Legislature:
Category:
Reset
Active:

AFM – Search And Rescue Zone – operazzjonijiet b’dgħajjes – persuni salvati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24225 u jgħid minn dawk il-persuni salvati f’operazzjonijiet tal-Forzi Armati ta’ Malta (AFM) bid-dgħajjes tal-AFM fis-Search And Rescue Zone ta’ Malta, kemm inġabu f’Malta, kemm ittieħdu l-Italja u kemm ittieħdu l-Libya matul is-snin 2019, 2020 u 2021,?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor Interpellanta li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

AFM – Search And Rescue Zone ta’ Malta – dgħajjes tal-AFM mhux involuti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24226 u jgħid kemm-il operazzjoni ta’ salvataġġ kienet ko-ordinata mill-Forzi Armata ta’ Malta (AFM) fis-Search And Rescue Zone ta’ Malta iżda f’liema d-dgħajjes tal-AFM ma kinux involuti għal kull sena 2019, 2020 u 2021, u kemm-il persuna ġiet salvata f’kull waħda minn dawn l-operazzjonijiet?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor Interpellanta li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

AFM – search and rescue zone ta’ Malta – dgħajjes tal-AFM mhux involuti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24227 u jgħid minn dawk il-persuni salvati f’operazzjonijiet ko-ordinati mill-Forzi Armati ta’ Mala (AFM) fis-Search And Rescue Zone ta’ Malta iżda li fihom l-AFM ma pparteċipawx b’dgħajjes tagħhom, kemm inġabu f’Malta, kemm ittieħdu l-Italja u kemm ittieħdu l-Libya?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor Interpellanta li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

San Pawl il-Baħar u l-Mellieħa – servizzi tas-saħħa

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid xi pjanijiet hemm biex aktar servizzi tas-saħħa jibdew jiġu offruti ġewwa l-lokalitajiet ta’ San Pawl il-Baħar u l-Mellieħa?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi s-servizzi disponibbli mill-Klinika fil-Komunita’ tal-Mellieħa huma ta’ infermiera, tabib tal-Familja, podjatrija, tehid tad-demm, patologija tal-lingwa mitkellma, saħħa mentali u fiżjoterapija. Id-dipartiment għas-Saħħa qiegħed iħares lejn il-possibbiltà li jinstab sit alternattiv għall-Klinika ta’ San Pawl il-Baħar sabiex ikun jista’ jżid s-servizzi f’dan il-lokal. Dawn iż-żewġ kliniki ntużaw ukoll sabiex tingħata t-tilqima kontra l-Covid-19.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozi Żgħar – Kirjiet ta’ postijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23919 u jagħti lista ta' kirjiet ta' postijiet li ħallas il-Ministeru għall-entitajiet li jaqgħu taħtu bejn Mejju 2017 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Jista' jgħid liema huma u kif irriżultat tali kirja?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-taghrif ghadu qed jingabar u t-twegiba tinghata f’seduta ohra.
Leg 13 PQ #24328 Sitting 541 2022-01-31 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

MV Nikolaos – brokerage fees

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24165 u jikkonferma l-ammont ta’ brokerage fees li qed jitħallsu kuljum fl-eluf ta’ ewro għal MV Nikolaos? Jista’ igħid kemm qed jitħallsu kuljum lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-Gozo Channel (Operations) Ltd u ta’ xiex qed jitħallsu?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u se tingħata f’xi seduta oħra.

Ħal Kirkop – Triq Danny Cremona — Bus stop ‘Ħal Kirkop-Barrieri’

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24245, u jara li jittieħdu dawk il-passi kollha neċessarji biex il-bus stop bl-isem Ħal Kirkop - Barrieri li tinsab fi Triq Danny Cremona f'Ħal Kirkop faċċata taċ-Ċentru tas-Saħħa, issir aċċessibbli għal kull min ikun irid jagħmel użu minnha, peress li meta tagħmel ix-xita tant jgħaddi ilma tax-xita man-naħa ta' triq fejn jinsab dan il-bus stop li ħadd ma jkun jista’ jaqsam it-triq u dan anke fid-dawl li min jagħmel użu mit-Trasport Pubbliku biex iżur iċ-Ċentru tas-Saħħa f'din il-lokalità ma jkunx jista’ jagħmel dan meta tkun nieżla x-xita?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li filwaqt li ħadna nota, ninsab infurmat li dan qiegħed fil-pjan tagħna u ser ikun maħsub għalih meta jiġi attwat il-proġett li qed nipproponu għal Ħal Kirkop.

