Legislature:
Category:
Reset
Active:

Barklori reġistrati u liċenzjati

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm hemm barklori reġistrati u liċenzjati u jekk humiex jiġu mħallsa skont il-liġi?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Awtorità tat-Trasport li skont ir-reġistru tad-dgħajjes kummerċjali, hemm 28 dgħajsa tal-pass irreġistrata b’mod kummerċjali u 23 operatur li joperaw dawn it-tip ta’ dgħajjes.

Żejtun – persuni li bbenefikaw mis-sussidju fuq il-kirjiet

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm persuni bbenefikaw matul is-sena li għaddiet 2020 fiż-Żejtun mis-sussidju fuq il-kirjiet u kemm kienet l-ispiża?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-sena 2020 ibbenefikaw 124 familja miż-Żejtun mis-sussidju fuq il-kirjiet. L-ispiża kienet ta’ €262,995.16.

Raħal Ġdid – Ġnien il-Mediterran

Question

Jista’ l-Ministru jieħu ħsieb li Ġnien il-Mediterran f’Raħal Ġdid jiġi kkurat, is-siġar jiġu miżbura u jkunimnaddaf u jkun hemm sorveljanza fl-istess post?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Wied il-Għajn – persuni li bbenefikaw mis-sussidju fuq il-Kirjiet

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm persuni bbenefikaw matul is-sena li għaddiet 2020 f’Wied il-Għajn mis-sussidju fuq il-kirjiet u kemm kienet l-ispiża?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-sena 2020 ibbenefikaw 135 familja minn Wied il-Għajn mis-sussidju fuq il-kirjiet. L-ispiża kienet ta’ €256,689.28.
Leg 13 PQ #20228 Sitting 447 2021-04-13 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

MCCAA – rapport tal-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni dwar tariffi tal-banek kummerċjali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18067 u jispjega x'kien l-eżitu tal-ittra li ddikjara li ser jikteb fis-27 ta' Ottubru 2015 lill-Awtorità Maltija tal-Kompetizzjoni u Affarijiet tal-Konsumatur wara r-rapport tal-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni dwar it-tariffi tal-banek kummerċjali tat-28 ta' Lulju 2015? Xi progress ġie reġistrat sabiex ikun hemm aktar trasparenza fit-tariffi tal-banek kummerċjali u imgħaxijiet fuq self ikunu aktar in linea mal-Medja Ewropea? Jista’ jiddikjara jekk hux sodisfatt bil-progress li ġie reġistrat s'issa sabiex l-imgħaxijiet fuq is-self ikunu skont il-Medja Ewropea u x'beħsiebu jagħmel sabiex dan il-għan jintlaħaq?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi wara l-komunikat mill-Ex Ministru Edward Scicluna, l-MFSA flimkien mal-Bank Ċentrali fl-2015, kellhom laqgħat regolari mal-MCCAA dwar ir-rati tal-imgħax tal-bank. L-MCCAA eventwalment ippubblikat ir-rapport li hu disponibbli pubblikament fuq is-sit tal-MCCAA. L-MFSA pprezentat wkoll rapport lill-MCCAA fuq tariffi tal-banek. Dan kien rapport numru 5654 fis-seduta plenarja Nru 299 tat-12 ta’ Ottubru 2015. Dan ir-rapport hu disponibbli pubblikament fuq is-sit tal-Parlament. Tul dawn is-snin sar progress billi l-Gvern għen biex inaqqas l-ispejje¿ ta imgħax fuq self lin-negozji. Dan għamlu billi ħeġġeġ lill-banek Maltin jipparteċipaw fi skemi, bħal Jeremie u Jamie, b’finanzjament mill-Bank Ewropew tal-Investiment u mill-Fond Ewropew tal-Investiment, b’rati tal-imgħax vantaġġjuzi biex ikunu jistgħu jagħtu self lill-negozji Maltin b’imgħax sa aktar minn tnejn fil-mija anqas mir-rati ta self li jkunu applikabbli. Apparti dawn l-iskemi, il-Gvern waqqaf Il-Bank Malti għall-Izvilupp bl-iskop li dan jidħol ukoll f’arranġamenti mal-banek Maltin sabiex isir self b’kundizzjonjiet aktar vantaġġjuzi, fosthom bi tnaqqis fir-rati tal-imgħax. Il-Bank Malti ghall-Izvillupp diġà qed jislef b'rati ta' 0% għall-ewwel sentejn tas-self, u b’rati oħra mnaqqsa. Mill-2015 sa Novembru 2020, il-banek lokali, inkluz Il-Bank Malti ghall-Izvillupp, approvaw b’kollox self ta madwar €565 miljun b’rati ta imgħax vantaġġjuzi, filwaqt li l-Bank Malti għall-Izvillupp għad jista jislef sa kwazi €390 miljun oħra b’dawn ir-rati vantaġġjuzi.

