.
Is-Saqqajja/Siġġiewi – Triq it-Tiġrija — xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta ser titlesta Triq it-Tiġrija li tagħti mis-Saqqajja għas-Siġġiewi hekk kif ilha one-way għal numru ta’ ġimgħat u rari tara ħaddiema fit-triq?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-ewwel fażi saru xogħlijiet preparatorji fit-triq indikata, fosthom ġew mgħoddijin servizzi taħt l-art u anke sar titjib tal-bankini billi nbnew mill-ġdid. It-triq reġgħet tinsab miftuħa b’mod normali sakemm ix-xogħlijiet jitkomplew fiż-żmien li ġej kif ippjanat, anke f’kordinazzjoni ma’ proġetti oħrajn li qegħdin isiru f’toroq oħrajn u li jistgħu jolqtu din ir-rotta.
Jista’ l-Ministru ġentilment jara x’inhu jiġri fi Triq tal-Gardiel, Wied il-Għajn li ilha madwar xahrejn maqlugħa bil-konsegwenza li min irid jaqbad tal-linja jrid jimxi mixja twila għax tal-linja ilha xahrejn ma tgħaddi minn din it-triq lejn il-parti ta’ San Tumas? Minbarra skomdu ta’ trabijiet u inkonvenjenzi oħra, jista’ jara wkoll li issa li suppost kien se jingħata t-tarmac, reġa’ beda t-tħaffir fit-triq għax qed jinstadd id-dranaġġ? Jista’ jara eżatt x’inhuma l-problemi u ġentilment jinformani għax qed nirċievi diversi ilmenti?
Response (BORG, IAN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 20199 tal-istess Seduta.
Operaturi ta’ dgħajjes, coaches u trains tat-turisti — ħlas
Question
Jista’ l-Ministru ġentilment jinnota li s-sidien ta’ dgħajjes tat-turisti, coaches tat-turisti, trains tat-turisti ġew sfurzati jħallsu l-liċenzji dovuti, minkejja li mhux qed jaħdmu u issa qed jintalbu jħallsu nofs il-bolla tal-ħaddiema tagħhom meta dawn ilhom xhur (sħaħ) ma jaqilgħu xejn ħlief joħorġu flus minn ġewwa għax inġenji tal-baħar, l-aktar imma mhux biss, xorta jridu maintenance? Għaliex il-gvern mhux biss m’għenhomx lil dawn l-operaturi imma anqas biss eżentahom milli jħallsu l-liċenzji dovuti kif saru ma’ operaturi oħra fil-qasam tat-turiżmu fejn fost oħrajn anqas liċenzji mhuma jħallsu, li kien pass fid-direzzjoni t-tajba? Hu konxju li dawn se jkunu kaġun li jiddikjaraw falliment jekk jibqgħu sejrin hekk, iħallsu lill-gvern liċenzji meta mhux qed jaħdmu, joħroġu nofs il-bolla tal-ħaddiema u jonfqu eluf ta’ euros f’manutenzjoni, minbarra jonoraw loans li laħaq kellhom u konsegwentament tant u tant ħaddiema jitilfu ħobżhom?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorita’ tat-Trasport għandha l-obbligu sabiex tiġbor il-ħlasijiet li huma dovut lilha. Madankollhu l-Awtorita’ tifhem is-sitwazzjoni finanzjarja tal-mument u qedgħha toffri skema ta ħlas lil dawn l-operaturi. Tajjeb li jingħad ukoll li dan is-suġġett qiegħed taħt konsiderrazzjoni u għaldaqstant meta jkun hemm xi żviluppi naġġornaw lill-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi proġett ta’ housing soċjali fl-inħawi ta’ Triq l-Anzjani l-Imtarfa? Kemm hemm appartamenti ppjanati? Sar xi studju ta’ impatt soċjali qabel ittieħdet id-deċiżjoni? Għal meta hu ppjanat? X’ser isir mill-Mtarfa Drama Group u l-Iscout Groups li jużaw proprjetà pubblika? Jista’ jara li dawn l-għaqdiet tal-lokal jiġu integrati fil-proġett flimkien ma’ sala tal-komunità?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-art in-kwistjoni tinsab fil-proċess li tiġi trasferita lill-Ministeru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal, u dan sabiex tintuża għal skopijiet soċjali.
Għaldaqstant, nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministeru konċernat.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 19712, jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu ċitazzjonijiet ta’ sewqan eċċessiv fis-Central Link (ċjoè l-Bypass il-ġdida li tagħti mill-Imrieħel sa Ħ’Attard) bejn Jannar 2021 u l-15 ta’ Marzu 2021 u mhux fi Triq in-Nutar Zarb kif ġie imwieġeb?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-ispeed camera qegħda fi Triq in-Nutar Zarb ftit il-bogħod. Għaldaqstant ma ngħatat ebda taħrika fil-bypass li qed isemmi.
