Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm impjegati li jaqgħu taħt l-Ministeru tagħha li bħalissa qed jaħdmu permezz ta’ teleworking? Kemm kien hemm talbiet għal xogħol ta' teleworking minn Marzu 2020 li ma ġewx milqugħa?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu għandhom jimxu mad-Direttiva 13.3 maħruġa fl-4 ta’ Marzu li għadda u li kopja tagħha diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra. Il-miżuri mħaddmin fid-dipartimenti u l-entitajiet fir-rigward tal-imxija tal-COVID-19 huma dawk maħruġin mis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika.
Ministeru għall-Edukazzjoni – impjegati li mardu bil-COVID-19
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm impjegati taħt il-Ministeru tagħha li ġew infettati u mardu bil-COVID-19 u kemm hemm impjegati li bħalissa qegħdin kwarantina minħabba xi kuntatti li kellhom ma’ individwi pożittivi?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull impjegat li ħareġ pozittiv għall-COVID-19 mar fi kwarantina. Attwalment hemm 28 persuna li jinsabu fi kwarantina minħabba xi kuntatt li kellhom ma' individwi li rriżultaw pożittivi.
Ministeru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja – sanitizzazzjoni ta’ uffiċċji
Question
Tista’ l-Ministru tgħid x’prekawzjonijiet qed jittieħdu sabiex l-uffiċini jiġu sanatizzati? Ingħataw xi direct orders biex dan isir?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-uffiċini jiġu sanitizzati kull darba li jkun hemm ħtieġa. Ix-xogħol ingħata lil min seta' jipprovdi servizz immedjat ta' sanitizzar kemm fl-uffiċini kif ukoll fil-vetturi skond kif meħtieġ.
Ministeru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja – teleworking
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm impjegati li jaqgħu taħt l-Ministeru tagħha li bħalissa qed jaħdmu permezz ta’ teleworking? Kemm kien hemm talbiet għal xogħol ta' teleworking minn Marzu 2020 li ma ġewx milqugħa?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu qed jimxu mad-Direttiva 13.3 maħruġa fl-4 ta’ Marzu li għadda u li kopja tagħha qed titpoġġa fuq l-Mejda tal-Kamra. Il-miżuri mħaddmin fid-dipartimenti u l-entitajiet fir-rigward tal-imxija tal-COVID-19 huma dawk maħruġin mis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci.
Ministeru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja – miżuri minħabba l-COVID-19
Question
Tista’ l-Ministru tgħid x’inhuma l-miżuri li ttieħdu fl-uffiċini kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tagħha sabiex jiġi assigurat li l-periklu ta' infezzjoni tal-COVID-19 jitnaqqas eżempju b'użu ta' screens bejn l-iskrivaniji u l-obbligu tal-ilbies tal-maskri inkluż f'dawk l-uffiċċji li mhumiex aċċessibbli għall-pubbliku?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Nassigura lill-Onor. Interpellant li qed jittieħdu l-miżuri kollha neċessarji skont id-direzzjonijiet maħruġa mill-Awtoritajiet tas-Saħħa biex jiġi assigurat li l-periklu ta’ infezzjoni jitnaqqas.
Ministeru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja – impjegati li mardu bil-COVID-19
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm impjegati taħt il-Ministeru tagħha li ġew infettati u mardu bil-COVID-19 u kemm hemm impjegati li bħalissa qegħdin kwarantina minħabba xi kuntatti li kellhom ma’ individwi pożittivi?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull impjegat li ħareġ pożittiv għall-COVID-19 mar fi kwarantina. Attwalment, hemm impjegata waħda li tinsab fi kwarantina.
Jista' l-Ministru jgħid liema xogħol sar fil-Korsa taż-Żwiemel ġewwa Ta’ Xħajma, f’dawn l-aħħar ħames snin? Kemm sewa dan ix-xogħol u jekk dan sarx b'direct order jew b’tender? Jista’ jgħid kemm inxtraw affarijiet f'dawn l-aħħar ħames snin u kemm minnhom inxtraw b'direct order jew b’tender? Jista’ jgħid kemm kien hemm ħaddiema, x'inhu l-grad tagħhom li kienu qed jaħdmu f'din il-korsa taż-żwiemel u min ħallas il-pagi ta' dawn il-ħaddiema, sena b'sena għal dawn l-aħħar ħames snin? Jista’ jgħid ukoll x'tip ta' xogħlijiet hemm ippjanat li jsir fix-xhur li ġejjin f'din il-korsa taż-żwiemel?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra hemm lista tax-xogħlijiet li saru u tal-ħaddiema li hemm jaħdmu ġewwa l-Korsa taż-Żwiemel. Barra minn hekk għax-xhur li ġejjin hemm maħsub aktar tisbiħ u rinovar biex il-Korsa tkun attrezzata u miftuħa għal aktar dixxiplini sportivi.
