Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #19001 Sitting 451 2021-04-21 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kummissarju kontra l-Burokrazija

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min hu l-Kummissarju kontra l-Burokrazija?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi l-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 18650.

Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali – azzjonijiet industrijali

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li għadhom viġenti l-azzjonijiet industrijali ordnati mill-UHM fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor Interpellant li bħalissa m’hemmx fis-seħħ azzjonijiet industrijali fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali.

Ministeru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza — proġetti tal-ESF

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kellu proġetti tal-ESF taħt id-dekasteru tiegħu u kemm-il persuna ġiet imħarrġa bejn l-2013-2020?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar — proġetti tal-ESF

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kellu proġetti tal-ESF taħt id-dekasteru tiegħu u kemm-il persuna ġiet imħarrġa bejn l-2013-2020?

Response (FARRUGIA, AARON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa — proġetti tal-ESF

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kellu proġetti tal-ESF taħt id-dekasteru tiegħu u kemm-il persuna ġiet imħarrġa bejn l-2013-2020?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija parlamentari tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — proġetti tal-ESF

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kellu proġetti tal-ESF taħt id-dekasteru tiegħu u kemm-il persuna ġiet imħarrġa bejn l-2013-2020?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — proġetti tal-ESF

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kellu proġetti tal-ESF taħt id-dekasteru tiegħu u kemm-il persuna ġiet imħarrġa bejn l-2013-2020?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jitlob l-informazzjoni meħtieġa lill-Ministru kkonċernat.

Ministeru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli – miżuri minħabba l-COVID-19

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’inhuma l-miżuri li ttieħdu fl-uffiċini kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tagħha sabiex jiġi assigurat li l-periklu ta' infezzjoni tal-COVID-19 jitnaqqas eżempju b'użu ta' screens bejn l-iskrivaniji u l-obbligu tal-ilbies tal-maskri inkluż f'dawk l-uffiċċji li mhumiex aċċessibbli għall-pubbliku?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nassigura lill-Onor. Interpellant li qed jittieħdu l-miżuri kollha neċessarji, skont id-direzzjoni maħruġa mill-awtoritajiet tas-saħħa biex jiġi assigurat li l-periklu ta’ infezzjoni jitnaqqas.

Ministeru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli – sanitizzazzjoni ta’ uffiċċji

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’prekawzjonijiet qed jittieħdu sabiex l-uffiċini jiġu sanatizzati? Ingħataw xi direct orders biex dan isir?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-uffiċini jiġu sanitizzati kull darba li jkun hemm ħtieġa u minn tal-anqas darbtejn fil-ġimgħa. Matul is-sena 2020 u 2021, l-uffiċju tas-Segretarju Permanenti ħareġ numru ta' CFQs għal kumpaniji li joffru dan it-tip ta’ servizz sabiex nigarantixxu opportunitajiet indaqs. Ninforma wkoll lill-Onor. Interpellant li dawn it-tip ta’ kuntratti ġew mgħotija lil kumpaniji differenti skont l-irħas offerti.

Ministeru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli – teleworking

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm impjegati li jaqgħu taħt l-Ministeru tagħha li bħalissa qed jaħdmu permezz ta’ teleworking? Kemm kien hemm talbiet għal xogħol ta' teleworking minn Marzu 2020 li ma ġewx milqugħa?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu għandhom jimxu mad-Direttiva 13.3 maħruġa fl-4 ta’ Marzu li għadda u li kopja tagħha qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra . Il-miżuri mħaddmin fid-dipartimenti u l-entitajiet fir-rigward tal-imxija tal-COVID-19 huma dawk maħruġin mis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci.

Ministeru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli– impjegati li mardu bil-COVID-19

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm impjegati taħt il-Ministeru tagħha li ġew infettati u mardu bil-COVID-19 u kemm hemm impjegati li bħalissa qegħdin kwarantina minħabba xi kuntatti li kellhom ma’ individwi pożittivi?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull impjegat li ħareġ pożittiv għall-COVID-19 mar fi kwarantina. Attwalment hemm persuna waħda li tinsab fi kwarantina.