Imqabba – Triq il-Konvoj ta’ Santa Marija u Triq il-Belt Valletta – studju fuq traffic island

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24244, u jgħid jekk sarux is-'safety audits' neċessarji qabel ma ġiet installata 'traffic island' fejn jingħaqdu Triq il-Belt Valletta ma’ Triq il-Konvoj ta' Santa Marija fl-Imqabba peress li diversi sewwieqa li jużaw dawn it-toroq b'mod regolari, qed jilmentaw li din il-junction hija accident black-spot? Jista’ jara li jsir ix-xogħol neċessarju biex dan il-periklu jitneħħa mill-aktar fis possibbli?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li l-junction li qed issir referenza għaliha, li hija mgħammra bil-miżuri kollha ta’ sigurezza meħtieġa, ittejbet sabiex fil-fatt tnaqqas ir-riskji t’aċċidenti, u mhux biex iżżidhom, kif qed jiġi allegat. Jekk dawk li jkunu għaddejjin minn din it-triq isegwu r-regolamenti tat-traffiku u jsuqu bil-galbu kif titlob il-liġi, m’huwiex ċar eżattament għal liema periklu qed issir referenza għalih. L-awtoritajiet issegwu l-andament tal-junctions u t-toroq kollha u meta jiġu identifikati riskji reali li jistgħu jiġu evitati, tittieħed azzjoni ta’ prevenzjoni mill-ewwel.

Żurrieq – Triq Dun Ġużepp Zammit u Triq Carmelo Caruana – tiswijiet fid-dwal

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 24243, u tgħid x’inhi r-raġuni li d-dawl ta' Triq Dun Ġużepp Zammit u Triq Carmelo Caruana fiż-Żurrieq mhumiex jiffunzjonaw? Meta ser jissewwew dawn il-ħsarat?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara intervent mill-ħaddiema tal-Enemalta, il-ħsara ġiet imsewwija.

Tarxien – Triq Sant’Antnin – studji għall-irranġar tat-triq

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra jekk sarux studji sabiex tiġi rranġata Triq Sant’Antnin Tarxien u jekk kemm-il darba hijiex ser tkun lesta sal-aħħar tas-sena?

Response (BORG, IAN)

Fl-2021, it-tielet sena tal-programm nazzjonali għat-titjib ta’ toroq residenzjali, Infrastructure Malta lestiet il-bini mill-ġdid ta’ madwar 220 triq residenzjali oħra. Dan ifisser li għolliet il-medja tat-toroq residenzjali għal erba’ toroq fil-ġimgħa – triq aktar kull ġimgħa mis-sena 2020. Kompliet ukoll il-ħidma tagħha fit-toroq rurali fejn tejbet mal-100 triq oħra qalb il-kampanja. L-aġenzija tejbet il-kwalità ta’ dawn it-toroq fl-istess żmien li lestiet fost l-ikbar proġetti ta’ toroq arterjali u faċilitajiet marittimi f’pajjiżna u filwaqt li baqgħet għaddejja bi programm kontinwu ta’ tiswijiet u manuntenzjoni f’ħafna toroq oħrajn. Fil-lokalità ta’ Ħal Tarxien diġà nbnew mill-ġdid u saru xogħlijiet fi Triq is-Sorijiet, Triq iż-Żejtun, Triq Marjanu Gerada, Triq Santa Marija, Triq Paola, Triq Ġu¿eppi Montebello, Triq Francesco Crispi, Triq San Anard u Triq Xintill. Waqt li bħalissa għaddejjin xogħlijiet f’diversi toroq oħrajn fl-istess lokalità, it-triq indikata tinsab ukoll fil-programm ta’ bini mill-ġdid u manutenzjoni ta’ toroq, fost ħafna toroq oħrajn f’lokalitajiet differenti li Infrastructure Malta ser tagħmel fiż-żmien li ġej. Intennu l-impenn tagħna li nkomplu naħdmu bla heda biex nagħtu ambjent aħjar u kwalità ta’ ħajja aħjar lill-familji fil-lokalitajiet kollha f’pajjiżna.

Siġġiewi – Triq F.X. Mangion – bus stop

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta Infrastructure Malta beħsiebha tinstalla bus stop li jipprovdi lqugħ mill-elementi għall-passiġġiera fi Triq F.X. Mangion fis-Siġġiewi?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jitlob l-informazzjoni meħtiega lill-Ministeru kkonċernat.