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 19713, jista’ l-Ministru jgħid jekk hux ser tiġi installata 'speed camera' fis-Central Link (ċjoè l-Bypass il-ġdida li tagħti mill-Imrieħel sa Ħ’Attard) u mhux jekk hux ser titneħħa dik eżistenti fi Triq in-Nutar Zarb kif ġie imwieġeb?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li għadu kmieni wisq biex jiġi stabbilit jekk hemmx bżonn Speed camera fis-Central Link, f’liema parti ta l-imsemijja triq trid tiġi stazjonata, kalkolu tas-sewqan aċċettat u studji relatati oħra. Nfakkar ukoll li l-entità responsabbli mill-ispeed cameras hija LESA.
FIAU – lista ta’ breaches imwettqa bejn l-2013 u l-2018
Question
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 19031, jista' l-Ministru jispjega kif il-lista preżentata ma hemmx inkluża l-multa li tat il-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU) skont l-artiklu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi r-risposta li ingħatat għall-mistoqsija parlamentari 19031 kienet tinkludi lista ta’ breaches li kienu ta’ dominju pubbliku u li għalhekk l-FIAU setgħet tinkludi fir-risposta tagħha għal mistoqsija hawn fuq imsemmija.
Kif diġa kien spjegat fir-risposta, l-informazzjoni li ġiet mogħtija kienet speċifikament tirrelata għal breaches li saru bejn Frar 2015 u Frar 2020, hekk kif kienu pubblikati fuq is-sit elettroniku tal-FIAU. Dan ghaliex minn Frar 2015, il-liġi kienet tippermetti li l-FIAU jippubblika biss informazzjoni dwar penali li jeċċedu Eur1,500 u li ma jkunux appellati (jew, f’kaz ta’ appell, fejn is-sentenza tal-Qorti tkun ikkonfermat id-deċizjoni ta l-FIAU).
Wara emendi fl-2018 it-threshold għall-pubblikazzjoni zdiedet għal Eur10,000 u għalhekk l-FIAU seta jippubblika biss penali li jeċċedu Eur10,000 u li ma jkunux appellati (jew, f’kaz ta’ appell, fejn is-sentenza tal-Qorti tkun ikkonfermat id-deċizjoni ta l-FIAU). Għalhekk, ċertu breaches li ġew identifikati fil-perjodu hawn imsemmi u li kienu għadhom sal-ġurnata li ingħatat ir-risposta għal mistoqsija 19031 taħt appell, ma kienux inkluzi fil-lista ta breaches li ingħatat f’din l-istess risposta. Dan għaliex l- izvelar ta’ din l-informazzjoni kienet tkun waħda li tmur oltre milli tippermetti il-liġi fis-seħħ fil-perjodu Frar 2015 – Frar 2020.
Tajjeb li wieħed jerġa jfakkar illi kull breach li ġiet identifikata mill-FIAU wara Frar 2020 kienet inkluza fil-lista, kemm jekk dik il-breach ġiet appellata jew le. Dan hekk kif permezz tal-emendi fil-liġi ta’ Frar 2020, ċertu restrizzjonijiet fuq il-pubblikazzjoni mil-FIAU ġew imneħħija, inklu¿ dik li kienet tipprojbixxi pubblikazzjoni ta’ breach f’kaz ta’ appell.
MFSA — persuni li kellhom poteri li jikkanċellaw liċenzji
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 18647, jista’ l-Ministru jippreżenta l-kunflitt ta' interessi li kellhom u għandhom l-uffiċjali msemmiha f'dik it-tweġiba, sa minn meta dawn daħlu jaħdmu fl-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) sal-lum? Jista' jippreżenta d-dokumenti mressqa mill-uffiċjali rispettivi dwar il-kunflitt ta' interess tagħhom?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma l-Onor. Interpellant li m’humiex biss l-ufficjali msemmija fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari 18647, li ghandhom l-obbligu li jiddikjaraw kull kunflitt ta’ interess li jista’ jkollhom fuq id-Declaration of Interest Form, imma huma l-impjegati kollha li jaħdmu fl-Awtorita ghas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta li iridu jagħmlu dan.
Dan il-proċess isir biex l-Awtorita’tizgura li ma jkunx hemm konflitti li jistgħu jxekklu l-impjegati tagħha milli jaqdu dmirijiethom b’konformita mal-Liġijiet ta’ Malta.
