Legislature:
Category:
Reset
Active:

Joint Research Centre – studju fuq faqar assolut

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk l-istudju tal-Joint Research Centre fuq faqar assolut jikkonfermax l-andament pożittiv li joħroġ anke mill-istatistika dwar dawk f’ċaħda materjali severa?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-istudju tal-Joint Research Centre tal-Kummissjoni Ewropea jindika li huma biss 1.5% tal-popolazzjoni ta’ pajjiżna li ma għandhomx dħul biżżejjed biex ikollhom livell minimu ta’ għajxien u allura meqjusa li huma f’faqar assolut. Dan ipoġġi lil pajjiżna fl-aħjar post minn fost il-pajjiżi kollha Ewropej. L-istatistika ta’ dawk f’ċaħda materjali severa tindika rata ta’ 3.3% għal pajjiżna. Din ukoll hija fost l-anqas madwar l-Unjoni Ewropea, u hija terz tar-rata li pajjiżna kellu fl-2013. Għalhekk jirriżulta li ż-żewġ kejlijiet differenti, sostanzjalment jaqblu fl-analiżi tagħhom dwar il-popolazzjoni tagħna.

Mellieħa – Park tal-Familja — sorveljanza

Question

Jista’ l-Ministru jserraħ ras ir-residenti tal-Mellieħa, u dawk kollha li jagħmlu użu mill-Park tal-Familja fl-istess lokalità, li se tkun qed tiżdied is-sorveljanza tal-Pulizija u tal-Uffiċjali tal-Komunità (Wardens)? Dan wara li fl-aħħar xhur kien hemm għaddejjin attivitajiet/inċidenti li qed iħassbu u jinkwetaw mhux ftit lil dawk li jiffrenkwentaw il-post għall-skopijiet ta’ rikreazzjoni, ħarġiet għall-familja kif ukoll għall-attvitajiet fiżiċi u anke sportivi.

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi kemm l-Pulizija tad-Distrett u dawk tal-Komunità fl-istess lokalità, kif ukoll l-Uffiċjali tal-Komunità (LESA), jagħmlu ronda regolarment fil-Park tal-Familja, imma wkoll f’lokalitajiet u f’toroq oħra tal-Mellieħa.

Mellieħa – ġonna pubbliċi – kameras tas-sigurtà

Question

Jista’ l-Ministru jara li l-Kunsill Lokali tal-Mellieħa jżid l-investiment f'kameras tas-sigurtà (CCTVs) fil-ġonna pubbliċi fil-Mellieħa, speċjalment fil-Park tal-Familja, wara li fl-aħħar xhur kienu rappurtati numru ta’ inċidenti u attivitajiet mhux xierqa?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa li riċentement ħareġ sejħa għall-offerti biex jiġu nstallati numru ta' cameras tas-sigurtà f' diversi nħawi fil-lokalità, fosthom fil-Park tal-Familja u fi Ġnien Dun Anton Debono, li jinsabu fuq i¿-¿ewġ naħat ta’ Triq Ġuże’ Flores, fil-Mellieħa. Saret wkoll it-tielet laqgħa tal-Bord tal-Aġġudikar sabiex issir l-evalwazzjoni teknika tas-sottomissjonijiet li saru, liema proċess issa jinsab fi stadju avvanzat.

Ħal Safi – fluctuating fid-dawl — ħsarat

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li diversi toroq f'Ħal Safi għandhom id-dawl fluctuating il-ħin kollu b'konsegwenza li qiegħda ssir ħsara lill-appliances ta' diversi residenzi fl-istess toroq?

Response (DALLI, MIRIAM)

Għaddejt l-informazzjoni mressqa mill-Onor. Interpellant lit-tekniċi tal-EneMalta biex jinvestigaw u jaġixxu skond il-ħtieġa.