Faċilità Korrettiva ta' Kordin — Membri tal-Monitoring Board

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17693 u jindika min huma l-membri tal-Monitoring Board tal-Ħabs ta' Kordin, kemm-il darba u fejn ltaqgħu fis-sena 2020, x'rimunerazzjoni jirċievu u x'passi ħadu sabiex jinvestigaw l-allegazzjonijiet serji li qed isiru dwar it-tmexxija tal-istess ħabs ta' Kordin ?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Il-bord li qed jirreferi għalih iltaqa’ ħames darbiet fl-2020. Dan fid-dawl tal-pandemija li ħasdet lil pajjiżna u r-restrizzjonijiet kollha li ġabet magħha. Il-bord normalment jitlaqqa fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, li waqt il-bidu tal-pandemija għamel ġimgħat twal b’ numru ta’ restrizzjonijiet interni bil-għan ewlieni li jipproteġi lir-residenti tal-Faċilità.
Leg 13 PQ #20230 Sitting 447 2021-04-13 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Unjoni Ewropea – Skema Sure – self lill-Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'inhi r-rata ta' imgħax fuq is-self għal ħmistax-il sena li Malta għadu kemm akkwista mill-U.E. taħt l-iskema SURE? Jista' jispjega kif ser jintużaw il-€244 m li s'issa ġew mislufa taħt din l-iskema s'issa? Hemm xi pjanijiet li Malta tissellef aktar taħt din l-iskema?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi fis-16 ta’ Marzu 2021, Malta rċeviet mill-Kummissjoni Ewropea €123 miljun nominali f’self għall-perjodu ta’ 15-il sena b’rata ta’ mgħax vantaġġuza bħala assistenza finanzjarja taħt l-istrument SURE. Aktar dettalji dwar dan is-self jinsabu fit-tabella li tidher hawn taħt: Self għall-perjodu ta’ 15-il sena Ammont Nominali €123,000,000 Kupun 0.20% Rendiment 0.228% Din it-transazzjoni ġiet ukoll imħabbra fi Stqarrija għall-Istampa maħruġa fis-16 ta’ Marzu, 2021 mill-Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol. Dan is-self serva sabiex iffinanzja parzjalment iz-zieda fl-ispiza pubblika relatata ma nfieq sabiex ikunu salvagwardjati l-impjiegi. Fil-konkret dan jinkludi parti mill-ispiża fuq is-Suppliment tal-Paga, kif ukoll il-benefiċċji temporanji għall-ġenituri, persuni b’diżabilità u l- benefiċċju mediku. S’issa ġew allokati u mislufa €244 miljun nominali b’rabta mal-implimentazzjoni tad-deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew dwar it-twaqqif tal-Istrument Ewropew għall-Appoġġ Temporanju biex jitnaqqsu r-riskji tal-qgħad f'emerġenza (SURE) marbuta mal-imxija tal-Covid-19. Matul Marzu 2021, il-Gvern issottometta applikazzjoni oħra ta’ self sabiex jiffinanzja parzjalment l-estensjoni tas-suppliment tal-paga li tħabbret mill-Gvern nhar id-9 ta’ Marzu.
Leg 13 PQ #20231 Sitting 447 2021-04-13 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Fondi Strutturali u Fondi ta’ Koezjoni Ewropej

