Ministeru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru — rappreżentant tas-settur tad-diżabilità fil-kumitati, fora u bordijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm u liema huma l-kumitati, fora, bordijiet u forma oħra ta’ tmexxija li taqa’ taħt l-Ministeru u min hu jew hi r-rappreżentant tas-settur tad-diżabilità u lil min din l-persuna tirrappreżenta fuq dawn il-kumitati, fora, bordijiet eċċ?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif se jingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali — rappreżentant tas-settur tad-diżabilità fil-kumitati, fora u bordijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm u liema huma l-kumitati, fora, bordijiet u forma oħra ta’ tmexxija li taqa’ taħt l-Ministeru u min hu jew hi r-rappreżentant tas-settur tad-diżabilità u lil min din l-persuna tirrappreżenta fuq dawn il-kumitati, fora, bordijiet eċċ?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba ser tingħata f’xi seduta oħra.
Public Service Agreement – trasport bejn Malta u Għawdex
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta ser toħroġ is-sejħa għall-Public Service Agreement għat-trasport ta' passiġġieri, karozzi u merkanzija bejn Malta u Għawdex? X'qed iżomm il-Gvern milli joħroġ din is-sejħa peress li dan il-ftehim issa ilu bosta snin li skada?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-Ministeru qiegħed fil-proċess li jipprepara sejħa għall-offerti kif ukoll jikseb l-approvazzjoni neċessarji tal-iState Aid u tal-Kummissjoni Ewropeja biex ikun jista’ joħrog is-sejħa għall-offerti permezz tad-Dipartiment tal-Kuntratti.
Fondazzjoni għas-Servizzi ta' Ħarsien Soċjali — Traineeship scheme
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm imsieħba fit-Traineeship Scheme li tnediet bejn il-Fondazzjoni għas-Servizzi ta' Ħarsien Soċjali u l-Ministeru għal Għawdex? Min hu eliġibbli li jissieħeb f'din l-iskema u kemm ser iddum is-sħubija f'din l-iskema? Jista' l-Ministru jispjega jekk din hiex l-unika skema li għandha l-Fundazzjoni jew jekk għandhiex skemi oħra ma' ministeri jew entitajiet pubbliċi oħra? Jista' l-Ministru jispjega kif din l-iskema taqa' fil-mansjoni tal-Fundazzjoni in kwistjoni?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-iskema imsemmija għandha 22 parteċipant. Huma eliġibbli biex jipparteċipaw fiha persuni minn 18-il sena ’l fuq.
L-iskema hija mifruxa fuq perjodu ta’ 12-il xahar. Din hi skema immirata għal persuni vulnerabli, li qed iħabbtu wiċċhom ma’ sfidi partikulari u sitwazzjonijiet diffiċli ekonomiċi u/jew soċjali. Dawn huma l-kategoriji ta’ nies li ta’ kuljum tgħin il-Fondazzjoni u huwa proprju għal din ir-raġuni li l-FSWS daħlet għal din l-inizjattiva flimkien mal-Ministeru għal Għawdex.
Jista' l-Ministru jgħid meta hemm ħsieb illi titlesta d-Dar tal-Anzjani f'Għajnsielem, Għawdex illi ilha mikrija kważi tmien snin ? Kemm qed tiswa l-kirja ta' din id-dar u sakemm ser tibqa' mikrija ?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li filwaqt li jirreferi għall-mistoqsija parlamentari numru 32689, ninsab infurmat li bħalissa għadu għaddej il-proċess tal-evalwazzjoni.
Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali — Skema tax-Xogol fil-komunità - nefqa
Question
Jista' l-Ministru jindika kemm kienet in-nefqa tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali fuq l-Iskema tax-Xogħol fil-Komunità sena b'sena mis-sena 2009 sas-sena 2014?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, għas-snin imsemmija ma kienetx tinżamm din l-informazzjoni mitluba, fuq dawn il-benfiċjarji. Madanakollu, dawn il-benefiċjarji bdew jirċievu paga sħiħa u mhux benefiċċju soċjali, b’effett mis-sena 2016, hekk kif kien ġie mwiegħed fil-Baġit għall-istess sena. In-numru ta’ dawn il-benefiċjarji fis-sena 2016 kien jammonta għal ċirka 702.
Jista' l-Ministru jagħti n-numru ta' msieħba fl-Iskema tax-Xogħol fil-Komunità sena b'sena mis-sena 2009 sas-sena 2020 u kemm hemm minnhom li jaħdmu Malta u kemm minnhom jaħdmu Għawdex ? Jista' l-Ministru jispjega jekk hemmx xi limitu għaż-żmien li l-imsieħba jibqgħu f'din l-iskema ? Kemm huma tenuti li jaħdmu fil-ġimgħa l-imsieħba f'din l-iskema ?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra għandek issib in-numru ta’ msieħba fl-Iskema tax-Xogħol fil-Komunità sena b'sena mis-sena 2009 sas-sena 2020 u kemm hemm minnhom li jaħdmu Malta u kemm minnhom jaħdmu Għawdex.
Minn meta bdiet l-iskema (fl-2009), qatt ma kien hemm limitu għaz-zmien li l-imsieħba jibqgħu f'din l-iskema. L-imsieħba f'din l-iskema obligati jaħdmu skont il-kuntratt tagħhom li ivarja minn
full-time, part-time
u
reduced hours
.
Fondazzjoni għas-Servizzi ta' Ħarsien Soċjali — Traineeship Scheme
Question
Jista' l-Ministru jispjega għala l-imsieħba fit-Traineeship Scheme li tnediet bejn il-Fondazzjoni għas-Servizzi ta' Ħarsien Soċjali u l-Ministeru għal Għawdex qed jintalbu illi jwettqu xogħol ta' manutenzjoni u tindif ? Jaħsiebx il-Ministru illi dan m'hux l-aħjar mod kif dawn l-imsieħba jiġu ppreparati sabiex iwaqfu kooperattiva ? X'korsijiet ser jingħataw dawn l-imsieħba sabiex ikunu jistgħu jilħqu l-għan ta' din l-Iskema ? Kemm iridu jqattgħu ħin bejn xogħol u taħriġ fil-ġimgħa l-imsieħba ?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, l-manutenzjoni u t-tindif huma qasam vast u ukoll neċessarju sabiex l-ambjent ta’ madwarna jinżamm nadif u mantnut bl-aħjar mod possibli biex joffri kwalità ta’ ħajja aħjar liċ-ċittadin.
Nemmen li l-Onor. Interpellant jaqbel ukoll li parti mill-istrateġija biex nattiraw turiżmu ta’ kwalità lejn Għawdex tiddependi wkoll fuq ħidma bla waqfien ta’ manutenzjoni u tindif biex il-Gżira Għawdxija tinżamm dejjem nadifa u fi stat tajjeb. Bażikament kieku dan ix-xgoħol ma jsirx mill-ħaddiema mseħbin f’ din l-iskema, ix-xogħol ikollu jsir permezz ta’
outsourcing
. Minbarra dan ix-xogħol ta’ tindif u manutenzjoni, u li twettaq taħt superviżżjoni, dawn il-ħaddiema diġà wettqu ħidma fir-riġenerazzjoni ta’
Trionfi House
li ser tintuża għal skop soċjali.
Kuntrarjament għal dak li qed jissuġġerrixxi l-Onor. Interpellant, dan huwa qasam li qed joffri opportunità lill-parteċipanti sabiex isaħħu l-ħiliet u l-abilitajiet tagħhom. Huwa wkoll qasam sostenibbli u hemm prospetti u pjanijiet tajbin għall-futur.
L-iskema fiha nnifsha hija taħriġ kontinwu u hi maqsuma fuq żewġ binarji – taħriġ on-site training u taħriġ off-site. Il-korsijiet tat-taħriġ off-site huma relatati ma’ aspetti varji sabiex jiksbu l-għarfien u l-ħiliet kif ukoll jiksbu l-informazzjoni kollha neċessarja relatata mal-koperattivi soċjali. Dan għaliex bħala entità ewlenija fil-qasam soċjali, l-FSWS, trid tgħin lin-nies vulnerabbli li jirrikorru għall-għajuna tagħha, jirrintegraw lura fis-soċjetà u ukoll jiġu mgħejuna jiksbu ħiliet bażiċi li jistgħu jużaw fil-ħajja tax-xogħol. Din l-għajnuna qiegħda testendi ruħha ukoll sabiex dawn l-individwu ikunu jistgħu ukoll jimirħu f’xogħol għal rashom, bħala self-employed, bil-għajnuna ta’ intrapriżi soċjali.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ persuni barranin jaħdmu f’Malta kull sena mill-2013 sal-2021? Jista’ jagħti l-informazzjoni maqsuma bejn ħaddiema minn ġewwa l-Unjoni Ewropea u ħaddiema minn barra l-Unjoni Ewropea?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għandha Jobsplus hawn taħt issib tabella li turi n-numru ta’ persuni barranin li jaħdmu f’Malta u Għawdex sal-aħħar ta’ Diċembru 2013-2019 u Settembru 2020.
Sena
EU
TCN
Total
Diċembru 2013
12,332
6,208
18,540
Diċembru 2014
16,231
7,177
23,408
Diċembru 2015
20,807
8,338
29,145
Diċembru 2016
25,816
9,922
35,738
Diċembru 2017
30,643
13,824
44,467
Diċembru 2018
34,456
21,115
55,571
Diċembru 2019
36,701
30,895
67,596
Settembru 2020
31,513
38,406
69,919
L-aħħar ċifri ppublikati huma ta’ Settembru 2020.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa l-Inkjesta Maġisterjali dwar il-bank li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li ngħalqet lejn l-aħħar tas-sena 2020?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninsab infurmat li sad-29 ta’ Marzu 2021 l-ispiża totali għall-inkjesta maġisterjali tal-bank, li d-dettalji dwaru ngħataw separatament, tammonta għal €7,501,664.50.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu fuq active labour market policies f’Malta kull sena mill-2013 sal-lum?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed tipoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
It-tabella tindika n-nefqa fuq
active labour market policies
f’Malta kull sena mill-2013 sal-2019 (skont meta kienet qed tigi offruta), skont kif Malta tibgħat l-informazzjoni lill-Kummissjoni Ewropea fil-
Labour Market Policy
(LMP)
database
.
L-aħħar informazzjoni provduta kienet għas-sena 2019.
Jista’ l-Ministru jwieġeb parti mill-mistoqsija parlamentari 18438 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa u dettaljata ta’ proġetti li approvat il-Malta Enterprise u għal kull proġett tgħid fiex jikkonsisti u x’inhi l-għajnuna approvata mill-Malta Enterprise/Malta Industrial Parks?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jiccara l-mistoqsija tieghu rigward Indis (Malta Industrial Parks)