Ministeru għall-Ugwaljanza, ir-Riċerka u l-Innvoazzjoni — organogramma
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istruttura (organogramma) tas-segretarjat tal-Ministeru u tas-Segretarju Parlamentari (fil-ka¿ li hemm wieħed)? Jista’ l-Ministru jindika kemm minn dawn il-persuni kienu diġà jaħdmu mas-servizz pubbliku u kemm minnhom qed jaħdmu bħala “persons of trust”?
Response (BONNICI, OWEN)
Filwaqt li nitlob lill-Onorevoli interpellanta tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija numru 24070, ninfurmaha li l-għadd ta’ persuni fil-Ministeru li diġà jaħdmu mas-Settur Pubbliku hu ta’ 13, waqt li l-Persons of Trust jammontaw għal 5 full time u 2 part-time.
Ministeru għall-Anzjani u l-Anjzanità Attiva — organogramma
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istruttura (organogramma) tas-segretarjat tal-Ministeru u tas-Segretarju Parlamentari (fil-każ li hemm wieħed)? Jista’ l-Ministru jindika kemm minn dawn il-persuni kienu diġà jaħdmu mas-servizz pubbliku u kemm minnhom qed jaħdmu bħala “persons of trust”?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Waqt li nitlob lill-Onorevoli Interpellant tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija numru 24070, ninfurmaha li l-għadd ta’ persuni fil-Minsteru li diġa’ jaħdmu mas-Settur Pubbliku hu ta’ 8, waqt li l-Persons of Trust jammontaw għal 8.
Is-Siġġiewi – Triq Santa Margerita – sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku
Question
Tista' l-Ministru tara li permezz tal-Enemalta tittranġa s-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku fi Triq Santa Margerita s-Siġġiewi hekk kif qed ikun hemm numru ta' istanzi fejn il-vultaġġ ikun baxx, u istanzi oħrajn fejn jinqata' d-dawl?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Enemalta qiegħda tagħmel it-tisħiħ meħtieġ fis-sistema tad-distribuzzjoni li jaffettwa Triq Santa Margerita. Dawn ix-xogħlijiet mistennija jitlestew matul il-jiem li ġejjin
Ministeru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli — grants/sponsorships/donations/kontribuzzjonijiet
Question
Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsijiet parlamentari 23290 u 23122 u tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa ta' grants/sponsorships/donations/kontribuzzjonijiet simili li saru fis-snin 2019 u 2020 u fis-sena 2021 sa issa mill-Ministeru, id-Dipartimenti u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtha? F'kull każ tista' tgħid liema kienet l-entità li għamlet/tat il-grants/sponsorships/donations/kontribuzzjonijiet simili, kemm kien l-ammont, min kien il-benefiċjarju u x'kienet ir-raġuni għalxiex ingħatat?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Ekonomija u l-Industrija — grants/sponsorships/donations/kontribuzzjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 23288 u 23120 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa ta' grants/sponsorships/donations/kontribuzzjonijiet simili li saru fis-snin 2019 u 2020 u fis-sena 2021 sa issa mill-Ministeru, id-Dipartimenti u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? F'kull każ jista' jgħid liema kienet l-entità li għamlet/tat il-grants/sponsorships/donations/kontribuzzjonijiet simili, kemm kien l-ammont, min kien il-benefiċjarju u x'kienet ir-raġuni għalxiex ingħatat?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li biex tingabar l- informazzjioni korretta min għand l-entitajiet kollha huwa meħtieg iktar hin u għalhekk it-twegiba tinghata f’seduta ohra.
Jista’ l-Ministru jindika dawk id-Djar Residenzjali Privati li għandhom kumitat konsultattiv fejn primarjament jiġu diskussi l-fehmiet u l-opinjonijiet tar-residenti ta’ dawn id-Djar?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, li 15-il Dar Residenzjali Privata għandha kumitat konsultattiv fejn primarjament jiġu diskussi l-fehmiet u l-opinjonijiet tar-residenti ta’ dawn id-Djar. Dawn huma Casa Antonia, Casa Arkati, Casa Francesco, Casa Marija, Casa Paola, Casa San Paolo, Casa Serena, Dar Pinto, Golden Care, Residenza San Ġużepp, Roseville, Simblija, St. Elizabeth, Villa Messina u Zammit Clapp.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18260 u jindika issa kemm hemm social workers li jaħdmu fil-qasam tal-anzjani u fejn qegħdin jagħtu s-servizz tagħhom? X’inhija l-lista ta’ stennija fil-preżent biex l-anzjani jirċievu dan is-servizz?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-preżent hemm disa’ social workers li jaħdmu fil-qasam tal-anzjani.