Orkestra Nazzjonali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi s-sitwazzjoni bħalissa fl-Orkestra Nazzjonali peress li l-kuntratt tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament bħala person of trust ilu li skada mit-28 ta’ Frar?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li llum l-Orkestra Nazzjonali qiegħda taħt it-tmexxija ta’ Chief Executive Officer.

Orkestra Nazzjonali – sejħa pubblika għat-tmexxija

Question

Peress li skont sezzjoni 7 tal-Manual on Resourcing Policies and Procedures tal-Gvern, persuni ngaġġati bħala Persons of Trust (bħal fil-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament), ma jistgħux jokkupaw karigi eżekuttivi f’entitajiet pubbliċi, f’dan ir-rigward jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra jekk hux ser tinħareġ sejħa pubblika għat-tmexxija tal-Orkestra?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-manwal li qed jiffereri għalih jeskludi CEOs, u għaldaqstant il-proviżjonijiet tiegħu ma japplikawx. Nikkwota minn paġna mija erbgħa u għoxrin (124): “ It is to be noted that persons occupying the roles of Chief Executive Officers and one management level below to the latter, Chairpersons and board members as well as personnel representing Malta abroad and Ambassadors, and other positions which go through the Parliamentary Committee for Public Appointments are not to be considered as Person/Position of Trust.” In vece, persuni li jokkupaw il-kariga ta’ Kap Uffiċjali Eżekuttiv, livell wieħed inqas, Sede u membri ta’ bord, kif ukoll rapreżentanti u ambaxxaturi ta’ Malta barra minn xtutna, u pożizzjonijiet oħra li l-mili tagħhom jgħaddi mill-Kumitat Parlamentari għal ħatriet pubbliċi m’għandhomx jitqiesu bħala Person/Position of Trust.

Xewkija – Triq tal-Loġġa – tender

Question

Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar it-tender 'WORKS TENDER FOR THE RE-INSTATEMENT OF RUBBLE WALLS AT TRIQ TAL-LOGGA, XEWKIJA (CfT CA Unique ID: XLC/10/2020)' u jgħid fiex wasal il-proċess biex din l-imsemmija tender tiġi awarded?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tax-Xewkija li għadhom kemm ingħalqu l-evalwazzjonijiet tal-offerti mitfugħa. L-evalwazzjoni tgħaddi għall-approvazzjoni fil-laqgħa li jmiss tal-Kunsill.
Leg 13 PQ #20326 Sitting 451 2021-04-21 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Skejjel f’Għawdex — manutenzjoni

Question

Tista' l-Ministru tgħid liema huma l-iskejjel f'Għawdex li sar xogħol ta' manutenzjoni fuqhom matul is-sena 2020? Meta sar dan ix-xogħol f'kull skola? Fiex kien jikkonsisti l-istess xogħol f'kull skola u kemm ġie jiswa? Tista’ tgħid x'tip ta' manutenzjoni u fiex tikkonsisti u f’liema skola hemm ippjanata li ssir matul din is-sena u kemm hi ppjanata li tiġi tiswa?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Infurmata li x-xogħlijiet ta’ manutenzjoni li saru fl-iskejjel f’Għawdex matul is-sena 2020, li laħqu €65,845, huma kif muri fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Matul din is-sena hemm ippjanat xogħol ta’ manutenzjoni f’dawn l-iskejjel: · Skola Primarja Għarb · Skola Primarja Għajnsielem · Skola Primarja Kerċem · Skola Primarja Nadur · Skola Primarja Qala · Skola Primarja Rabat · Skola Primarja San Lawrenz · Skola Primarja Sannat · Skola Primarja Xagħra · Skola Primarja Xewkija · Skola Primarja Żebbuġ · Skola Sekondarja Victoria Ix-xogħlijiet f’dawn l-iskejjel mistenni jkopri, fost oħrajn, tibjid, rinnovazzjoni ta’ bibien, tibdil ta’ madum, tikħil u żebgħa, tibdil ta’ poġġamani, toilets, installazzjoni ta’ blinds, installazzjoni ta’ lift u rinnovazzjoni ta’ ċerti zoni li hemm fil-binjiet ta’ dawn l-iskejjel. In-nefqa totali għal dawn ix-xogħlijiet se tammonta għal €497,490, li hija aktar minn seba’ darbiet iżjed minn nefqa li kien hemm is-sena l-oħra fuq manutenzjoni fuq l-iskejjel pubbliċi f’Għawdex.
Leg 13 PQ #20327 Sitting 451 2021-04-21 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Esportazzjoni ta’ prodotti manifatturati Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-esportazzjoni ta' prodotti manifatturati f’Għawdex għal kull sena, mill-1 ta' Jannar sal-aħħar ta' Diċembru, għas-snin 2017, 2018, 2019 u 2020?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-istatistika dwar l-esportazzjoni, toħroġ għall-Malta kollha, inkluz t’Għawdex, għalhekk m’għandniex informazzjoni għal Għawdex biss.
Leg 13 PQ #20335 Sitting 451 2021-04-21 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Sannat Għawdex – Triq ta’ Ċenċ – Perit inkarigat mix-xogħol