Ħaddiema liċenzjati tax-Xatt – ftehim bejn Transport Malta u l-Malta Dockers Union

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24209 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim li ġie ffirmat bejn Transport Malta u l-Malta Dockers Union fejn Transport Malta għaddiet l-amministrazzjoni tal-ħaddiema liċenzjati tax-xatt lil Malta Dockers Union?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Ftehim bejn Transport Malta u l-Malta Dockers Union

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24210 u jikkonferma li permezz tal-ftehim li ġie ffirmat bejn Transport Malta u l-Malta Dockers Union, li nżamm sigriet minn kullħadd inkluż mill-media, Transport Malta se tħallas lil Malta Dockers Union aktar minn nofs miljun ewro fis-sena għall-15-il sena li ġejjin?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Ftehim bejn Transport Malta u l-Malta Dockers Union

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24211 u jikkonferma li l-ftehim li ġie ffirmat bejn Transport Malta u l-Malta Dockers Union, jagħti d-dritt lil Malta Dockers Union li hija tgħaddi l-amministrazzjoni tal-ħaddiema liċenzjati tax-xatt lill-kumpanija oħra li ma għandha x’taqsam xejn mal-ħaddiema tax-xatt?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Ftehim bejn Transport Malta u l-Malta Dockers Union

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24212 u jikkonferma li permezz tal-ftehim li ġie ffirmat bejn Transport Malta u l-Malta Dockers Union, numru ta’ ħaddiema ta’ Transport Malta ġew jew ser jiġu trasferiti b’anqas dħul finanzjarju biex jagħmlu wisa’ għall-persuni ġodda magħżula mill-Malta Dockers Union jew mill-Kumpanija li ser tagħżel l-Union?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Ftehim bejn Transport Malta u l-Malta Dockers Union

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24213 u jgħid jekk jafx li l-kumpanija li se tagħżel il-Union biex tamministra l-ħaddiema tax-xatt hijiex il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li għandha paranetela mat-teżorier tal-Union u li diġà ngħatat mill-MDU l-amministrazzjoni tal-pagi tax-xufiera kollha li l-Union tibgħat il-Freeport minflok ħaddiema liċenzjati?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 13 PQ #23526 Sitting 540 2022-01-27 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Heliport Limited

