Legislature:
Category:
Reset
Active:

Raħal Ġdid – Triq it-Tarzna u Triq Santa Monika – irranġar ta’ bankini

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20369 indirizzata lilu u għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20364 indirizzata lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, jista’ l-Ministru jara li ż-żewġ ministeri jikkollaboraw sabiex dan ix-xogħol isir, billi ma hemmx qbil bejniethom min għandu jesegwihom?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex rigward il-Mistoqsijiet Parlamentari 20702 u 20704 tal-istess Seduta, dawn it-toroq la huma residenzjali u anqas distributorji. Ghaldaqstant, dawn it-toroq jaqghu taht ir-responsabilta’ tal-kunsill lokali skond il-ligi (Kapitolu 363, artikolu 33(1)(a)’

Raħal Ġdid – Triq it-Tarzna u Triq Santa Monika – irranġar ta’ bankini

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20364 indirizzata lilu u għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20369 indirizzata lill-Ministru għat-Trasport, jista’ l-Ministru jara li ż-żewġ ministeri jikkollaboraw sabiex dan ix-xogħol isir billi ma hemmx qbil bejniethom min għandu jesegwihom?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Kunsill Lokali nvolut ser ikun qed jaħdem id f’id ma’ Infrastructure Malta.

Raħal Ġdid – Triq Ħaż-Żabbar u Triq Bormla – irranġar ta’ bankini

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20362 indirizzata lilu u għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20367 indirizzata lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, jista’ l-Ministru jara li ż-żewġ ministeri jikkollaboraw sabiex dan ix-xogħol isir billi ma hemmx qbil bejniethom min għandu jesegwihom?

Response (BORG, IAN)

Ninforma l-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 20702 tal-istess Seduta.

Raħal Ġdid – Triq Ħaż-Żabbar u Triq Bormla – irranġar ta’ bankini

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20367 indirizzata lilu u għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20362 indirizzata lill-Ministru għat-Trasport, jista’ l-Ministru jara li ż-żewġ ministeri jikkollaboraw sabiex dan ix-xogħol isir billi ma hemmx qbil bejniethom min għandu jesegwihom?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għal Mistoqsija Parlamentari numru 20703.

Raħal il-Ġdid – Triq li tgħaddi fi Pjazza Antoine De Paule – rapport tekniku tat-triq

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 20118, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport tekniku tal-ħsarat li hemm fit-Triq tal-Pjazza A De Paule Raħal Ġdid u jistax jindika x’passi ulterjuri ser jittieħdu?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport mitlub. Il-pass li jmiss huwa li jsir studju xjentifiku indipendenti dwar jekk it-triq saritx skont l-i specifications jew le. Jekk saret sew u skont l-i specifications ifisser li t-triq ma felħitx għall-ammont ta’ traffiku li jgħaddi minn fuqha ta’ kuljum inkluż heavy vehicles . Wara li joħrog l-eżitu ta’ dan l-istudju, issir laqgħa bejn l-i stakeholders kollha inklużi l-kuntratturi u Infrastructure Malta u jittieħdu deċiżjonijiet dwar ir-riparazzjoni ta’ din it-triq.

Mtarfa – Triq l-Anzjani – proġett ta’ housing

Question

B’referenza għall-mistqosija parlamentari 20321, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi proġett fl-inħawi ta’ Triq l-Anzjani l-Imtarfa? Għal meta hu ppjanat? X’ser isir mill-Mtarfa Drama Group u l-Iscout Groups li jużaw proprjetà pubblika?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, dan il-Ministeru ma għandu l-ebda proġett ippjanat fi Triq L-Anzjani, l-Imtarfa.

Premju Ewropew tal-Letteratura — kriterji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'kienu l-kriterji biex jintgħażlu l-kotba nominati għall-Premju Ewropew tal-Letteratura? Jista' jikkonferma jekk kienx hemm kriterji mill-Ewropa li ġew ikkomunikati lill-ġurija Maltija waqt il-proċess ta' aġġudikazzjoni?Jista’ jgħid ukoll jekk kienx hemm kotba li ġew esklużi u għaliex?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u tingħata f’seduta oħra.
Leg 13 PQ #20709 Sitting 453 2021-04-27 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għal Għawdex

Għajnsielem — Dar tal-Anzjani - postijiet ta' parkeġġi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ser ikollu postijiet ta' parkeġġi id-Dar tal-Anzjani f'Għajnsielem, Għawdex? Jista' jikkonferma li l-kuriduri ta' din id-dar huma dojoq u ma jippermettux li jgħaddi stretcher minn ġo fihom?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.

