Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #20252 Sitting 448 2021-04-14 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Ishma u Assi mibjugħa mill-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kienu l-ishma u l-assi li nbiegħu mill-Gvern kull sena mill-2013 sal-lum? Jista’ jgħid kemm daħħal flus il-Gvern minn kull wieħed minn dawn l-ishma u assi?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellent li matul is-snin imsemmija, id-dħul li ġie rreġistrat fil-Fond Konsolidat mill-bejgħ ta’ isħma kien mill-Malta Public Transport Service Ltd, li kienet involuta fit-tranzizzjoni bejn l-operatur preċedenti tas-sevizz pubbliku, u dak li hemm bħalissa. Għalkemm il-bejgħ sar permezz ta’ kuntratt f’Dicembru 2014, l-ammonti dovuti daħlu u ser ikomplu jidħlu fil-Fond Konsolidat tul numru ta’ snin; sa issa Eur 700,000 fl-2015, u Eur 888,888 kull sena fis-snin 2016, 2017, 2018, 2019 u 2020.
Leg 13 PQ #20272 Sitting 448 2021-04-14 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – ħaddiema taħt il-Permanent Secretary

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 16999 u 18174 u jgħid kemm kien hemm, u fil-preżent kemm hemm persuni li jaqgħu taħt ir-responsabilità tas-Segretarju Permanenti fil-Ministeru għal Għawdex li huma impjegati bħala Consultants, Persons of Trust, Position of Trust, Contract for Service , Customer Care Representatives OPM jew b'Direct Order sena b'sena u xahar b'xahar mill-10 ta' Marzu 2013 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li llum hemm persuna waħda li qiegħda abbażi ta’ person of trust basis u li taqa’ mas-Segretarju Permanenti.
Leg 13 PQ #20275 Sitting 448 2021-04-14 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – L-Għarb – Triq Franġisk Portelli – perit inkarigat mix-xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min kien il-perit (isem u kunjom) inkarigat mix-xogħol li sar fuq Triq Franġisk Portelli fl-Għarb, Għawdex, u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja taċ-ċertifikat tax-xogħol li sar fuq din il-parti tat-triq u li ġie rilaxxat mill-perit inkarigat? Jista’ jgħid ukoll jekk sarux quality control tests u jekk iva minn min saru, meta saru u jpoġġihom fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista’ jgħid jekk sarux quantity surveyor reports fuq ix-xogħol li sar?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Perit inkarigat huwa uffiċjal tal-Ministeru għal Għawdex.

Public Broadcasting Services Ltd – Public Service Obligation Agreement

Question

Jista' l-Ministru jispjega xi proċedura ntużat sabiex ġie konkluż il-Public Service Obligation Agreement mal-Public Broadcasting Services Ltd? Jista' jpoġġi kopja tal-ftehim fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor Interpellant li dwar il-PSO saru diskussjonijiet li kienu jinvolvu lill-Ministeru tal-Finanzi u l-Bord ta’ Sorveljanza fuq Għajnuna Mogħtija mill-Istat.

Public Broadcasting Services Ltd — riforma

Question

Jista' l-Ministru jispjega fiex jikkonsisti l-programm ta' riforma li tħabbar li pprepara l-bord tal-Public Broadcasting Services Ltd fl-1 ta' April 2021? Jista' jpoġġi kopja ta' dan il-programm fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (ABELA, CARMELO)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-operat tal-Public Broadcasting Services Limited, kemm bħala kumpanija u kif ukoll bħala xandir pubbliku huwa wieħed awtonomu mill-Gvern. Il-pjan ta’ riforma mħejji mill-Bord huwa wieħed kunfidenzjali peress illi jikkontjeni informazzjoni li hija kummerċjalment sensittiva.