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intużaw Fondi Ewropej f'Għawdex taħt il-programm ta' Fondi Strutturali u Fondi ta' Koeżjoni Ewropej 2014-2020, sena b'sena? Kemm baqa' fondi minn dan il-programm x'jintefqu fis-snin li ġejjin?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Leg 13 PQ #20232 Sitting 447 2021-04-13 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – Fondi Strutturali u Fondi ta’ Koeżjoni Ewropej

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intużaw Fondi Ewropej mill-Ministeru għal Għawdex taħt il-programm ta' Fondi Strutturali u Fondi ta' Koeżjoni Ewropej 2014-2020, sena b'sena? Kemm baqa' fondi minn dan il-programm x'jintefqu fis-snin li ġejjin?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 13 PQ #20233 Sitting 447 2021-04-13 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għal Għawdex

Marsalforn – Turġien li jagħtu mit-Triq ta’ Barda għal Triq Santa Marija – aċċessibilità għall-anzjani u persuni b’diżabilità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'sar s'issa fir-rigward tal-aċċessibilita' għall-anzjani u persuni b’diżabilità għat-turġien li jagħtu mit-triq ta' Barda għal Triq Santa Marija, Marsalforn wara li saret il-mistoqsija numru 17170?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’għandix xi nżid mat-tweġiba li kont tajt fil-mistoqsija parlamentari numru 17170.

Covid-19 — Pjan ta' rollout

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20164, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjan maqbul mal-esperti tas-saħħa, kif imsemmi fir-risposta?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi qed inpoġġi kopja tal-Covid-19 Vaccination Strategy kif mitlub fuq il-Mejda tal-Kamra.

Covid-19 — Amministrazzjoni tal-Vaċċin Pfizer

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20165 u jgħid kemm ġie amministrat vaċċin tat-tip Pfizer ġimgħa b’ġimgħa minn meta wasal Malta: i. lil persuni ta’ ‘l fuq minn 80 sena; ii. lil persuni ta’ bejn is-70 u d-79 sena; iii. lil persuni ta’ bejn is-60 u 69 sena; iv. lil persuni vulnerabbli (u jispecifika liema kundizzjonijiet); v. lil frontliners (u jispeċifika liema); vi. lil persuni oħra li ma jaqgħux taħt dawn il-kategoriji u jispeċifika x’inhi r-raġuni?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi sal-11 t’April ta’ din is-sena ngħataw 166,244 do¿i tal-vaċċin Comirnaty.

Covid-19 — Amministrazzjoni tal-Vaċċin Astrazeneca

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20166 u jgħid, sas-16 ta’ Marzu 2021, kemm ġie amministrat vaċċin tat-tip AstraZeneca ġimgħa b’ġimgħa minn meta wasal Malta: i. lil persuni ta’ bejn il-50 u l-65 sena; ii. lil persuni vulnerabbli (u jispeċifika liema kundizzjonijiet); iii. lil frontliners (u jispeċifika liema); iv. lil persuni oħra li ma jaqgħux taħt dawn il-kategoriji u jispeċifika x’inhi r-raġuni?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi sal-11 t’April ta’ din is-sena ngħataw 68,147 do¿i tal-vaċċin Vaxzevria.

Proċess ta’ visa għal nurses barranin li jaħdmu mas-settur privat u l-knisja

Question

Filwaqt li huwa pass tajjeb ħafna li ntlaħaq ftehim bejn il-Union tan-Nurses (MUMN) u l-Gvern biex jitħaffef il-proċess ta’ visa minn nurses barranin li japplikaw biex jaħdmu mal-Gvern, jaħsibx il-Ministru li dan il-proċess għandu jiġi estiż wkoll għan-nurses barranin li jiġu jaħdmu mas-settur privat u tal-knisja li wkoll qed jagħtu kontribut mhux żgħir fil-qasam tas-saħħa f’pajjiżna? Jaħsibx il-Gvern li tkun ħaġa tajba jekk il-ftehim milħuq biex jitħaffef proċess ta’ visa, working permit, permess ta’ residenza u ħlas imnaqqas jiġi estiż għan-nurses barranin kemm li jiġu biex jaħdmu mal-Gvern kif ukoll mal-knisja u mal-privat?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor Interpellant li d-diskussjonijiet fuq din il-proposta mal-istakeholders prinċipali għadhom għaddejjin

Pussess sempliċi għall-użu personali tal-kannabis – persuni li tressqu l-Qorti u weħlu sentenza

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li tressqu l-Qorti u weħlu sentenza ta' ħabs fuq pussess sempliċi (għall-użu personali - 3.5gr) tal-kannabis mill-2015 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor.Interpellanta biex tirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20350.