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22764 u jgħid jekk il-Gozo Heliport Limited hijiex entità governattiva? Jista' jgħid sena b'sena f'dawn l-aħħar tliet snin, kemm intużaw mill-flus li kien hemm allokat f'kull baġit u għal xiex intużaw dawn il-fondi? Jista' jpoġġi kopja tal-audited accounts ta' din il-kumpanija għal dawn l-aħħar tliet snin?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Gozo Heliport Limited hija entita’ governattiva fejn il-Gvern għandu 100% mill-ishma tramite l-Malta Government Investments Limited. Flus allokati fil-baġit tas-snien imsemmiegħa kienu ta’ €200,000 f’kull sena. Il-Heliport ta’ Għawdex jinsab fil-periferija tal-lokalita’ tax-Xewkija, preċiżament fi Triq ta’ Lambert li hija konnessa direttament mar-rotta tal-arterja ewlenija ta’ Għawdex u cioe’ Triq l-Imġarr, li twassal mill-Port tal-Imġarr għar-Rabat Ghawdex, cioe’ il-Belt Victoria. Għalhekk jinsab 'il barra minn żoni residenzjali (bl-eqreb cluster residenzjali stabbilit jinsab madwar 300 metru 'il bogħod fi Triq l-Imgarr), iżda in realta’ il-lokalitajiet ta' Għajnsielem u Xewkija jinsabu f'distanza minima ta' kilometru. Jinsab ghaldaqstant qrib ħafna tar-rotta ewlenija. f'termini ta' konnettività tal-vetturi, specjalment issa li biswit dan l-istess sit, hemm it-terminus tal-Park and Ride minn ta’ Lambert ghal Port tal-Imgarr. Jingħad li l-ħeliport imur lura ghas-sena 1943 fejn ġew imnaddfa diversi tumoli ta’ għelieqi fix-Xewkija biex jagħmlu post għal airstrip li permezz taghha Malta u Ghawdex ippartecipaw fl-Operazzjoni Husky u cioe’ l-invazjoni tal-Forzi Alleati Amerikani u Brittanici, gewwa l-gzira fit-Tramuntana taghna, Sqallija li kienet dak iz-zmien taht il-kontroll tar-regime Faxxista-Nazista. L-ajruport ta’ żmien il-gwerra kien jinsab ftit eqreb lejn ir-raħal tax-Xewkija, bejn il-ħeliport preżenti u r-raħal li ghadni kif semmejt. Wara l-gwerra, l-għelieqi f’Ta’ Lambert fix-Xewkija Għawdex ġew imnaddfa biex jagħmlu post għal airstrip, liema pjan twaqqaf ftit wara, u l-art ingħatat lura lill-bdiewa. L-art sussegwentement intużat mill-Forzi Brittaniċi bħala landing pad tal-ħelikopter. Fl-1968 il-Gvern beda jahseb biex jikkommetti ruhu sabiex issir airstrip vera u proprja, u anke kienu ingiebu f’Hal-Luqa zewg Islanders appositament. Dawn inbieghu fl-1970, u l-Gvern Laburista gdid tas-sebghinijiet beda mbaghad jahseb ghal pont fiziku permanenti bejn Malta u Ghawdex. Eventwalment din l-airstrip ġiet imtejba fl-1996 mill-Gvern Malti biex jipprovdi ambjent aktar sigur għat-trasport bl-ajru tal-ħelikopters. Kien hemm titjiriet skedati b’ħelikopter bejn l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta u l-Heliport tax-Xewkija. Dawn inbdew mill-Malta Air Charter fl-1990, li waqfet topera fl-2004. Ta’ min isemmi per ezempju, li sa tmiem is-sena 1994, kien hemm 5,800 titjira bil-ħelikopter illi kienu ġarrew 51,378 passiġġier. Minn Marzu 2005 sa Ottubru 2006 it-titjiriet imbaghad saru mill-kumpanija Helicópteros del Sureste. Fl-2008 il-Heliport gie abbandunat hlief ghal xi titjiriet micro-light. Bħalissa, l-ebda titjira skedata ma ssir mill-ħeliport, ħlief għal skopijiet ta’ emerġenza biss. Bejn l-1990 u l-2008, ħames kumpaniji differenti tal-ħelikopters kienu ppruvaw joperaw is-servizz tal-ajru bejn il-gżejjer, b’dawn kollha eventwalment spiċċaw mingħajr negozju. L-infrastruttura attwali tal-Heliport Terminal amministrata mill-Gozo Heliport Ltd taħt il-mandat tal-Ministeru għal Għawdex ġiet aġġornata u inawgurata l-aħħar f'Mejju 1996 wara investiment ta' LM 550,000 mid-Dipartiment tal-Avjazzjoni Ċivili (DCA) u l-Ajruport Internazzjonali ta' Malta (MIA) li l-ishma ta’ maġġoranza tagħhom imbagħad kienu għadhom proprjetà tal-Gvern. Minkejja dan, il-Ħeliport ta’ Għawdex ilu ma jintużax mill-2008, b’diversi sforzi biex iż-żona tiġi riġenerata minn dakinhar. Iż-żona li tmiss mal-Heliport eżistenti tnaddfet minn membri tal-Forzi Armati ta’ Malta, il-Plant Troop, bejn l-2013 u l-2014 bi tħejjija għal runway ta’ ħaxix ta’ 900 metru. Is-sit ta’ 40,000 metru kwadru kien miksi b’sejjieħ u skart mill-industrija tal-kostruzzjoni kif ukoll karkassi. Dan il-proġett aktar tard tpoġġa fuq l-ixkaffa u llum is-sit jinsab fi stat mitluq. Mill-2015 sal-lum, id-Direttorat tal-Avjazzjoni Ċivili fi ħdan Transport Malta (TM) ilu jwettaq studji dwar il-possibbiltà li jerġa’ jiġi attivat servizz tal-ajru tal-ħelikopters bejn il-gżejjer. Dawn l-istudji jkomplu jissuġġerixxu li l-ispiża biex jiġi attivat mill-ġdid servizz tal-ħelikopter hija akbar minn ajruport qasir ta’ tlugħ u nżul għal inġenji tal-ajru bil-ġwienaħ fissi. Dan huwa prinċipalment, minħabba l-fatt li ħeliport jillimita n-numru ta’ utenti u opportunitajiet ta' investiment, u huwa inqas favur l-ambjent. Barra minn hekk, pjanijiet preċedenti kienu kbar fl-iskala