In-Work Poverty

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fl-2020 liema kienu l-pajjiżi fiż-Żona Ewro bl-għola rata ta’ In-Work Poverty u kif din tikkumpara ma’ dik f’Malta?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-pajjiż bl-ogħla rata ta’ In-Work Poverty fl-2020 kien il-Lussemburgu b’rata ta’ 11.9%, segwit minn Spanja bi 11.8%, il-Ġermanja b’10.6%, il-Ġreċja b’9.9% u l-Portugal b’9.5%. Dan ifisser li ir-rata tal-Lussemburgu hija 4.5% aktar minn dik f’Malta, filwaqt li r-rati ta’ Spanja, il-Ġermanja, il-Ġreċja u l-Portugal huma rispettivament 4.4%, 3.2%, 2.5% u 2.1% ogħla minn ta’ pajjiżna. Iċ-ċifri tal-Italja għall-2020 għadhom ma humiex ippublikati. Fl-2019 l-Italja kellha rata ta’ In-Work Poverty ta’ 11.8% u allura x’aktarx meta ċ-ċifri għall-2020 jiġu ppublikati, dan il-pajjiż jiġi mal-ewwel ħamsa u jieħu post il-Portugal. Inżid ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Lussemburgu li għandu rata ta’ In-Work Poverty aktar minn darba u nofs ogħla minn ta’ Malta huwa l-pajjiż bl-aktar paga minima ġeneruża fl-Unjoni Ewropea. Din tlaħħaq sa €2,708.35 fix-xahar. Dan jindika li r-rata ta’ In-Work Poverty ma tistax tiġi nterpretata bħala li tfisser li dawn il-persuni huma f’sitwazzjoni ta’ ċaħda materjali jew faqar. Fil-fatt il-Lussemburgu huwa wieħed mill-pajjiżi bl-anqas rati ta’ persuni f’sitwazzjoni ta’ caħda materjali fl-Unjoni Ewropea.

In-Work Poverty

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet tkun ir-rata ta’ In-Work Poverty bejn l-2012 u l-2020 kieku tintuża l-Poverty Threshold adottata mill-Joint Research Centre tal-Kummissjoni Ewropea, jiġifieri dħul disponibbli ta’ €6,000?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn kalkoli tekniċi li saru minn dan il-Ministeru, jekk jintuża livell ta’ dħul disponibbli ta’ €6,000 għas-sentejn in kwestjoni, ir-rata ta’ In-Work Poverty tkun ta’ 3% għall-2012 u 0.5% għall-2020.

Armi tan-nar — permessi To Keep - trasferiment ta' armi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24218 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi u li issa ġiet riferuta lilu u jinforma lill-Kamra x'inhi l-proċedura meta persuna tiġi nieqsa u l-permessi To Keep ta' armi tan-nar u jgħaddu għand l-armla mingħajr il-bżonn li l-armi tan-nar joħorgu mir-residenza ta' fejn ikunu jinżammu? Jista’ l-Ministru jgħid jekk teżistix differenza fil-proċedura bejn: a) meta l-koppja miżżewġa u li għandha t-tfal, ikollha testment fejn il-konjuġi jkunu eredi universali ta' xulxin u b) meta l-koppja miżżewġa u li għandha t-tfal ma jkollhomx testment bejniethom?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Nattira l-attenzjoni tal- Onorevoli Membru ghall-Ordni Permanenti 27(5) tal-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra li bih ma jistgħux isiru domandi li jfittxu soluzzjonijiet għal kwistjonijiet legali astratti. Madankollu ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-fatti li hemm referenza għalihom fid-domanda tagħha huma irregolati mill-Art 42 tal-Kapitlu 480 tal-Liġijiet ta’ Malta.

Armi tan-nar – liċenzja To Keep

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24219 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi u li issa ġiet riferuta lilu u jinforma x'għandu jsir bejn il-konjuġi waqt li għadhom ħajjin, biex il-mara tkun tista' tibqa’ żżomm l-armi ta' żewġha u ma jinqalgħux problemi wara l-mewt tal-holder tal-liċenzja To Keep?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Nattira l-attenzjoni tal- Onorevoli Membru ghall-Ordni Permanenti 27(5) tal-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra li bih ma jistgħux isiru domandi li jfittxu soluzzjonijiet għal kwistjonijiet legali astratti. Madankollu ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-fatti li hemm referenza għalihom fid-domanda tagħha huma irregolati mill-Art 42 tal-Kapitlu 480 tal-Liġijiet ta’ Malta.

Siġġiewi – Triq San Ġakbu – sistema tad-distribuzzjoni tad-dawl

Question

Tista’ l-Ministru titlob lill-Enemalta jibbilanċjaw is-sistema tad-distribuzzjoni tad-dawl fi Triq San Ġakbu s-Siġġiewi minħabba rapporti frekwenti ta’ vultaġġ baxx?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din m'hijiex kwistjoni ta' bbilanċjar tas-sistema, imma is-soluzzjoni hija r-rinforzar tas-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku. Biex din tkun indirizzata għaddej programm ta' xogħlijiet mill-Enemalta biex tissaħħaħ is-sistema tal-elettriku fl-inħawi.