Public Broadcasting Services Ltd – Chairman eżekuttiv

Question

Jista' l-Ministru jagħti dettalji ta' kif intgħażlet il-persuna li nħatret bħala Chairman Eżekuttiv tal-Public Broadcasting Services Ltd fl-1 ta' April 2021? X'esperjenza għandha din il-persuna fil-qasam tax-xandir? X'remunerazzjoni u benefiċċji għandha din il-persuna u għalkemm hu twil il-kuntratt ta' ingaġġ tagħha? X'tibdiliet oħra saru fl-istess data fil-Bord tad-Diretturi tal-Public Broadcasting Services Ltd li kien ilu biss seba' xhur ikkostitwit?

Response (ABELA, CARMELO)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant illi kif ġara tul dawn l-aħħar snin u taħt amministrazzjonijiet differenti, il-Gvern bħala azzjonista jaħtar id-diretturi, fosthom Chairperson biex imexxu il-kumpanija Public Broadcasting Services Limited. Dwar l-irwol eżekuttiv ta’ Chairperson, dan l-irwol jingħata mill-Bord tad-Diretturi stess u mhux mill-Gvern. L-informazzjoni l-oħra mitluba tirrelata direttament mal-operat ta’ kumpanija kummerċjali u għaldaqstant hija waħda kummerċjalment sensittiva. Ma kien hemm l-ebda tibdil ieħor fil-Bord tad-Diretturi.

Public Broadcasting Services –ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fl-aħħar għaxar snin, kemm ingħataw career breaks, secondments jew opportunitajiet lill-ħaddiema tal-Public Broadcasting Services Ltd sabiex iwettqu xogħol ma entitajiet governattivi, entitajiet pubbliċi, kumpaniji privati jew bnadi oħra? Meta ngħataw dawn l-opportunitajiet, sena b'sena? Għal kemm tul ta' żmien? Kemm kien hemm minn dawn l-individwi li rritornaw lura mal-Public Broadcasting Services Ltd?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Talbiet għal career breaks jew secondments

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet għal career breaks jew secondments li ma ġewx milqugħa fl-aħħar 8 snin? Għal liema raġuni dawn it-talbiet ma ġewx milqugħa?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

COVID-19 – vaċċin lill-impjegati ta’ kumpanija

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jikkunsidra li jiġu vaċċinati s-Sales and Customer agents tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament billi dawn kontinwament huma f’kuntatt mal-klijenti fid-diversi fergħat li għandhom f’Malta u Għawdex? Nitlob lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa ġentilment japprezza li kull klijent li jmur għandhom jiġi mitlub l-ID card tiegħu u ħafna drabi l-klijenti jkollhom jiffirmaw ukoll fuq apparat elettroniku li wara jintuża mill-istess staff u allura qegħdin f’riskju akbar? Billi dan is-servizz ġustament ma waqafx anqas fil-lockdown għax hu servizz essenzjali, ma jaħsibx il-Ministru li dawn il-ħaddiema għandhom jingħataw protezzjoni permezz tal-vaċċin fl-aqsar żmien possibbli? Jista’ jikkunsidra wkoll li mal-istaff li jaħdmu fil-fergħat ta’ din il-kumpanija, jiġu vaċċinati wkoll it-technicians tagħhom, li jagħmlu ġranet sħaħ jiġru minn dar għall-oħra jagħmlu installazzjonijiet u tiswijiet? Billi kellmuni diversi ħaddiema li jaħdmu ma’ din il-kumpanija u billi jien infurmat li anki t-tmexxija ta’ din l-istess kumpanija jidher li għamlu din it-talba, jista’ jikkunsidra din it-talba?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi preżentament qed niffokaw fuq it-tilqim tan-nies skont l-età u dawk li huma vulnerabbli. Is-sekwenza ta’ tilqim qed issir skont il-pjan maqbul mal-esperti tas-saħħa. Il-proċess għadu għaddej.

Ministeru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur — direct orders lil kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jelenka kull kuntratt, inkluż direct orders jew simili, mogħtija minn kull entità fi ħdanu lill-kumpanija lid-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-2019 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza? Jista’ għal kull każ, jagħti l-ammont, data u minn min kien approvat?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma ingħata l-ebda direct order jew simili lill-kumpanija msemmija.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi — direct orders lil kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jelenka kull kuntratt, inkluż direct orders jew simili, mogħtija minn kull entità fi ħdanu lill-kumpanija lid-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-2019 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza? Jista’ għal kull każ, jagħti l-ammont, data u minn min kien approvat?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li li t- tweġiba min-naħa tal- Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi hija fin-negattiv.