u daħlu fuq art agrikola ta’ sidieni privati bi stima ta’ spiża ta’ żvilupp li teskala għal €14-il miljun. Bħalissa l-ħeliport jintuża biss f'każijiet ta' emerġenza mill-ħelikopters tal-ambulanza tal-ajru. Il-ħeliport jikkonsisti f’żewġ helipads wiesa’ 22 metru, konnessi b’runway tal-asfalt, biex jiffurmaw runway twila ta’ 174 metru fid-direzzjoni 10/28. Il-Ħeliport kien iddisinjat bħala ‘runway fixed-wings għall-użu mill-ħelikopters, meta l-istandards u r-rekwiżiti kienu pjuttost differenti. Iridu jsiru bidliet sabiex il-Heliport jissodisfa l-istandards tal-ICAO tal-lum u jissodisfa wkoll ir-rekwiżiti operattivi. Jenħtieġ ghaldaqstant aġġornament għar-regolamenti attwali, u fil-preżent jista' jiġi utilizzat biss għal inżul ta' ħelikopters ta' emerġenza. Is-sit attwali fejn qed jiġu proposti x-xogħlijiet jikkonsisti f’żona ta’ ħaxix, parzjalment ġewwa u parzjalment barra l-fencing perimetali sigur. Partijiet sinjifikanti tas-sit barra l-ilqugħ huma ikkaratterizzati minn materjal inerti mormi, li partijiet minnu issa huma koperti bil-veġetazzjoni. Dan is-sit qabel kien suġġett ukoll, għall-Applikazzjonijiet għall-Ippjanar, Avviżi ta’ Infurzar u Ordni ta’ Notifika ta’ Żvilupp li ġejjin: • PA/01864/94; Estensjoni tal-faċilitajiet tal-Helipad Fażi 1 - Kostruzzjoni ta' Żona Finali ta' Avviċinament u Tlugħ (FATO) - Meħtieġa b'mod urġenti fid-dawl tar-rekwiżiti tas-sikurezza. Fażi 2 - It-Tieni Helipad, Taxi-way, żewġ żoni ta' parkeġġ tal-ħelikopters, parkeġġ għal vetturi tan-nar, triq ta' aċċess u ċnut – Approvat. • EC/00424/95; Rimi ta' materjal mingħajr permess - Ingħata permess biex jiġi sanzjonat l-iżvilupp illegali. • EC/01171/95; Aġġornament tal-faċilitajiet tat-terminal ta' Għawdex mingħajr permess - Ingħata permess biex jiġi sanzjonat l-iżvilupp illegali. • PA/02774/95; Servizzi tal-Ajru Malta-Għawdex - Aġġornament tal-Faċilitajiet tat-Terminal ta’ Għawdex – Approvat. • PA/00158/96; Għal Malta - Gozo Air Services, titjib tal-faċilitajiet tat-Terminal ta’ Għawdex – Approvat. • PA/06726/96; 1. Kostruzzjoni ta' faċilitajiet ta' fire station. 2. Kostruzzjoni ta’ kamra ta' osservazzjoni u mħażen sottostanti. 3. Rilokazzjoni taċ-ċint tas-sigurtà 4. Aċċess tal-pavimentar tal-asfalt għall-istazzjon tan-nar u ż-żona tal-helipad – Approvat. • EC/00386/98; Heliport - sala mingħajr permess - Ingħata permess biex jiġi sanzjonat l-iżvilupp illegali. • DN/01609/13; Depożitu ta' materjal jew ħamrija fuq art agrikola eżistenti – Approvat. Madanakollu, l-aċċessibilita tal-gżira Għawdxija tinsab fuq quddiem nett tal-aġenda ta’ dan il-Gvern. Għaldaqstant, wara li b’suċċess ġie introdott ir-raba vapur mal-flotta tal-Gozo Channel bl-iskeda aktar frekwenti, wara li ġie introdott b’suċċess ukoll is-servizz tal-Fast Ferry fejn il-Gvern investa fl-infrastruttura tal-Mġarr u l-Belt Valletta filwaqt li żewġ operaturi privati bdew joffru dan is-servizz veloċi bejn il-Belt u l-Mġarr, wara li b’suċċess ukoll ġiet introdotta it- tieni fibre optic cable sabiex illum il-ġurnata Għawdex huwa konness aħjar anka b’mod diġitali, wara l-introduzzjoni tal-Park and Ride b’servizz permess ta’ 6 karozzi tal-linja elettriċi sabiex anka tiġi promossa bidla modulari fil-mod ta’ kif wieħed jivvjaġġa, il-pass naturali huwa issa li inkomplu b’dawn is-suċċessi fil-konnettivita ta’ Għawdex anka permezz tal-ajru. Għaldaqstant, tul dawn l-aħħar xhur kienet għaddejja ħidma intensiva minn diversi nies tekniċi sabiex Għawdex, għall-ewwel darba, jkellu l-ajruport reġjonali tiegħu. Pero’ , il- brief li n-nies tekniċi kellhom kien wieħedċar. Li: 1) Ma tittieħed l-ebda art agrikola addizjonali minn dak li preżentament hemm committed 2) Tali ajruport jkollu l-inqas impatt ambjentali 3) Tali ajruport jkun jista’ jilqa fih ajruplani li jġorru sa massimu ta’ 9-11 -il passiġġier Fil-ġimgħat li ġejjin mistenni issa li titnehdi konsultazzjoni pubblika mill-Gozo Regional Development Authority sabiex jiġu ppreżentati il-pjanti, id-disinji u l-aspetti tekniċi oħrajn u jibda ukoll jinġabar il-feedback mingħand il-pubbliku u l-entitatjiet, awtoritajiet, NGO’s u dawk kollha li jixtiequ jikkumentaw fuq tali proġett. Hekk kif tali konsultazjoni pubblika tintemm, il-Gvern jiddeċiedi jemendax jew le, jimplementax jew le it-tali proġett u tiġi sottomessa l-applikazzjoni mal-Awtorita’ tal-Ippjanar. Tali proġett mhux biss se jkun ifisser aċċessibilita bl-ajru bejn iż-żewġt igżejjer, iżda potenzjal ferm akbar ta’ investiment f’Għawdex u attivita akbar ekonomika f’din il-gżira b’setturi li jkunu lesti li jinvestu f’Għawdex, kemm f’oqsma li jkunu relatati direttament mal-ajruport kif ukoll il-potenzjal kbir ta’ multiplier effect li tali proġett jista’ jħalli.
Leg 13 PQ #23540 Sitting 540 2022-01-27 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Settur Pubbliku — policy tal-Gvern