Pero, dawn l-istess liġijiet ta’ Malta jipprekludu li din l-informazzjoni titqiegħed fuq il-mejda ta’ din il-Kamra peress li l-informazzjoni miġbura fid-Declaration of Interest form hija pproċessata skont Regulament 2016/679 (General Data Protection Regulation – GDPr) u Cap. 586 tal-Liġijiet ta’ Malta (Data Protection Act). Izjed ukoll l-informazzjoni fuq dan il-punt hija ta’ natura kunfidenzjali u sensittiva u għaldaqstant tista’ wkoll tippreġudika l-azzjoni ta' infurzar tal-istess Awtorità
Nixtieq inserraħ moħħ l-Onorevoli Interpellant li l-istruttura tat-teħid tad-deċizjonijiet tal-Awtorità tizgura li l-ebda persuna waħedha ma tista' tinfluwenza d-deċizjoni.
Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta – kanċellazzjonijiet ta’ liċenzji
Question
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 19728, jista' l-Ministru jippreżenta dettalji sħaħ ta' ma' min, x'kien is-settlement, kemm kien, meta sar, min issuġġerieh u min approvah?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba li tiġi provduta hija ta’ natura kunfidenzjali u għalhekk l-Awtorità ma tistax tipprovdi dawn id-dettalji.
Ta’ min wieħed jinnota li f’kull kaz li kien konkluz permezz ta’ “settlement” dejjem ittieħdet xi tip ta’ azzjoni li tvarja minn impożizzjoni ta’ penali amministrattiva jew mizuri oħra.
Informazzjoni rigward kull azzjoni ta’ infurzar meħuda mill-MFSA hija disponibbli pubblikament skont l-Artikolu 16(8) tal-Att dwar l-Awtorità’ għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta u wkoll skont l-Publication policy tal-Awtorità fuq is-sit tal-MFSA.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament intalbet tirriżenja minn membru tal-Bord tal-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU)? Jista’ jgħid meta rriżenjat?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-persuna li qed tirreferi għaliha l-mistoqsija, irrizenjat minn membru tal-Bord tal-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU) minn jeddha.
Id-data tar-rizenja hija 30 ta’ Ottobru 2020.
Dangerous Drug Card – persuni li jieħdu l-Cannabis Mediċinali
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jinforma l-Kamra kemm hemm persuni reġistrati li jieħdu l-Cannabis Mediċinali permezz tad-Dangerous Drug Card?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bħalissa hemm 1377 persuna reġistrata biex tieħu l-Cannabis Mediċinali.
Tista’ l-Ministru tgħid meta se jintefa’ r-ramel il-ġdid fil-Korsa tal-Marsa skont kif kien imwiegħed fl-artiklu li deher fuq is-sit elettroniku ta’ Lovin Malta fis-16 ta’ Marzu 2021 intitolat ‘Marsa Race Track To Get New Gravel After Horse Suffers Horrific Injury’? Kopja tal-artiklu qed tintbagħat separatament.
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-ramel il-ġdid fil-Korsa tal-Marsa se jintefa’ matul din il-ġimgħa.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk hux minnu li hemm ħsieb li l-kwalifika rikjesta għall-warrant ta’ għalliem terġa’ tinżel mil-livell ta’ Masters għal-livell ta’ ċertifikat/diploma kif kien sa ftit snin ilu? Tista’ tgħid hux minnu li dan se jkun ifisser li l-livell tat-taħriġ se jonqos minn 120 għal 60 ECTS, jiġifieri nofs il-livell rikjest sal-lum? Jekk dan huwa minnu, tista’ l-Ministru tgħid jekk din il-bidla fil-policy wara biss tliet snin hijiex nuqqas ta’ viżjoni serja u nuqqas ta’ pjan fit-tul fis-settur edukattiv min-naħa tal-gvern? Tista’ l-Ministru tgħid ma’ min kienu saru l-konsultazzjonijiet u fuq liema bażi ttieħdet id-deċiżjoni, madwar erba’ snin ilu, li biex pajjiżna jagħti l-warrant ta’ għalliem ma kienx għadu suffiċjenti li wieħed jikseb livell ta’ first degree fl-edukazzjoni u ċertifikat imma li kien wasal iż-żmien ta’ Masters Degree? Tista’ tgħid ma’ min saru l-konsultazzjonijiet llum u fuq liema bażi ttieħdet id-deċiżjoni, biex pajjiżna jerġa’ lura għas-sistema li kien hemm tliet snin ilu u konsegwentement jitbaxxa l-livell ta’ ċertifikazzjoni u taħriġ rikjest? Tista’ tgħid x’kien l-effett fuq in-numru globali ta’ studenti mal-fakultà tal-edukazzjoni minn mindu ġiet introdotta l-MTL? Peress li l-Università ta’ Malta kienet ingħatat assigurazzjoni li l-livell ta’ Masters se jkun rikjest bil-liġi biex jinħareġ warrant ta’ għalliem tista’ tgħid jekk dik l-assigurazzjoni ġietx irtirata b’diskussjoni magħhom jew sempliċiment ġewx injorati? Jekk dawn il-ħsibijiet huma minnhom, tista’ tgħid kif din il-policy l-ġdida se tgħin fil-kwalità, l-istatura u r-rispett lejn il-professjonalità tal-għalliema?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Irrid ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma hemm l-ebda bdil fil-policies u ma hemm l-ebda pjan illi jitnaqqas il-livell tat-taħriġ meħtieġ.