Attachments:PQ 20317 - Ta’ Xħajma – korsa taż-żwiemel.pdf
'Tender for the provision of health and safety services for road reconstruction works around Gozo
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fiex tikkonsisti t-tender li ħarġet reċentement mill-Ministeru tiegħu li hi 'Tender for the provision of health and safety services for road reconstruction works around Gozo. ( MGOZ/MPU T 73/2020)'? Jista’ jgħid ukoll kif ġie magħżul min f'dawn l-aħħar ħames snin kien jagħti dan is-servizz u min fil-preżent qed jagħti dan is-servizz u kif intgħażel?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tender qiegħed fl-istadju ta’ evalwazzjoni. Fl-aħħar ħames snin dan is-Servizz kien qed jiġi offrut minn diversi service providers f’dan il-qasam.
'Tender for the Provision of Archaeological Monitoring Services during the Reconstruction of Foreman and By the Bastion Roads, Victoria as well as Ramla Road, Xagħra'
Question
Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar it-tender 'Tender for the Provision of Archaeological Monitoring Services during the Reconstruction of Foreman and By the Bastion Roads, Victoria as well as Ramla Road, Xagħra' (MGOZ/MPU T 83/2020)? Jista’ jgħid min qed jipprovdi dan servizz fi triq Foreman peress li din it-triq ilu xhur għaddej xogħol fija u din l-imsemmija tender (MGOZ/MPU T 83/2020) għadha ma ġietx awarded?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-Tender qiegħed fi stadju ta’ evalwazzjoni. Is-servizz qed jiġi pprovdut mis-sur Joseph Grima, li mill-informazzjoni li għandu dan il-Ministeru, huwa l-unika arkeologu f’Għawdex li jipprovdi dan is-servizz.
Ministeru għal Għawdex – ħaddiema seconded jew on loan
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18374 fl-intier tagħha jiġifieri kollha kemm hi u jgħid kemm kien hemm u hemm ħaddiema seconded jew ġew on loan mal-Ministeru għal Għawdex, sena b'sena u xahar b’xahar mill-1 ta' Ġunju 2013 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid x'tip ta’ xogħol qed jagħmlu mal-Ministeru għal Għawdex? Jista’ jgħid x'kien ix-xogħol tagħhom (il-grad jew job description), u ma’ liema Ministeru, entità, awtorità, korporazzjoni, aġenzija jew kumpanija tal-Gvern kienu jaħdmu qabel ġew seconded jew ġew on loan mal-Ministeru għal Għawdex?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Enemalta – ħaddiema li ġew trasferiti ma’ kumpanija
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm ħaddiema li kienu jaħdmu mal-Enemalta u li ġew trasferiti mal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u li qed jaħdmu mal-Ministeru għal Għawdex? Tista’ tgħid kemm minnhom huma Għawdxin u kemm minnhom huma Maltin, xi grad u kemm-il sena kien ilhom jaħdmu mal-Enemalta kull wieħed u waħda minn dawn l-individwi? ?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħaddiema msemmija ġew trasferiti lill-Engineering Resources Limited u mhux kif ġie riferut separatament. B’kollox kien hemm tmintax (18) il-impjegat li minnhom sbatax (17) huma Għawdxin u wieħed (1) huwa Malti.
L-informazzjoni mitluba rigward kemm-il sena kienu ilhom jaħdmu u l-grad tal-ħaddiema hi ta’ natura personali, b’hekk skont il-liġi tal-GDPR din l-informazzjoni ma tistgħax tingħata.