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhi l-policy tal-Gvern fir-rigward ta’ impjegati fis-settur pubbliku li waslu biex jirtiraw mis-servizz mingħand l-eta u li pero jixtiequ jkollu jaħdmu sa’ 65 u aktar?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li, skont ir-regolamenti fis-seħħ, talbiet sabiex jiġi estiz is-servizz ta’ impjegati pubbliċi wara l-eta’ tal-irtirar (bhalissa 63 sena sa l-aħħar ta’ 2021, u wara 64 sena) sa l-eta’ ta’ 65 sena jiġu approvati mis-Segretarju Permanenti jew Kap tal-Entita’ Pubblika, skont il-kaz. Tali approvazzjoni tingħata skont il-htieġa jew għal raġunijiet umanitarji u xi kundizzjonijiet oħra. Estensjonijiet ‘il fuq minn 65 sena, jiġu riferuti lid-Divizjoni ta’ Nies u Standards, fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru.

Ix-Xagħra – Triq il-Marġa – problema fid-drenaġġ

Question

Tista’ l-Ministru tgħid meta ser tissolva, u jekk hux ser tissolva matul is-sena 2022, il-problema kbira ta’ drenaġġ li ilha għal dawn l-aħħar tliet snin taffettwa lill-bdiewa li għandhom l-għelieqi tagħhom imissu ma’ Triq il-Marġa fix-Xagħra, Għawdex?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għaddejja bi preparamenti biex matul din is-sena jiġu ppublikati tenders sabiex isiru xogħolijiet u upgrades neċessarji fl-akkwati ndikati.
Leg 13 PQ #23551 Sitting 540 2022-01-27 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ix-Xagħra – Triq il-Marġa – periklu ta’ ċediment

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li twaħħlu tabelli fi Triq il-Marġa, fix-Xagħra, Għawdex bil-kliem ‘Road Liable To Subsidence’, triq li tista’ ċċedi, u għalfejn din it-triq baqgħet miftuħa b’mod normali għal kull tip ta’ vetturi u għat-traffiku jekk tista’ ċċedi? Jista’ l-Ministru jgħid fl-immedjat x’ hemm ippjanat li jsir f’din it-triq? Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-bdiewa li għandom l-għelieqi jmmissu ma’ din l-imsemmija triq humiex f’riskju peress li din it-triq tista’ ċċedi, hekk kif indikat fit-tabelli li twaħħlu? Jista’ jgħid jekk hemmx xi ħsieb li tibda t-tiswija f’din it-triq fil-ġranet li gejjin, u jekk hemmx periklu għan-nies li ta’ kuljum juzaw din l-imsemmija triq?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jagħmel referenza għat-tweġiba li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari numru 21644.
Leg 13 PQ #23552 Sitting 540 2022-01-27 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