Meta kien hemm bdil fil-kriterji tal-
warrant
tal-għalliema, kienet saret konsultazzjoni wiesgħa mal-imsieħba soċjali kollha u kienet saret ukoll konsultazzjoni pubblika fl-2016 intitolata,
Bringing Education into the 21st Century.
Fejn tidħol l-istatistika mitluba fuq in-numru ta’ studenti involuti minn wara li ġiet introdotta l-MLT, appena din l-informazzjoni tiġi miġbura, titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti l-persentaġġ tal-anzjani mlaqqma kontra l-COVID-19 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija, skont l-etajiet li ġejjin b’mod separat;
a. minn 60 sa 69 sena;
b. minn 70 sa 79 sena;
c. minn 80 sa 89 sena; u
d. għal dawk li għandhom 90 sena u iktar?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tabella t’hawn taħt, li qed tindika l-persentaġġ tal-persuni li ġew imlaqqma kontra l-Covid-19 sal-lum.
60-69
70%
70-79
86%
80-89
98%
90 +
99%
Anzjani mlaqqma konta l-Covid-19 li jgħixu fir-residenzi tal-anzjani
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti l-persentaġġ tal-anzjani mlaqqma sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija, li jgħixu fir-residenzi tal-anzjani, mogħtija b’mod separat għal kull dar għaliha?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi 98 fil-mija tar-residenti li jinsabu ġewwa r-Residenza San Vinċenz De Paul kif ukoll 94 fil-mija ta’ dawk li huma residenti u staff f’residenzi ohra tal-anzjani, diġa ġew imlaqqma għal-kontra l-Covid-19
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm kawżi ta’ separazzjonijiet fl-aħħar 10 snin? Jista’ jgħid ukoll kemm persentaġġ minnhom, il-kustodja ta' tfal ingħatat lill-omm u kemm minnhom il-kustodja ta' tfal ingħatat lill-missier? (Ir-referenza tal-kustodja ta' tfal qed tirrifletti fuq il-"main residence".)
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ kawżi ta’ separazzjonijiet ippreżentati fil-Qorti Ċivili (Sezzjoni tal-Familja) fl-aħħar 10 snin kien kif ġej:
Fil-Qorti ta’ Malta u Għawdex ma tinżammx statistika dwar lil min tingħata l-kustodja tat-tfal.
Qorti ta’ MaltaQorti t’Għawdex
SenaKawzi ta’ Separazzjonijiet SenaKawzi ta’ Separazzjonijiet
201011320107
2011134201113
20129620125
20139120135
201410520147
201510720156
2016117201612
201710520176
201811420182
201910920197
202010920206
2021*382021*2
*Sas-7 ta’ April
Jista' l-Ministru jara tistax tiġi rranġata l-anomalija li nqalgħet meta minħabba ż-żieda li ngħatat għall-għoli tal-ħajja, f'ċertu każi wasslet biex dawk li kienu jikkwalifikaw għall-għajnuna tal-mard tilfuha? Jista’l-Ministru jgħid jekk jaqbilx li kieku din iż-żieda ma tiġix ikkonsidrata mad-dħul tal-persuna li tirċeviha?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor Interpellant li t-tweġiba ser tinghata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru, tenut kont tad-diverġenzi fid-deċiżjonijiet għal dak li jirrigwarda l-quantum ta’ kumpens li jingħata, jinforma lill-Kamra jekk hemmx ħsieb li jiġu mfassla linji gwida f’dan ir-rigward?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Tribunali Industrijali – Ġudikanti full-time u professjonisti legali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li jkun hemm riforma fit-Tribunal Industrijali, b’dan li jkun hemm Qorti Industrijali mgħammra b’ġudikanti full-time u professjonisti legali?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.