Bord għas-Soluzzjoni ta’ Tilwim għal Networks dwar l-Utilitajiet – membri
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid min huma l-membri appuntati fuq il-Bord għas-Soluzzjoni ta’ Tilwim għal Networks dwar l-Utilitajiet a tenur tal-artikolu 24 tal-Att dwar ir-Regolament ta’ Ċerti Xogħlijiet f’Utilitajiet u Servizzi Kap. 81? Meta ġew appuntati u t-tul tal-ħatra tagħhom?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Raħal Ġdid – Triq Ħaż-Żabbar u Triq Bormla – irranġar ta’ bankini
Question
Jista’ l-Ministru jara li ż-żona f’Raħal Ġdid bejn Triq Ħaż-Żabbar u Triq Bormla tiġi rranġata u li l-bankini li hemm isiru mill-ġdid, sabiex jippermettu li persuni anzjani u persuni bi bżonnijiet speċjali jkunu jistgħu jużawhom?
Response (BORG, IAN)
Bit-twaqqif ta’ Infrastructure Malta t-titjib fl-infrastruttura ta’ pajjiżna jinsab fuq quddiem nett tal-ħidma ta’ dan il-Gvern. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq fil-pajjiż. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis.
Infrastructure Malta qed twettaq ħafna proġetti biex ittejjeb is-sigurezza u s-sostenibilità tas-sistema tat-toroq ewlenin, toħloq infrastruttura ta’ kwalità u ambjent aħjar fit-toroq residenzjali f’kull lokalità u tibni mill-ġdid ukoll ħafna toroq sekondarji oħra, fosthom kilometri ta’ toroq rurali fil-kampanja. Dan l-investiment diġa qed iħalli l-frott mixtieq, b’diversi toroq residenzjali mibnija mill-ġdid u b’ħafna proġetti ta’ titjib fit-toroq ewlenin tas-sistema tat-trasport bl-art f’pajjiżna.
Fil-ftit żmien kemm ilha li twaqqfet, l-aġenzija diġà bniet mill-ġdid u għamlet titjib f’aktar minn 500 triq. Matul l-2020 bniet mill-ġdid mal-155 triq residenzjali u bħalissa għaddejjin xogħlijiet f’għexieren ta’ toroq oħrajn.
Bħal toroq oħrajn, it-toroq indikati jinsabu fil-pjanijiet ta’ Infrastructure Malta biex jinbnew mill-ġdid ukoll fiż-żmien li ġej. L-aġenzija hija f’kuntatt dirett mal-Kunsilli Lokali biex fejn verament hemm b¿onn, bħalma diġà għamlet f’ċerti lokalitajiet, tappoġġjahom fil-manutenzjoni tat-toroq liema ħidma hija fir-responsabbiltà tagħhom sakemm it-toroq residenzjali jinbnew mill-ġdid. Sadanittant, mistoqsijiet dwar tiswijiet tat-toroq sakemm jasal iż-żmien tagħhom biex jinbnew mill-ġdid għandhom isiru lill-ministeru konċernat miż-żamma ta’ toroq lokali.
Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu sabiex Peppi Delceppo Ground f’Bormla jiġi rranġat biex jiġi wżat mill-ġdid u jistax fil-frattemp jara li jittieħdu l-passi sabiex il-post jiġi mnaddaf sew?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li it-tender in konnessjoni ma’ dan il-ground ġie aġġudikat. Ix-xogħol mistenni jibda aktar il-quddiem dan ix-xahar.
Raħal Ġdid – Triq it-Tarzna u Triq Santa Monika – irranġar ta’ bankini
Question
Jista’ l-Ministru jara li ż-żona f’Raħal Ġdid bejn Triq it-Tarzna u Triq Santa Monika tiġi rranġata u li l-bankini li hemm isiru mill-ġdid, sabiex jippermettu li persuni anzjani u persuni bi bżonnijiet speċjali jkunu jistgħu jużawhom?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li x-xogħlijiet imsemmijja ma jaqgħux taħt ir-responabiilta tal-Kunsill Lokali. Għaldaqstant nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi l-mistoqsija lil Ministru konċernat.
Ħal Tarxien – Għassa tal-Pulizija – ftuħ fuq bażi permanenti
Question
Jista’ l-Ministru jassigura li l-Għassa tal-Pulizija ta’ Ħal Tarxien tinfetaħ fuq bażi permanenti u li għalhekk ikun hemm iktar membri tal-korp assenjati fid-distrett sabiex ikunu jistgħu jsiru r-rondi neċessarji?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor Interpellant, li fl-aħħar ġimgħat ġie mħabbar li Ħal Tarxien ser tkun lokalità oħra inklu¿a fil-proġett tal-community policing. Għaldaqstant, fil-ġimgħat li ġejjin, ir-residenti ta’ Ħal Tarxien ser ikollom servizz aħjar u aktar modern mill-Korp tal-Pulizija.
