Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #20419 Sitting 450 2021-04-20 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Tqassim ta’ laptops lill-edukaturi

Question

B’referenza għar-riposta għall-mistoqsija parlamentari 19338 li kienet tistaqsi lill-Ministru għaliex sa Frar kienu għadhom ma bdewx jitqassmu l-laptops il-ġodda lill-edukaturi? X’kienet ir-raġuni li t-tenders tħallew daqshekk tard? Sa meta se jkunu mqassma l-laptops? Tista’ l-Ministru tispjega għaliex l-MUT ftit ġranet ilu akkużat lill-Ministeru b’pika infantile meta qalet “L-MUT qed tipprotesta bil-qawwi dwar il-livell ta’ pika infantili li wasal fiha l-Ministeru tal-Edukazzjoni. Dan meta l-laptops il-ġodda għall-edukaturi tal-iskejjel tal-istat ilhom li waslu minn Diċembru li għadda u l-Ministeru qed jibqa’ ma jqassamhomx lill-edukaturi. Din it-tattika ta’ pika infantili qed issir sinonima ma’ ħafna mid-deċiżjonijiet li qed jittieħdu. Fid-dawl li dan l-apparat huwa daqstant essenzjali għat-tagħlim waqt perjodu bħal dan tal-pandemija, din il-pika qed tissarraf f’sitwazzjonijiet varji fejn edukaturi m’għandhomx biex jaħdmu jew inkella qed jillapazzaw b’apparat li issa għadda żmienu u m’għadux jista’ jaqdi l-ħtiġijiet tat-tagħlim tal-lum. Fl-aħħar mill-aħħar, tali pika m’hu qed twassal għal xejn għajr li l-edukaturi u l-istudenti qed ibatu għalxejn.” Tista’ tgħid kemm għandu laptops ġodda f idejh x’iqassam il-Ministeru? Tista’ tgħid kemm tqassmu laptops sa issa u kemm baqa jitqassmu u sa meta se jitaqassmu?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kull għalliem, LSE, KGE, fl-2016 kien ġie mogħti laptop. Il-Ministeru ħaseb ukoll li dawn il-laptops jinbidlu tul din is-sena. L-ewwel kunsenja ta' 1,300 laptop ġdid waslet u tqassmet. Il-konsenja li jonqos ta’ laptops jitqassmu meta jaslu għand il-Ministeru. Irrid insemmi li d-dewmien tal-konsenja li jifdal hija dovuta għal-fatt li l-produtturi taċ-ċipep u components oħra tal-laptops mhux ilaħħqu mal-influss fid-domanda għal-laptops kawżata minħabba l-effett tal-pandemija li ħalliet impatt fuq il-produzzjonu fuq livell globali.
Leg 13 PQ #20420 Sitting 450 2021-04-20 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Skema ta’ Tablet per Child għal studenti tas-sekondarja

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 19337 u minħabba l-fatt li l-iskema ta’ tablet per child ilha mħabbra mill-2013 u peress li sal-lum huma biss tfal fl-iskejjel primarji li għandhom teknoloġija portabbli, tista’ l-Ministru tagħti data ta’ meta eżatt it-teknoloġija portabbli se tkun qed tiġi introdotta anke għall-istudenti tal-iskejjel medji u sekondarji?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-introduzzjoni tat-teknoloġija portabbli ser tidħol b'mod gradwali, kif kien sar fl-iskejjel primarji u dan ser isir fl-interess ta' kulħadd.

Korsa tal-Marsa u Malta Racing Club — impjegati

Question

Tista’ l-Ministru tgħid sal-lum kemm hemm impjegati full-time jaħdmu fil-kumpless tal-Korsa tal-Marsa u mal-Malta Racing Club? Kemm minnhom huma impjegati dirett magħhom u kemm minnhom huma b’self minn dipartimenti u entitajiet governattivi? X’inhu l-irwol tagħhom? Tista’ tgħid xi pjanijiet hemm għal dawn il-ħaddiema hekk kif isseħħ il-privatizzazjoni?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-preżent il-Malta Racing Club għandha tmien (8) impjegati ‘full time’. L-ebda persuna ma’ żdiedet bħala ħaddiem ‘full time’ tal-Malta Racing Club minn Marzu tal-2013 u bħalissa m’hemm l-ebda persuna b’self minn xi dipartimenti jew entitajiet oħra governattivi. Ġaladarba jiskatta dak li hemm ftehim (Concession Agreement) approvat mill-Parlament, dawn il-ħaddiema jgħaddu mal-konsorzju privat li se jkun qiegħed jopera fil-Marsa.