Question

No question text.

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Perit inkarigat mix-xogħol huwa uffiċjal fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex.
Leg 13 PQ #20336 Sitting 451 2021-04-21 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – tħawwil ta’ siġar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħawlu siġar mill-Ministeru tiegħu f'Għawdex kull sena mis-sena 2015 'l hawn? F’liema lokalitajiet u x'tip ta' siġar kienu?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għas-snin 2015 sa 2018 ingħatat f’PQ 6406, filwaqt li l-informazzjoni għas-snin 2019 sal-lum tinsab fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

MCCAA – Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur – ilmenti dwar riklami qarrieqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid mill-bidu tal-2020 s’issa kemm ilmenti rċieva l-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur fi ħdan l-MCCAA dwar riklami qarrieqa u skont liema settur kienu? F’kull każ, jista’ jelenka l-eżitu finali? Jista’ jgħid fil-preżent f’kemm-il proċedimenti legali quddiem il-qrati hu parti fihom id-Direttur Ġenerali għall-Affarijiet tal-Konsumatur? F’kull każ, jista’ jelenka l-Qorti li quddiemha jinsab il-każ u dwar xiex jittratta l-każ?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-bidu tal-2020 sa issa l-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur irċieva għoxrin ilment li kienu relatati ma’ reklamar qarrieqi. Dawn l-ilmenti jikkonċernaw reklamar ta’ offerti fuq servizzi jew prodotti fis-setturi tat-telekomunikazzjoni, stabbilimenti ta’ ħwejjeġ, prodotti elettroniċi u għamara, ristoranti u caterers, supermarkets, trattamenti mediċi u kosmetiċi, pannelli solari u fwejjaħ. Minn dawn l-għoxrin ilment, tnejn ġew reġistrati minn konsumaturi individwali għal rimedju u jirrigwardaw servizzi tat-telekomunikazzjoni, fejn f’każ minnhom intlaħaq ftehim amikevoli u l-każ l-ieħor ġie rtirat. L-eżitu tal-każijiet l-oħra huwa li f’erba’ każijiet ma kienx hemm ksur, ħames każijiet għadhom pendenti u qed jiġu analizzati fis-setturi tat-telekomunikazzjoni, supermarkets u pannelli solari, u fil-kumplament tal-każijiet l-oħra l-kummerċjanti kkonċernati rregolarizzaw ruħhom billi biddlu jew waqqfu r-reklam qarrieqi wara li saret komunikazzjoni uffiċjali mill-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur. Il-każ li jirrigwarda trattamenti mediċi ġie riferut lill-entita’ responsabbli fejn qed tittieħed l-azzjoni neċessarja. Għall-aħħar żewġ mistoqsijiet, ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa hemm tliet każijiet li għadhom miftuħa u dawn huma relatati mal-artikolu 25A tal-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur preċedenti, jiġifieri l-Att ta’ qabel l-emendi tal-2011, quddiem il-Qorti tal-Maġistrati, Ġudikatura Kriminali. Ta’ min jikkjarifika li dawn il-każijiet mhumiex dwar reklamar qarrieqi iżda minħabba li l-kummerċjanti ma kinux osservaw id-deċiżjonijiet tat-Tribunal għal Talbiet tal-Konsumatur. Hemm ukoll każ pendenti quddiem il-Qorti tal-Appell rigward operatur fil-kamp tat-telekomunikazzjoni.