L-Għasri — Triq tal-Lanterna - xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwiegeb il-mistoqsija Parlamentari 22527 u jgħid meta bdew ix-xogħlijiet (xahar u sena) fi Triq tal-Lanterna, limiti tal-Għasri, meta se jitlestew dawn ix-xogħlijiet u kemm se jiswew dawn ix-xogħlijiet? Jista’ jelenka x-xogħlijiet li twettqu jew li għad iridu jitwettqu f’din it-triq?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dawn ix-xogħlijiet se jsiru fil-ġimgħat li ġejjin.
Leg 13 PQ #23560 Sitting 540 2022-01-27 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex u Kemmuna — Life Guards fil-bajjiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f'liema bajjiet u kemm kien hemm is-servizz tal-Life Guards f’Għawdex u Kemmuna matul is-sajf 2020 u s-sajf 2021? Jista’ jgħid lil min ġie offrut dan is-servizz, kif intgħażel u kemm tħallas? Jista’ jgħid ukoll f'liema xhur jiġi offrut dan is-servizz u l-ħinijiet li jiġi offrut dan is-servizz?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.

Ministeru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru — organogramma

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istruttura (organogramma) tas-segretarjat tal-Ministeru u tas-Segretarju Parlamentari (fil-ka¿ li hemm wieħed)? Jista’ l-Ministru jindika kemm minn dawn il-persuni kienu diġà jaħdmu mas-servizz pubbliku u kemm minnhom qed jaħdmu bħala “persons of trust”?

Response (ABELA, CARMELO)

Filwaqt li nitlob lill-Onorevoli interpellanta tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija numru 24070, ninfurmaha li l-għadd ta’ persuni fil-Ministeru li diġà jaħdmu mas-Settur Pubbliku hu ta’ 8, waqt li l-Persons of Trust jammontaw għal 11.

Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali — organogramma

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istruttura (organogramma) tas-segretarjat tal-Ministeru u tas-Segretarju Parlamentari (fil-każ li hemm wieħed)? Jista’ l-Ministru jindika kemm minn dawn il-persuni kienu diġà jaħdmu mas-servizz pubbliku u kemm minnhom qed jaħdmu bħala “persons of trust”?

Response (GALDES, RODERICK)

Filwaqt li nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentarii 24070, ninfurmaha li l-għadd ta’ persuni fil-Ministeru li diġà jaħdmu mas-Settur Pubbliku hu ta’ 10, waqt li l-Persons of Trust jammontaw għal 9.

Minsiteru għall-Agrikoltura, Sajd, l-Ikel u Drittijiet tal-Annimali — organogramma

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istruttura (organogramma) tas-segretarjat tal-Ministeru u tas-Segretarju Parlamentari (fil-każ li hemm wieħed)? Jista’ l-Ministru jindika kemm minn dawn il-persuni kienu diġà jaħdmu mas-servizz pubbliku u kemm minnhom qed jaħdmu bħala “persons of trust”?

Response (REFALO, ANTON)

Filwaqt li nitlob lill-Onorevoli Interpellanta tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija numru 24070, ninfurmaha li l-għadd ta’ persuni fil-Ministeru li diġà jaħdmu mas-Settur Pubbliku hu ta’ 10, waqt li l-Persons of Trust jammontaw għal 9.

organogramma

Question

Tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istruttura (organogramma) tas-segretarjat tal-Ministeru u tas-Segretarju Parlamentari (fil-każ li hemm wieħed)? Tista’ l-Ministru tindika kemm minn dawn il-persuni kienu diġà jaħdmu mas-servizz pubbliku u kemm minnhom qed jaħdmu bħala “persons of trust”?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Waqt li nitlob lill-Onorevoli Interpellanta tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija numru 24070, ninfurmaha li l-għadd ta’ persuni fil-Ministeru li diġa’ jaħdmu mas-Settur Pubbliku hu ta’ 12, waqt li l-Persons of Trust jammontaw għal 7.