Persuni mċaħħda materjalment

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet ir-rata u n-numru ta’ persuni mċaħħda materjalment kull sena mill-2012 lil hawn? Separatament jista’ jgħid ukoll kemm kienet ir-rata u n-numru ta’persuni mċaħħda materjalment severament kull sena mill-2012 ’lil hawn?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif jidher fit-tabella t’ hawn taħt, ir-rata ta’ dawk f’caħda materjali naqset minn 19.4% fl-2012 għal 8.7% fl-2020. Dan ifisser tnaqqis ta’ 36,463 persuna minn 80,196 persuna mċaħħda materjalment fl-2012 għal 43,733 fl-2020. Rata u numru ta’ persuni mċaħħda materjalment SenaRata %Numru ta’ persuni 201219.480,196 201319.982,253 201419.983,876 201515.567,028 201610.245,228 20178.036,019 20188.740,754 20198.440,731 20208.743,733 Minn naħa l-oħra ir-rata ta’ dawk f’caħda materjali severa kif jidher fit-tabella t’hawn taħt naqset minn 9.5% fl-2012 għal 3.3% fl-2020. Dan ifisser tnaqqis ta’ 22,617-il persuna minn 39,253 persuna mċaħħda materjalment severament fl-2012 għal 16,636 fl-2020. Persuni mċaħħda materjalment severament SenaRata %Numru ta’ persuni 20129.539,253 201310.242,210 201410.343,178 20158.536,646 20164.419,521 20173.314,833 20183.014,246 20193.617,506 20203.316,636 Dan it-titjib ġie irreġistrat anke minkejja żieda sostanzjali fil-popolazzjoni tagħna fl-aħħar snin.

Joint Research Centre – studju dwar dħul biżżejjed għal standard of living adegwat

Question

Dwar l-istudju tal-Joint Research Centre, jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-rata tal-popolazzjoni f’pajjiżna li għandhom dħul biżżejjed għal standard of living adegwat? Din kif titqabbel ma’ pajjiżi oħrajn?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont l-istudju tal-Joint Research Centre tal-Kummissjoni Ewropea, Malta għandha l-akbar rata tal-popolazzjoni li għandha dħul biżżejjed biex ma taqax f’faqar assolut. Huma fil-fatt 98.5% tal-popolazzjoni ta’ pajjiżna li huma f’din il-qagħda. B’kuntrast fir-Rumanija huma 35% biss tal-popolazzjoni li għandhom dħul biżżejjed biex biex ma jaqgħux f’faqar assolut. Inżid ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pajjiżi li kienu membri tal-Unjoni Ewropea qabel l-2004 bħal Franza u l-Italja, fil-maġġoranza tagħhom għandhom bejn 80% u 90% tal-popolazzjoni tagħhom bi dħul li ma jaqgħux f’faqar assolut. Fil-pajjiżi tal-Ewropa tal-Lvant li daħlu membri wara l-2004, minn tal-anqas terz tal-popolazzjoni tagħhom huma f’sitwazzjoni ta’ faqar assolut.

Standard of living adegwat – dħul

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif jitqabbel l-ammont ta’ dħul li hemm bżonn f’pajjiżna biex ikollna standard of living adegwat u kif dan jikkumpara ma’ dak li hemm bżonn fil-bqija tal-Unjoni Ewropea?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont studju tal-Joint Research Centre tal-Kummisjoni Ewropea, biex persuna adulta waħda ikollha livell minimu ta’ għajxien f’pajjiżna u ma titqiesx li hi f’faqar assolut għandha bżonn dħul ekwivalizzat ta’ €500 fix-xahar. B’kuntrast fid-Danimarka persuna għall-istess livell ta’ għajxien għandha bżonn dħul ta’ mill-anqas €1,600 fix-xahar. Dan huwa l-ogħla ammont madwar l-Unjoni Ewropea. Fil-Polonja min-naħa l-oħra wieħed issib l-anqas bżonn ta’dħul għal livell minimu ta’ għajxien. F’dan il-pajjiż dan jiġi milħuq bi dħul ta’madwar €350 fix-xahar. Huwa biss fil-Polonja, il-Bulgarija u r-Rumanija li hemm bżonn ta’ dħul anqas minn dak li hemm bżonn f’Malta. Minkejja dan iżda, huwa f’Malta fejn hemm l-anqas nies (1.5% tal-poplazzjoni) li ma jilħqux il-livell minimu ta’ pajjiżhom.