Is-social workers jagħtu servizz fil-komunità lil dawk l-anzjani li għadhom jgħixu fil-kommunità u kif ukoll lil dawk l-anzjani li qed jgħixu fid-djar tal-anzjani u li għaddejjin minn problemi soċjali.
Fil-preżent m’hemmx lista ta’ stennija biex anzjani jirċievu dan is-servizz.
Billi s-sena l-oħra ngħataw madwar 8,000 ċitazzjoni fuq persuni li nqabdu jużaw il-mobile phone waqt li kienu qed isuqu, jista’ l-Ministru jindika kemm hija l-multa medja mogħtija lil kull persuna li nstabet ħatja b’dan ir-reat?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għall-provedimenti fit-Tieni Skeda tal-Ordinanza dwar it-Traffiku, Kap. 65 tal-Liġijiet ta’ Malta.
Jista’ l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex ikun hemm traffic lights speċjalment fi Triq il-Qaliet, Marsaskala, billi ta’ spiss ċerti sewwieqa jgħaddu b’veloċità minn din it-triq traffikuża?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-onorevoli interpellant, illi fi Triq il-Qaliet Marsaskala hemm 3 settijiet ta’ zebra crossings (bil-belisha lights) u 2 settijiet ta’ pelican crossings (bil-pelican lights). Din it-triq ghandha approvazjoni għal posted speed limit ta 50km/h. Normalment il-lights jintużaw biex jaqsmu n-nies filwaqt li jidher li l-issue msemmija, hija dik ta’ velocita’ qawwija. Għaldaqstant peress li din hija triq li taqa' taħt ir-responsabilta’ tal-kunsill lokali, l-Awtorita’ ser tkun qed tikkomunika mal-kunsill sabiex tara x’hemm bżonn isir.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23600 u jgħid kemm tħallset taxxa fuq dħul ta’ pensjonijiet fis-snin 2018-2020?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li pensjonijiet sal-ammonti indikati fit-tabella ta’ hawn taħt ma jeħlu ebda taxxa.
Sena Ba¿i
Persuna Waħidha
Ġenitur
Mizzewġin
2017
€10,500
€11,500
€13,000 + €500 fuq dħul ieħor
2018
€13,200
€13,200
€13,200 + €1,000 fuq dħul ieħor
2019
€13,434
€13,434
€13,434 + €1,000 fuq dħul ieħor
2020
€13,798
€13,798
€13,798 + €2,000 fuq dħul ieħor
2021
€14,058
€14,058
€14,058 + €3,600 fuq dħul ieħor
Fl-eventwalità li xi parti tal-pensjoni teċċedi l-ammonti mnizzla fit-tabella, din ti¿died mal-kumplament tad-dħul tal-persuna u tiġi ntaxxata globalment. Għal din ir-raġuni mhuwiex possibbli li tiġi kkalkulata t-taxxa fuq pensjoni separatament.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23599 u jgħid kemm mit-taxxa li tħallset fl-ewwel tliet kwarti ta’ din is-sena tikkonsisti fi ġbir ta’ arretrati u kemm minnha hija taxxa dovuta din is-sena?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minn €2,265,460,909 miġbura sat-tielet kwart tal-2021, €200,669,159 huma f’arretrati. Madankollu, it-taxxa tad-dħul dovuta għas-Sena Ba¿i 2021 għad trid tinħadem skont id-dikjarazzjonijiet li jsiru matul is-Sena ta’ Stima 2022.
Miżuri tal-COVID-19 — taxxa dovuta illi ġiet deferred
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23598 u jgħid kemm kien l-ammont ta’ taxxa dovuta fl-2020 illi ġiet “deferred” bħala waħda mill-miżuri tal-COVID-19 u kemm minn dik it-taxxa tħallset fis-sena 2021?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ammont ta’ VAT dovuta għal perjodu ta’ dikjarazzjoni bejn il-15 ta’ Marzu 2020 sal-31 ta’ Diċembru 2020, u li kien eliġibbli għad-deferral scheme, kien ta’ €353,707,279.87. Minn dan l-ammont, sad-29 ta’ Diċembru 2021, tħallas l-ammont ta’ €301,696,334.22.
L-ammont ta’ taxxa dovuta fuq dħul li sar matul l-2020, u li kien eliġibbli għad-
deferral scheme
, għadu ma ġiex stabbilit, peress li l-ipproċessar tal-formoli tat-taxxa tal-kumpaniji għas-Sena ta’ Stima 2021, li sar fil-bidu ta’ Diċembru 2021, għad irid jiġi konkluz.