Persuni mressqa quddiem il-Kummissarju tal-Ġustizzja li dehru quddiem id-Drug Offenders Rehabilitation Board

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li tressqu quddiem il-Kummissarju tal-Ġustizzja u dehru quddiem id-Drug Offenders Rehabilitation Board flok marru l-ħabs?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninformla lill-Onor Interpellant li ninsab infurmat li n-numru ta’ persuni li tressqu quddiem il-Kummissarju tal-Ġustizzja u wara dehru quddiem id-Drug Offenders Rehabilitation Board, bejn is-sena 2016 u s-sena 2021, jammonta għal 128. Infakkar lill-Onorevoli interpellanta li dan seta’ kien possibbli wara emenda fil-liġi li daħħal dan il-Gvern fl-ewwel leġiżlatura tiegħu fejn kien mexxa bidla fil-liġijiet li jirriformaw iktar milli jikkastigaw lill-persuna. Illum il-Gvern jinsab fi stadju ieħor biex ikompli jibni fuq l-istess emendi, anke biex ma jkunx hemm ċirkostanzi fejn diversi persuni baqgħu jiġu arrestati u meħuda d-Depot għall-interrogazzjoni fuq pussess ta’ inqas minn 3.5 grammi ta’ kannabis. Tali ċirkostanzi, li ħafna drabi kienu inġusti ladarba qed nitkellmu fuq xi ħaġa li mhux se twasslek sal-Qorti, issa se tkun qed issir xi ħaġa tal-passat. Bil-pubblikazzjoni tal-White Paper dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis, il-Gvern għandu l-għan li jara li persuna li tinqabad b’ammont inqas minn 7 grammi ta’ kannabis ma tkunx suġġetta għal xi proċeduri kriminali jew ġudizzjarji. Dan hu biss wieħed mill-prinċipji ta’ din il-White Paper li bħalissa għaddejja diskussjoni dwarha. Filwaqt li b’ebda mod ma rridu nħeġġu l-użu tal-kannabis u għandna nżidu l-edukazzjoni, is-suġġett hu importanti li bħala soċjetà ma ngħalqux għajnejna għar-realtajiet li jeżistu u nindirizzawhom b’mod responsabbli.

Persuni l-ħabs minħabba pussess sempliċi għall-użu personali tal-kannabis

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni fil-ħabs minħabba pussess sempliċi (għall-użu personali - 3.5gr) tal-kannabis mill-2015 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferi lill-Onor Interpellanta għall-mistoqsija parlamentari 20350.

Wied il-Għajn – Triq — permessi

Question

Jista’ l-Ministru ġentilment jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-permessi meħtieġa mill-Awtorità tal-Ipjannar tat-triq li qed tinfetaħ minn ġo art xagħri min-naħa tal-Jerma li tispara dritt għal Triq il-Qaliet, Wied il-Għajn?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil Onor. Interpellant li skont ma ninsab infurmat, din it-triq hija skedata fil-Pjanijiet Lokali, infatti Infrastructure Malta kienet teħtieġ biss Road Works Permit li nkiseb qabel bdew ix-xogħlijiet u jġib in-numru TRWP4-0088/21.

Katavru ta’ vittma

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta l-katavru tal-vittma li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li ġie maqtul fi qtil razzista sentejn ilu, se jiġi rritornat lill-familja fil-Kosta tal-Avorju u dan fid-dawl li l-familja qed issostni li l-ġisem kellu jintbagħat f’Marzu 2020?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lil Onor Interpellant li kien sar rikors għar-rilaxx tal-katavru, liema talba ġiet milqugħa mill-Maġistrat fis-16 ta’ Lulju 2019.