Kif kelli ċans nispjega l-viżjoni tal-Korp tal-Pulizija hi li jkun hemm preżenza ikbar ta’ pulizija fit-toroq.
L-għassa ta’ Ħal Tarxien tkun miftuħa skont l-esiġenzi tas-servizz. Fl-istess ħin issir wkoll ronda minn uffiċjali b’vetturi tal-patrol, u foot patrol mill-community policing.
Mal-għassa ta’ Ħal Tarxien ġie installat servizz ta’ ‘intercom’ li hu mqabbad 24/7 mal-Control Room fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija, minn fejn kull assistenza tingħata skont kif mitlub jew meħtieġ. Infakkru wkoll li ħafna mir-rapporti jistgħu jsiru wkoll permezz tat-telephone jew mezzi elettroniċi oħra.
Minkejja, dan irrid ngħid li l-għases ewlenin se jibqgħu miftuħa 24 siegħa kuljum u fil-każ tar-residenti ta’ Ħal Tarxien l-għassa ewlenija li tkopri bis-servizzi tagħha ż-żona li jgħixu fiha hi dik ta’ Raħal Ġdid.
Ħal Tarxien – rappreżentazzjonijiet ma’ banek kummerċjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarux rappreżentazzjonijiet ma’ banek kummerċjali varji sabiex ġewwa Ħal Tarxien jerġa’ jkun hemm servizzi bankarji bħalma kien hemm fil-passat, senjatament li jkun hemm almenu dak ta’ ATM?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Intepellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Raħal Ġdid – Triq Ħaż-Żabbar u Triq Bormla – irranġar ta’ bankini
Question
Jista’ l-Ministru jara li ż-żona f’Raħal Ġdid bejn Triq Ħaż-Żabbar u Triq Bormla tiġi rranġata u li l-bankini li hemm isiru mill-ġdid, sabiex jippermettu li persuni anzjani u persuni bi bżonnijiet speċjali jkunu jistgħu jużawhom?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li x-xogħlijiet imsemmijja ma jaqgħux taħt ir-responabiilta tal-Kunsill Lokali. Għaldaqstant nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi l-mistoqsija lil Ministru konċernat.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsijiet parlamentari 15097, 15391, 15392, 15702, jista’ l-Ministru jgħid meta sar ix-xogħol ta’ pavimentar imsemmi quddiem il-Knisja ż-żgħira ta’ San Bastjan? Jista’ jgħid jekk l-Awtorità aċċettatx ir-rapport ta’ konformità mitlub minnha stess mingħajr verifikazzjonijiet ulterjuri jew jekk għamlitx spezzjonijiet qabel iċċertifikat dan ix-xogħol? X’irriżulta minn dawk l-ispezzjonjiet? Jista’ jqiegħed ir-rapport taċ-ċertifikazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista’ jgħid x’nuqqasijiet kellu dan il-pavimentar li kienu qed iwasslu għal tant inċidenti ta’ skiddjar f’din it-triq? Jista’ jgħid kif qed jiġu rrimedjati dawk in-nuqqasijiet? X’inhu x-xogħol li qed isir u x’garanziji qed jingħataw li l-iskiddjar jieqaf?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minħabba l-azzjoni industrijali tas-Segretarji Eżekuttivi, din l-informazzjoni ser tingħata f’seduta oħra.
Edukaturi fl-iskejjel tal-istat u tal-knisja — vaċċin
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm mill-edukaturi li jgħallmu fl-iskejjel tal-stat u tal-knisja ngħataw l-ewwel tilqima tal-vaċċin u kemm minnhom ingħataw it-tieni tilqima tal-vaċċin sal-11 ta’ April 2021, lejliet li spiċċaw il-vaganzi tal-Għid u hekk kif l-edukaturi daħħlu lura jgħallmu fl-iskejjel minflok online?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-ftehim li hemm bejn il-Ministeru tas-Saħħa u l-Ministeru għall-Edukazzjoni, bi qbil mar-rappreżentanti tal-edukaturi, hu li dan il-Ministeru jgħaddi l-listi tal-edukaturi lill-awtoritajiet konċernati sabiex jirranġaw appuntamenti għal vaċċinazzjoni.
Kull informazzjoni ta' kemm tlaqqmu, tinżamm mill-Ministeru tas-Saħħa.