Kumpaniji reġistrati Malta — Minimum Corporate Tax ta’ 15% - impatt
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23597 u jindika kemm-il kumpanija jew grupp ta’ kumpaniji reġistrati Malta jistgħu jiġu impattati f’każ li tidħol fis-seħħ il-Minimum Corporate Tax ta’ 15% kif imfissra mill-OECD? Jista’ jindika kemm ħallsu taxxa f’Malta dawn il-kumpaniji bejn l-2018 u l-2020 wara li jiġi mnaqqas il-6/7th refund f’idejn l-azzjonisti?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li sad-data ta’ l-informazzjoni miġbura (09/12/2021), kien hemm 228 gruppi ta’ kumpaniji reġistrati Malta li jistgħu jiġu impattati mill-Minimum Corporate Tax ta’ 15% kif imfissra mill-OECD.
L-ammont ta’ taxxa ddikkjarata jew mħallsa mill-kumpaniji li jiffurmaw parti minn dawn il-gruppi wara li jiġi mnaqqas is-6/7th refund f’idejn l-azzjonisti kien ta’ €73,687,236 għas-sena bazi 2018 u €114,290,324 ghas-sena bazi 2019. Peress li d-data tal-għeluq għas-sottomissjoni tal-formoli tat-taxxa għas-sena bazi 2020 kien l-1 ta’ Diċembru 2021, għadu kmieni biex tinġabar l-informazzjoni sħiħa fuq it-taxxa għal dan il-perjodu.
Il-figuri attwali msemmija mhux kollha tħallsu fil-munita Ewro. Fejn dawn kienu mħallsa f’munita ohra, il-figuri ġew maqluba għall-ammont ekwivalenti f’Ewro bir-rata medja tal-kambju għas-snin rispettivi kif maħruġin mill-Bank Ċentrali ta’ Malta.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23596 u jagħti rendikont ta’ kemm ġew jiswew f’termini finanzjarji l-miżuri relatati mal-pandemija COVID-19 fis-sena 2020 u 2021, miżura b’miżura?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni mal-AirMalta u mal-kumpaniji relatati bejn l-2013 u l-2021?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta’ persuni full-time u part-time li ġew impjegati u n-numru ta’ persuni full-time u part-time li l-impieg tagħhom ġie tterminat mal-Air Malta bejn l-2013 u l-2021 huwa kif jidher fit-tabella hawn taħt:
Sena
Impjegati
Terminati
2013
154
137
2014
199
190
2015
148
138
2016
132
115
2017
117
95
2018
251
202
2019
250
155
2020
40
139
2021
3
120
Jista’ l-Ministru jgħid x'lezzjonijiet qiegħed jingħataw tfal li qegħdin kwarantina meta l-maġġoranza tat-tfal ikunu qegħdin l-iskola? Jista’ jgħid kemm hemm tfal li mhux jieħdu lezzjonijiet u għalxiex?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Infurmat li t-tfal li qegħdin kwarantina meta l-maġġoranza tat-tfal ikunu l-iskola jistgħu jagħmlu użu mill-pjattaforma diġitali fejn ikollhom aċċess għall-materjal fejn provdut mill-għalliema tagħhom. In-numru ta’ tfal li ma jeħdux lezzjonijiet ivarja minn ġurnata għal oħra minħabba assenzi mill-iskola għal raġunijiet varji.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm huwa l-persentaġġ ta' minuri f'Malta li tlaqqmu kontra l-COVID-19?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi f’pajji¿na sas-26 ta’ Jannar, ngħataw 17,953 do¿i tal-vaċċin kontra l-Covid-19 lil tfal ta’ bejn l-5 u l-11 il-sena li minnhom 5,069 ħadu it-tieni do¿a.
Studenti f’livell terzjarju mlaqqma kontra l-COVID-19 — persentaġġ
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'inhuwa l-persentaġġ ta' studenti f'livell terzjarju li tlaqqmu kontra l-COVID-19?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi f’pajji¿na sas-26 ta’ Jannar, ngħataw 164,548 do¿i tal-vaċċin kontra l-Covid-19 lill-persuni bejn it-16 u d-29 sena, li minnhom 81,029 ħadu t-tieni do¿a.
Ninfurmah ukoll illi 46,082 persuni bejn it-18 u d-29 sena diġa ħadu l-
booster
. Nfakkru li l-
booster
sa issa qed tingħata lil dawk il-persuni minn 18 il-sena l-fuq.
COVID-19 – persuni li ma ħadux il-booster – persentaġġ
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid il-persentaġġ ta' dawk il-persuni illi ma ħadux il-booster iżda ħadu ż-żewġ vaċċini oriġinali?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi sas-26 ta’ Jannar, 97 fil-mija tal-persuni minn 12 il-sena l’fuq ħadu ¿-¿ewġ do¿i tal-vaċċin kontra l-Covid-19. Minn dawk il-persuni li huma eliġibbli għal-booster, iġifieri persuni minn 18 il-sena l-fuq, 76 fil-mija diġa ħadu l- booster.