Awtorità Ekwestri Malta

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’inhuma r-resources plan għall-Awtorità l-ġdida Ekwestri Malta? Tista’ tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Organigram u tgħid liema huma l-karigi li diġà ġew mimlija u dawk li huma battala? X’pagi u kundizzjonijiet ser ikollhom dawn il-karigi?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra organigramm li tħares lejn żvilupp fuq numru ta’ snin. Sa issa ġiet mimlija l-kariga ta’ Kap Eżekuttiv.

Warranting Board tal-Inġiniera — minuti

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-minuti tal-Warranting Board tal-Inġiniera tal-aħħar ħames snin minn meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba ma tistax titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra minħabba n-natura u s-sensitiva ta’ l-informazzjoni li fihom id-dokument msemmija.

Operatur tas-servizz tat-trasport pubbliku – multi għal diversi nuqqasijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19880 u jgħid, xahar b’xahar, kemm weħel multi l-operatur tas-servizz tat-trasport pubbliku għal diversi nuqqasijiet fil-provvista tas-servizz, minn Jannar 2018 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Kemm minn dawn il-multi tħallsu u kemm minnhom għadhom pendenti?

Response (BORG, IAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li ngħatat għal mistoqsija parlamentari bin-numru 9950 ta’ Seduta 225 fis-7 ta’ Mejju 2019 rigward multi li ħarġu lill-Operatur tat-trasport pubbliku fis-sena 2018. Infurmat ukoll li fl-2019 inħarġu €120,775 f’multi u li l-ammonti dovuti ġew imħallsa mill-Operatur. Il-figuri li jirrigwardjaw is-sena 2020 qedgħin jiġu miġbura.

Tal-Pietà – Pjazza San Luqa – xogħlijiet fuq proġett

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li l-proġett ta’ Pjazza San Luqa f’Tal-Pietà, liema xogħol beda sena ilu, għadu ma tlestiex? Kemm intefqu flus s’issa fuq dan il-proġett u kemm hu ppjanat li jkunu ntefqu flus la jkun lest?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minħabba l-azzjoni industrijali tas-Segretarji Eżekuttivi, din l-informazzjoni ser tingħata f’seduta oħra.

Ħal Farruġ — bini mill-ġdid ta’ toroq residenzjali li qatt ma kienu asfaltati

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19868 jgħid kemm inbnew toroq residenzjali mill-ġdid u li qatt ma kienu asfaltati f’Ħal Farruġ mill-2018 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Kemm kienet twila kull triq? Meta nbeda u tlesta x-xogħol f’kull triq? Kemm kien stmat ix-xogħol u kemm attwalment ġie jiswa?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bit-twaqqif ta’ Infrastructure Malta t-titjib fl-infrastruttura ta’ pajjiżna jinsab fuq quddiem nett tal-ħidma ta’ dan il-Gvern. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq fil-pajjiż. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis. Infrastructure Malta qed twettaq ħafna proġetti biex ittejjeb is-sigurezza u s-sostenibilità tas-sistema tat-toroq ewlenin, toħloq infrastruttura ta’ kwalità u ambjent aħjar fit-toroq residenzjali f’kull lokalità u tibni mill-ġdid ukoll ħafna toroq sekondarji oħra, fosthom kilometri ta’ toroq rurali fil-kampanja. Dan l-investiment diġa qed iħalli l-frott mixtieq, b’diversi toroq residenzjali mibnija mill-ġdid u b’ħafna proġetti ta’ titjib fit-toroq ewlenin tas-sistema tat-trasport bl-art f’pajjiżna. Fil-ftit żmien kemm ilha li twaqqfet, l-aġenzija diġà bniet mill-ġdid u għamlet titjib f’madwar 500 triq. Matul l-2020 bniet mill-ġdid mal-155 triq residenzjali madwar Malta, jiġifieri medja ta’ tliet toroq kull ġimgħa. Fost it-toroq li fihom Infrastructure Malta għamlet xogħlijiet fil-lokalità ta’ Ħal Luqa (żona ta’ Ħal Farruġ inkluża) hemm tnejn li qatt ma kienu asfaltati li huma Triq ir-Rixtellu (50 metru) u Triq Gorg Zahra (110 metri) bi spiża totali ta’ €260,469.