Ministeru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza — Direct orders lil kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jelenka kull kuntratt, inkluż direct orders jew simili, mogħtija minn kull entità fi ħdanu lill-kumpanija lid-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-2019 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza? Jista’ għal kull każ, jagħti l-ammont, data u minn min kien approvat?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-ebda entità jew dipartiment li jagħmel parti mid-dekasteru tiegħi ma kellu kuntratt, inkluż direct orders jew simili, mal-kumpanija lid-dettalji dwarha ngħataw separatament.

Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar — direct orders lil kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jelenka kull kuntratt, inkluż direct orders jew simili, mogħtija minn kull entità fi ħdanu lill-kumpanija lid-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-2019 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza? Jista’ għal kull każ, jagħti l-ammont, data u minn min kien approvat?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninsab infurmat li, mill-2019 sal-lum, l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar ma taw l-ebda kuntratt lill-kumpanija li d-dettalji dwarha ngħataw separatament u għaldaqstant it-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari hija nil.

Ministeru għas-Saħħa — direct orders lil kumpanija

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jelenka kull kuntratt, inkluż direct orders jew simili, mogħtija minn kull entità fi ħdanu lill-kumpanija lid-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-2019 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza? Jista’ għal kull każ, jagħti l-ammont, data u minn min kien approvat?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi mid-dipartimenti u l-entitajiet tal-Ministeru għas-Saħħa ma ngħata l-ebda kuntratt lill-kumpanija li d-dettalji dwarha ngħataw separatament.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — direct orders lil kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jelenka kull kuntratt, inkluż direct orders jew simili, mogħtija minn kull entità fi ħdanu lill-kumpanija lid-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-2019 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza? Jista’ għal kull każ, jagħti l-ammont, data u minn min kien approvat?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-kumpanija in kwistjoni ma ngħatat l-ebda tip ta’ kuntratt mill-Ministeru jew kwalunkwe entitá fi ħdanu.

Ministeru għar-Riċerka, Innovazzjoni u l-Koordinazzjoni tal-Istrateġija wara Covid-19 — ħaddiema b'diżabilità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni b’diżabilità jaħdmu fil-Ministeru, jew entità li taqa’ taħtu?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu ma j¿ommux informazzjoni tal-impjegati tagħhom skont jekk għandhomx diżabilitá.

Ministeru għall-Anzjani u l-Anzjanità Attiva — ħaddiema b'diżabilità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni b’diżabilità jaħdmu fil-Ministeru, jew entità li taqa’ taħtu?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu ma jżommux informazzjoni tal-impjegati tagħhom skont jekk għandhomx diżabilità.

Statistika ta’ persuni li jbatu minn Fibromyalgia, Parkinson’s, Alzheimer’s u Huntington’s Disease

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid, jekk hawnx statistika ta’ kemm hawn persuni li jbatu mill-Fibromyalgia, Parkinson’s, Alzheimer’s jew Huntington’s Disease?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta’ persuni li għandhom l-iskeda Ħamsa u li jsofru mill-kundizzjonijiet rispettivi huma; 897 bil- Fibromyalgia, 1,589 bil- Parkinson's Disease, 119 li għandhom il-Huntington's Chorea u 2,787 bid-Dementia. Ninfurmah ukoll illi l-marda tal- Alzheimer tagħmel parti minn tipi differenti tal-marda tad- Dementia.

Ambaxxatur/High Commissioner

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il Ambaxxatur/High Commissioner inħatru, jew inbiddlu, tul l-2020, min kienu, u x’kredenzjali kellhom dawk li nħatru ġodda?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li fis-sena 2020 kienu 17 l-Ambaxxaturi li nbidlu jew inħatru ġodda. Dawk li ma kienux Ufficjali Pubblici fi hdan il-Ministeru, għaddew mill-process stabbilit taht Artiklu 38(1) tal-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika.