Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ħal Tarxien – rappreżentazzjonijiet ma’ banek kummerċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarux rappreżentazzjonijiet ma’ banek kummerċjali varji sabiex ġewwa Ħal Tarxien jerġa’ jkun hemm servizzi bankarji bħalma kien hemm fil-passat, senjatament li jkun hemm almenu dak ta’ ATM?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija lil Ministru kkoncernat.

Raħal Ġdid – Triq it-Tarzna u Triq Santa Monika – irranġar ta’ bankini

Question

Jista’ l-Ministru jara li ż-żona f’Raħal Ġdid bejn Triq it-Tarzna u Triq Santa Monika tiġi rranġata u li l-bankini li hemm isiru mill-ġdid, sabiex jippermettu li persuni anzjani u persuni bi bżonnijiet speċjali jkunu jistgħu jużawhom?

Response (BORG, IAN)

Bit-twaqqif ta’ Infrastructure Malta t-titjib fl-infrastruttura ta’ pajjiżna jinsab fuq quddiem nett tal-ħidma ta’ dan il-Gvern. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq fil-pajjiż. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis. Infrastructure Malta qed twettaq ħafna proġetti biex ittejjeb is-sigurezza u s-sostenibilità tas-sistema tat-toroq ewlenin, toħloq infrastruttura ta’ kwalità u ambjent aħjar fit-toroq residenzjali f’kull lokalità u tibni mill-ġdid ukoll ħafna toroq sekondarji oħra, fosthom kilometri ta’ toroq rurali fil-kampanja. Dan l-investiment diġa qed iħalli l-frott mixtieq, b’diversi toroq residenzjali mibnija mill-ġdid u b’ħafna proġetti ta’ titjib fit-toroq ewlenin tas-sistema tat-trasport bl-art f’pajjiżna. Fil-ftit żmien kemm ilha li twaqqfet, l-aġenzija diġà bniet mill-ġdid u għamlet titjib f’aktar minn 500 triq. Matul l-2020 bniet mill-ġdid mal-155 triq residenzjali u bħalissa għaddejjin xogħlijiet f’għexieren ta’ toroq oħrajn. Bħal toroq oħrajn, it-toroq indikati jinsabu fil-pjanijiet ta’ Infrastructure Malta biex jinbnew mill-ġdid ukoll fiż-żmien li ġej. L-aġenzija hija f’kuntatt dirett mal-Kunsilli Lokali biex fejn verament hemm bżonn, bħalma diġà għamlet f’ċerti lokalitajiet, tappoġġjahom fil-manutenzjoni tat-toroq liema ħidma hija fir-responsabbiltà tagħhom sakemm it-toroq residenzjali jinbnew mill-ġdid. Sadanittant, mistoqsijiet dwar tiswijiet tat-toroq sakemm jasal iż-żmien tagħhom biex jinbnew mill-ġdid għandhom isiru lill-ministeru konċernat miż-żamma ta’ toroq lokali.

Raħal Ġdid – Triq l-Arkata, L-Ibjar u Triq Ninu Cremona – miżuri biex jitnaqqas l-inkonvenjent

Question

Jista’ l-Ministru jara x’miżuri jistgħu jittieħdu sabiex jitnaqqas l-inkonvenjent kbir lill-ġirien u negozji li hemm f’Triq l-Arkata, L-Ibjar u Triq Ninu Cremona f’Raħal Ġdid, minħabba l-preżenza ta’ uffiċċju ta’ Transport Malta li jiġbed kuljum kwantità kbira ta’ ċittadini?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-2017 l-Awtorità ta’ Transport fetħet uffiċini ġodda ġewwa fiċ-ċentru ta’ Malta. Fl-uffiċini ta’ Ħal-Lija qed jiġu offruti servizzi ħalli b’hekk tiġi mnaqqsa il-konġezzjoni fl-uffiċini ta Raħal Ġdid u jkunu ta’ iktar konvenjenza għal pubbliku.

Awtorità tal-Ambjent – Policies rigward noise pollution

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 19937, jista' l-Ministru jgħid x’passi u kordinazzjoni qed issir bejn l-awtoritajiet varji sabiex dak li hemm fil-liġi jiġi implimentat u regolat?

Response (FARRUGIA, AARON)

Fil-waqt li nirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija parlamentari 15107, nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Tribunal ta' Reviżjoni Amministrattiva — rikorsi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm rikorsi ġew preżentati quddiem it-Tribunal ta' Reviżjoni Amministrattiva tul s-sena li għaddiet? Jista' jindika kemm daħlu minn meta ġie fis-seħħ u kemm każijiet ġew deċiżi f’dawn s-snin?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Qorti ta’ Malta u Għawdex matul 2020, ġew ippreżentati 129 rikors quddiem it-Tribunal ta' Reviżjoni Amministrattiva. In-numru ta’ rikorsi li daħlu u ġew deċiżi u ċeduti minn meta ġie fis-seħħ l-Att dwar il-Ġustizzja Amministrattiva (Kap. 490) huwa muri fit-tabella t'hawn taħt: SenaRikorsi ppreżentatiRikorsi Deċiżi u ċeduti 2009910 20106318 201128873 2012346139 2013337135 2014119177 201575308 201690103 201781119 2018147134 2019130157 2020129137 2021*2624 *sal-31 ta’ Marzu 2021

Proċess Naples II — laqgħat

Question

Jista’ l-Mnistru jgħid x’laqgħat saru tul l-aħħar erba’ snin inkonnessjoni mal-proċess magħruf bħala Naples II u kemm-il darba kien hemm visti f’pajjiżna minn uffiċjali tal-istess kummissjoni?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi tul l-aħħar erba’ snin, id-Dipartiment tad-Dwana ipparteċipa f’erba’ laqgħat tal-Heads of Central Coordinationing Units, li fi tlieta minnhom fuq l-agenda kien hemm diskussjoni relatata ma’ Naples II. Ma’ kien hemm ebda vista f’pajji¿na minn uffiċċjali tal-istess kummissjoni fl-aħħar erba’ snin.

Kumpless Nazzjonali tal-Isparar Ta’ Kandja – ħaddiema

Question

Tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ persuni li qed jaħdmu fil-kumpless nazzjonali tal-isparar ta’ Kandja? Kemm minnhom huma fuq bażi full time, kemm part time u x'inhu r-rwol tagħhom?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-kumpless nazzjonali tal-isparar ta’ Kandja, jaħdmu 13 il-ħaddiem, 12 minnhom ‘full-time’ u 1 ‘part-time’ kif ġej: 1 Maniġer tal-Faċilità 1 ‘Assistant Technical Officer’ 3 ‘Range Technical Officers’ 2 Ħaddiema fil-Manutenzjoni 2 ‘General Hand’ 2 Skrivani 1 ‘Receptionist’ 1 ‘Sport Attendant’

Korsa l-Qadima tal-Marsa – żamma ta’ indafa

Question

Tista’ l-Ministru tgħid min hu responsabbli mill-indafa u ż-żamma tal-parti li tagħmel mill-kumpless tal-Korsa l-Qadima tal-Marsa mid-daħla minn Triq Aldo Moro sa taħt il-paddocks tal-Korsa tal-Marsa? Tista’ tgħid ukoll kemm persuni ttieħdu passi dixxiplinarji kontrihom minħabba rimi ta' skart goff u skart mod ieħor?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-parti li qed jirreferi għaliha ma’ tagħmilx parti mill-kumpless tal-korsa tal-Marsa u jekk jogħġbu jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Leg 13 PQ #20428 Sitting 451 2021-04-21 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Higher Secondary – eżamijiet u lezzjonijiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid għaliex sal-lum l-istudenti tal-Higher Secondary għad m’għandomx data ta’ meta se jibdew l-eżamijiet? Tista’ tikkonferma jew mod ieħor jekk dawn l-istudenti humiex se jibqgħu jitgħallmu online sal-aħħar tas-sena skolastika jew le u jekk sal-lum dawn l-istess studenti humiex informati b’dan jew le?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li jien infurmata li f'laqgħa virtwali li saret għall-istudenti ġew infurmati li l-iskola qed tipprepara biex isiru l-eżamijiet matul ix-xahar ta' Ġunju. Ġie spjegat li dawn isiru jekk l-iskejjel ikunu miftuħin, filwaqt li ngħatat dettal dwar il-metodu kif student jiġi promoss għat-tieni sena. Kif ġie uffiċjalment imħabbar mill-awtoritajiet it-tagħlim fil-post-secondary institutions ser jibqa’ online. L-iskola tibqa' tinforma b'kollox lill-istudenti fil-ħin opportun, ta' żviluppi li jista' jkun hemm.
Leg 13 PQ #20429 Sitting 451 2021-04-21 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Eżamijiet tal-MATSEC

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’inhuma l-pjanijiet dwar l-eżamijiet tal-MATSEC fid-dawl tal-pandemija?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-eżamijiet tal-MATSEC ser isiru kif kien stipulat iżda tmexxew għal data iktar tard. Fiċ-ċentri fejn ser isiru l-eżamijiet, ser jiġu rrispettati d-direttivi kollha maħruġa mid-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika kif sar fis-sessjonijiet tal-2020.

Żurrieq — bini mill-ġdid ta’ toroq residenzjali li qatt ma kienu asfaltati

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19865 u jgħid kemm inbnew toroq residenzjali mill-ġdid u li qatt ma kienu asfaltati fil-lokalità taż-Żurrieq mill-2018 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Kemm kienet twila kull triq? Meta nbeda u tlesta x-xogħol f’kull triq? Kemm kien stmat ix-xogħol u kemm attwalment ġie jiswa?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bit-twaqqif ta’ Infrastructure Malta t-titjib fl-infrastruttura ta’ pajjiżna jinsab fuq quddiem nett tal-ħidma ta’ dan il-Gvern. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq fil-pajjiż. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis. Infrastructure Malta qed twettaq ħafna proġetti biex ittejjeb is-sigurezza u s-sostenibilità tas-sistema tat-toroq ewlenin, toħloq infrastruttura ta’ kwalità u ambjent aħjar fit-toroq residenzjali f’kull lokalità u tibni mill-ġdid ukoll ħafna toroq sekondarji oħra, fosthom kilometri ta’ toroq rurali fil-kampanja. Dan l-investiment diġa qed iħalli l-frott mixtieq, b’diversi toroq residenzjali mibnija mill-ġdid u b’ħafna proġetti ta’ titjib fit-toroq ewlenin tas-sistema tat-trasport bl-art f’pajjiżna. Fil-ftit żmien kemm ilha li twaqqfet, l-aġenzija diġà bniet mill-ġdid u għamlet titjib f’madwar 500 triq. Matul l-2020 bniet mill-ġdid mal-155 triq residenzjali madwar Malta, jiġifieri medja ta’ tliet toroq kull ġimgħa. Fost it-toroq li fihom Infrastructure Malta għamlet xogħlijiet fil-lokalità taż-Żurrieq hemm tnejn li qatt ma kienu asfaltati li huma Triq Ganu (380 metru) u triq ġdida fi Triq Sant’Agata (56 metru) bi spiża totali ta’ €416,872.

Qrendi — bini mill-ġdid ta’ toroq residenzjali li qatt ma kienu asfaltati

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19864 u jgħid kemm inbnew toroq residenzjali mill-ġdid u li qatt ma kienu asfaltati fil-lokalità tal-Qrendi mill-2018 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Kemm kienet twila kull triq? Meta nbeda u tlesta x-xogħol f’kull triq? Kemm kien stmat ix-xogħol u kemm attwalment ġie jiswa?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bit-twaqqif ta’ Infrastructure Malta t-titjib fl-infrastruttura ta’ pajjiżna jinsab fuq quddiem nett tal-ħidma ta’ dan il-Gvern. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq fil-pajjiż. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis. Infrastructure Malta qed twettaq ħafna proġetti biex ittejjeb is-sigurezza u s-sostenibilità tas-sistema tat-toroq ewlenin, toħloq infrastruttura ta’ kwalità u ambjent aħjar fit-toroq residenzjali f’kull lokalità u tibni mill-ġdid ukoll ħafna toroq sekondarji oħra, fosthom kilometri ta’ toroq rurali fil-kampanja. Dan l-investiment diġa qed iħalli l-frott mixtieq, b’diversi toroq residenzjali mibnija mill-ġdid u b’ħafna proġetti ta’ titjib fit-toroq ewlenin tas-sistema tat-trasport bl-art f’pajjiżna. Fil-ftit żmien kemm ilha li twaqqfet, l-aġenzija diġà bniet mill-ġdid u għamlet titjib f’madwar 500 triq. Matul l-2020 bniet mill-ġdid mal-155 triq residenzjali madwar Malta, jiġifieri medja ta’ tliet toroq kull ġimgħa. Fost it-toroq li fihom Infrastructure Malta għamlet xogħlijiet fil-lokalità tal-Qrendi hemm tlieta li qatt ma kienu asfaltati li huma Sqaq il-Mejda San Niklaw (465 metru), Sqaq tal-Lhudija (465 metru) u Triq il-Kabiri (42 metru) bi spiża totali ta’ €317,612.

Imqabba – bini mill-ġdid ta’ toroq residenzjali li qatt ma kienu asfaltati

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19863 u jgħid kemm inbnew toroq residenzjali mill-ġdid u li qatt ma kienu asfaltati fil-lokalità tal-Imqabba mill-2018 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Kemm kienet twila kull triq? Meta nbeda u tlesta x-xogħol f’kull triq? Kemm kien stmat ix-xogħol u kemm attwalment ġie jiswa?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bit-twaqqif ta’ Infrastructure Malta t-titjib fl-infrastruttura ta’ pajjiżna jinsab fuq quddiem nett tal-ħidma ta’ dan il-Gvern. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq fil-pajjiż. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis. Infrastructure Malta qed twettaq ħafna proġetti biex ittejjeb is-sigurezza u s-sostenibilità tas-sistema tat-toroq ewlenin, toħloq infrastruttura ta’ kwalità u ambjent aħjar fit-toroq residenzjali f’kull lokalità u tibni mill-ġdid ukoll ħafna toroq sekondarji oħra, fosthom kilometri ta’ toroq rurali fil-kampanja. Dan l-investiment diġa qed iħalli l-frott mixtieq, b’diversi toroq residenzjali mibnija mill-ġdid u b’ħafna proġetti ta’ titjib fit-toroq ewlenin tas-sistema tat-trasport bl-art f’pajjiżna. Fil-ftit żmien kemm ilha li twaqqfet, l-aġenzija diġà bniet mill-ġdid u għamlet titjib f’madwar 500 triq. Matul l-2020 bniet mill-ġdid mal-155 triq residenzjali madwar Malta, jiġifieri medja ta’ tliet toroq kull ġimgħa. Fost it-toroq li fihom Infrastructure Malta għamlet xogħlijiet fil-lokalità tal-Imqabba hemm triq ġdida fi Triq Innoċnezju (81 metru) li qatt ma kienet asfaltata u l-ispiża ammontat għal €84,055.

Ħal Kirkop – bini ta’ toroq residenzjali mill-ġdid li qatt ma kienu asfaltati

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19862 jgħid kemm inbnew toroq residenzjali mill-ġdid u li qatt ma kienu asfaltati fil-lokalità ta’ Ħal Kirkop mill-2018 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Kemm kienet twila kull triq? Meta nbeda u tlesta x-xogħol f’kull triq? Kemm kien stmat ix-xogħol u kemm attwalment ġie jiswa?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bit-twaqqif ta’ Infrastructure Malta t-titjib fl-infrastruttura ta’ pajjiżna jinsab fuq quddiem nett tal-ħidma ta’ dan il-Gvern. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq fil-pajjiż. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis. Infrastructure Malta qed twettaq ħafna proġetti biex ittejjeb is-sigurezza u s-sostenibilità tas-sistema tat-toroq ewlenin, toħloq infrastruttura ta’ kwalità u ambjent aħjar fit-toroq residenzjali f’kull lokalità u tibni mill-ġdid ukoll ħafna toroq sekondarji oħra, fosthom kilometri ta’ toroq rurali fil-kampanja. Dan l-investiment diġa qed iħalli l-frott mixtieq, b’diversi toroq residenzjali mibnija mill-ġdid u b’ħafna proġetti ta’ titjib fit-toroq ewlenin tas-sistema tat-trasport bl-art f’pajjiżna. Fil-ftit żmien kemm ilha li twaqqfet, l-aġenzija diġà bniet mill-ġdid u għamlet titjib f’madwar 500 triq. Matul l-2020 bniet mill-ġdid mal-155 triq residenzjali madwar Malta, jiġifieri medja ta’ tliet toroq kull ġimgħa. Fost it-toroq li fihom Infrastructure Malta għamlet xogħlijiet fil-lokalità ta’ Ħal Kirkop ma kien hemm l-ebda triq li qatt ma kienet asfaltata.

Bus lanes

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra pjanta li jindikaw il-bus lanes kollha li hawn f'Malta?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Awtorità tat-Trasport li l-bus / priority lanes f’Malta jinstabu hekk kif ġej: · Floriana Triq Sant Anna u Triq Sarria · Msida Misrah il-Menqa u Misrah Guze Ellul Mercer · Pieta Triq Marina · Sliema Triq ix-Xatt · Gzira Triq ix-Xatt · Marsa Marsa Park & Ride u Triq il-Labour

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — rappreżentant tas-settur tad-diżabilità fil-kumitati, fora u bordijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm u liema huma l-kumitati, fora, bordijiet u forma oħra ta’ tmexxija li taqa’ taħt l-Ministeru u min hu jew hi r-rappreżentant tas-settur tad-diżabilità u lil min din l-persuna tirrappreżenta fuq dawn il-kumitati, fora, bordijiet eċċ?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — rappreżentant tas-settur tad-diżabilità fil-kumitati, fora u bordijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm u liema huma l-kumitati, fora, bordijiet u forma oħra ta’ tmexxija li taqa’ taħt l-Ministeru u min hu jew hi r-rappreżentant tas-settur tad-diżabilità u lil min din l-persuna tirrappreżenta fuq dawn il-kumitati, fora, bordijiet eċċ?

Response (BORG, IAN)

It-tagħrif se jingħata f’seduta oħra.
Leg 13 PQ #20491 Sitting 451 2021-04-21 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — rappreżentant tas-settur tad-diżabilità fil-kumitati, fora u bordijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm u liema huma l-kumitati, fora, bordijiet u forma oħra ta’ tmexxija li taqa’ taħt l-Ministeru u min hu jew hi r-rappreżentant tas-settur tad-diżabilità u lil min din l-persuna tirrappreżenta fuq dawn il-kumitati, fora, bordijiet eċċ?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal — rappreżentant tas-settur tad-diżabilità fil-kumitati, fora u bordijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm u liema huma l-kumitati, fora, bordijiet u forma oħra ta’ tmexxija li taqa’ taħt l-Ministeru u min hu jew hi r-rappreżentant tas-settur tad-diżabilità u lil min din l-persuna tirrappreżenta fuq dawn il-kumitati, fora, bordijiet eċċ?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.