Birżebbuġa — bini mill-ġdid ta’ toroq residenzjali li qatt ma kienu asfaltati

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19867 u jgħid kemm inbnew toroq residenzjali mill-ġdid u li qatt ma kienu asfaltati fil-lokalità ta’ Birżebbuġa mill-2018 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Kemm kienet twila kull triq? Meta nbeda u tlesta x-xogħol f’kull triq? Kemm kien stmat ix-xogħol u kemm attwalment ġie jiswa?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bit-twaqqif ta’ Infrastructure Malta t-titjib fl-infrastruttura ta’ pajjiżna jinsab fuq quddiem nett tal-ħidma ta’ dan il-Gvern. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq fil-pajjiż. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis. Infrastructure Malta qed twettaq ħafna proġetti biex ittejjeb is-sigurezza u s-sostenibilità tas-sistema tat-toroq ewlenin, toħloq infrastruttura ta’ kwalità u ambjent aħjar fit-toroq residenzjali f’kull lokalità u tibni mill-ġdid ukoll ħafna toroq sekondarji oħra, fosthom kilometri ta’ toroq rurali fil-kampanja. Dan l-investiment diġa qed iħalli l-frott mixtieq, b’diversi toroq residenzjali mibnija mill-ġdid u b’ħafna proġetti ta’ titjib fit-toroq ewlenin tas-sistema tat-trasport bl-art f’pajjiżna. Fil-ftit żmien kemm ilha li twaqqfet, l-aġenzija diġà bniet mill-ġdid u għamlet titjib f’madwar 500 triq. Matul l-2020 bniet mill-ġdid mal-155 triq residenzjali madwar Malta, jiġifieri medja ta’ tliet toroq kull ġimgħa. Fost it-toroq li fihom Infrastructure Malta għamlet xogħlijiet fil-lokalità ta’ Birżebbuġa hemm seba’ li qatt ma kienu asfaltati li huma Triq Mons Penza (89 metru), Sqaq il-Girghien u Triq Ferdinand Stuflesser (270 metru), Triq ta’ Gilligejla (108 metri), Triq Żaren Dalli (260 metru), parti minn Triq tal-Ġebel u Triq Tal-Papa (350 metru) u parti minn Triq it-Tankijiet (50 metru) bi spiża totali ta’ €1,265,044.

Ħal Safi — bini mill-ġdid ta’ toroq residenzjali li qatt ma kienu asfaltati

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19866 u jgħid kemm inbnew toroq residenzjali mill-ġdid u li qatt ma kienu asfaltati fil-lokalità ta’ Ħal Safi mill-2018 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Kemm kienet twila kull triq? Meta nbeda u tlesta x-xogħol f’kull triq? Kemm kien stmat ix-xogħol u kemm attwalment ġie jiswa?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bit-twaqqif ta’ Infrastructure Malta t-titjib fl-infrastruttura ta’ pajjiżna jinsab fuq quddiem nett tal-ħidma ta’ dan il-Gvern. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq fil-pajjiż. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis. Infrastructure Malta qed twettaq ħafna proġetti biex ittejjeb is-sigurezza u s-sostenibilità tas-sistema tat-toroq ewlenin, toħloq infrastruttura ta’ kwalità u ambjent aħjar fit-toroq residenzjali f’kull lokalità u tibni mill-ġdid ukoll ħafna toroq sekondarji oħra, fosthom kilometri ta’ toroq rurali fil-kampanja. Dan l-investiment diġa qed iħalli l-frott mixtieq, b’diversi toroq residenzjali mibnija mill-ġdid u b’ħafna proġetti ta’ titjib fit-toroq ewlenin tas-sistema tat-trasport bl-art f’pajjiżna. Fil-ftit żmien kemm ilha li twaqqfet, l-aġenzija diġà bniet mill-ġdid u għamlet titjib f’madwar 500 triq. Matul l-2020 bniet mill-ġdid mal-155 triq residenzjali madwar Malta, jiġifieri medja ta’ tliet toroq kull ġimgħa. Fost it-toroq li fihom Infrastructure Malta għamlet xogħlijiet fil-lokalità ta’ Ħal Safi hemm Triq Puniċi (53 metru) li qatt ma kienet asfaltata u l-ispiża ammontat għal €25,160.
Leg 13 PQ #20483 Sitting 450 2021-04-20 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Minsiteru għall-Finanzi u x-Xogħol — rappreżentant tas-settur tad-diżabilità fil-kumitati, fora u bordijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm u liema huma l-kumitati, fora, bordijiet u forma oħra ta’ tmexxija li taqa’ taħt l-Ministeru u min hu jew hi r-rappreżentant tas-settur tad-diżabilità u lil min din l-persuna tirrappreżenta fuq dawn il-kumitati, fora, bordijiet eċċ?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif ser jingħata f’seduta oħra.

Ministeru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur — rappreżentant tas-settur tad-diżabilità fil-kumitati, fora u bordijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm u liema huma l-kumitati, fora, bordijiet u forma oħra ta’ tmexxija li taqa’ taħt l-Ministeru u min hu jew hi r-rappreżentant tas-settur tad-diżabilità u lil min din l-persuna tirrappreżenta fuq dawn il-kumitati, fora, bordijiet eċċ?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

It-tagħrif se jingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi — rappreżentant tas-settur tad-diżabilità fil-kumitati, fora u bordijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm u liema huma l-kumitati, fora, bordijiet u forma oħra ta’ tmexxija li taqa’ taħt l-Ministeru u min hu jew hi r-rappreżentant tas-settur tad-diżabilità u lil min din l-persuna tirrappreżenta fuq dawn il-kumitati, fora, bordijiet eċċ?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onorevoli Inteprellant li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza — rappreżentant tas-settur tad-diżabilità fil-kumitati, fora u bordijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm u liema huma l-kumitati, fora, bordijiet u forma oħra ta’ tmexxija li taqa’ taħt l-Ministeru u min hu jew hi r-rappreżentant tas-settur tad-diżabilità u lil min din l-persuna tirrappreżenta fuq dawn il-kumitati, fora, bordijiet eċċ?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor Interpellant li t-tagħrif se jingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar — rappreżentant tas-settur tad-diżabilità fil-kumitati, fora u bordijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm u liema huma l-kumitati, fora, bordijiet u forma oħra ta’ tmexxija li taqa’ taħt l-Ministeru u min hu jew hi r-rappreżentant tas-settur tad-diżabilità u lil min din l-persuna tirrappreżenta fuq dawn il-kumitati, fora, bordijiet eċċ?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub se jingħata f’seduta oħra.

Ministeru għas-Saħħa — rappreżentant tas-settur tad-diżabilità fil-kumitati, fora u bordijiet

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm u liema huma l-kumitati, fora, bordijiet u forma oħra ta’ tmexxija li taqa’ taħt l-Ministeru u min hu jew hi r-rappreżentant tas-settur tad-diżabilità u lil min din l-persuna tirrappreżenta fuq dawn il-kumitati, fora, bordijiet eċċ?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni qed tingabar.

Public Broadcasting Services Ltd – Public Service Obligation Agreement

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 20380, jista' l-Ministru jpoġġi kopja tal-ftehim tal-Public Service Obligation Agreement konkluż mal-Public Broadcasting Services Ltd fuq il-Mejda tal-Kamra kif kien mitlub f'dik il-mistoqsija? Jista' jpoġġi wkoll kopja tad-deċiżjoni tal-Bord ta’ Sorveljanza fuq Għajnuna Mogħtija mill-Istat fir-rigward ta' dan il-ftehim?

Response (ABELA, CARMELO)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim tal-PSO. Dwar it-tieni mistoqsija ninforma lill-Onor. Interpellant li din hija proċedura interna.

PBS – bord editorjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid min jifforma parti mill-bord editorjali tal-Public Broadcasting Services Ltd? Kemm-il darba ltaqa' dan il-bord fl-2020? Jista' l-Ministru jpoġġi kopja tal-policy ta' dan il-bord editorjali fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tliet membri maħtura fil-Bord Editorjali tal-PBS huma s-sur Joseph Sammut bħala Chairperson u s-sur Charles Flores u Dr Martin Fenech bħala membri. Dwar it-tieni mistoqsija nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 17846. Il-policy hija dik stabbilita sa mill-2004.
Leg 13 PQ #20522 Sitting 450 2021-04-20 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għal Għawdex

Servizz ta’ Fast Ferry

Question

Jista' l-Ministru jispjega x'sussidju ser jingħata lir-residenti Għawdxin sabiex ikunu jistgħu jużaw is-servizz ta' fast ferry? Jista' jgħid jekk hux ser jiġu imposti kundizzjonijiet ta' kemm u fi x'ħin iridu joperaw vjaġġi l-operaturi liċenzjati sabiex joperaw dan is-servizz?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dawk il-ħaddiema u studenti Għawdxin li bħalissa qed jirċievu s-sussiddju, ser jibqgħu jirċievu l-istess sussiddju kemm jekk jużaw is-servizz tal-Gozo Channel kif ukoll jekk jagħżlu li jużaw s-servizz li mistenna jibda tal-fast ferry.