Indis Malta Ltd — għajnuna lill-kumpanija

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'għajnuna tat Indis Malta Ltd lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Din l-għajnuna kienet parti minn skema tal-kumpanija jew deċiża ad hoc? Min fost l-inkwilini jew ċenswalisti ta' Indis Malta Ltd jista' jibbenefika minn din l-għajnuna? Din l-iskema, jekk teżisti, tħabbret pubblikament?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevolli Interpellant li l-kumpanija nkwistjoni kenet allokata spazju industrijali wara li l-proġett tagħha kien approvat mill-Korporazzjoni Malta Entreprise. Dan il progett hu ezempju ċar ta kif jinħoloq spazju biex kumpaniji ikabbru l-operat tagħhom b’mod aktar sostenibli, speċjalment fejn jidħol l-użu ta spazju, effiċjenza u li jippormovi ‘l-prinċipju ta ‘clustering’.

Gozo Innovation Hub — kera

Question

Jista' l-Ministru jispjega għala l-kera fil-Gozo Innovation Hub hi ogħla minn stabbilimenti simili f'San Ġiljan? Jista' jgħid kemm-il talba saret għal tnaqqis tal-kontribuzzjoni tal-komun fil-perjodu tal-pandemija u kemm minnhom intlaqgħet?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-rata tal-kera fil-Gozo Innovation Hub ġiet stabbilita mill-Cost Benefit Analysis pertinenti għal dan il-progett li sar b’konformita’ mal-proċedura tal-kofinanzjament minn fondi ewropew għall-iżvillup regjonali (ERDF). Dan filwaqt li ma’ saret l-ebda talba għal tnaqqis tal-kontribuzzjoni tal-komun minħabba l-pandemija.

Gozo Innovation Hub — allokazzjonijiet approvati minn Malta Enterprise

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il allokazzjoni saret fil-Gozo Innovation Hub u kemm minnhom kienu approvati minn Malta Enterprise u kemm minnhom ingħataw mingħajr tali approvazzjoni?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa hemm hames kumpanniji approvatti li kollha ghandhom letter of intent mill-Korporazzjoni Malta Enterprise.

Gozo Innovation Hub — attivitajiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19749 u jindika x'attivitajiet saru fil-Gozo Innovation Hub minn mindu nfetħet sal-aħħar ta' Frar 2021 u kemm daħlet flus minnhom Indis Malta Ltd?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

L-irwol ta’Indis Malta mhux biex idahhal il-flus minn attivitajiet izda li talloka spazju lill-kumpaniji li jridu jinvestu f’Malta jew Ghawdex bhal kaz ta’Gozo Innovation Hub.

Għawdex – permessi għal terraced house

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19745 u jgħid kemm inħarġu permessi għal terraced houses f'Għawdex mill-2013 'l hawn, sena b'sena?

Response (FARRUGIA, AARON)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.

Raħal il-Ġdid – Pjazza De Paule – kumpens lis-sidien tal-ħwienet

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 19983, jista’ l-Ministru jibgħat uffiċjali sabiex ikellmu lis-sidien tal-ħwienet indikati billi għal kuntrarju ta’ dak indikat is-sidien batew sew u ma kienx hemm aċċess kif kellhom qabel?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Matul ir-rinovazzjoni tal-Pjazza de Paule seta’ kien hemm inkonvenjent lill-ħwienet u partijiet oħra bħalma jiġri kull meta jsir rinovazzjoni jew tranġar ta’ triq fi kwalsijasi post. Wieħed japrezza li ix-xogħol msemmi ġab miegħu vantaġġi u ambjent aħjar għan-nies tal-lokal. Filwaqt li nifhem il-kuntest tal-mistoqsija, wieħed jrid japrezza li l-vantaġġi ġodda ta l-investiment li sar, se jkun qed iħalli l-frott tiegħu mal-komunita’ kollha ta’ Raħal Ġdid.

Bord tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi — aġenda u minuti tal-laqgħat

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-aġenda u tal-minuti tal-laqgħa tal-Bord tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi li saret nhar it-23 ta' April 2021?

Response (FARRUGIA, AARON)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-aġenda tal-laqgħa tal-Bord tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi li saret nhar it-23 ta' April 2021. Għar-rigward tal-Minuti, ninforma lill-Onor. Interpellant illi dawn għadhom mhux disponibbli peress li għad iridu jiġu approvati mill-istess Board.

Interconnector — użu

Question

Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ħin (f'sigħat u minuti) kuljum li fihom intuża l-interconnector mill-ewwel ġurnata li beda jopera?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-interconnector bejn Malta u Sqallija ġie inawgurat f’April tas-sena 2015. Minn dakinhar s’issa l-interconnector intuża matul is-siegħat kollha tal-ġurnata minnbarra f’ċertu ċirkustanzi fejn kien hemm xi ħsara jew bżonn ta’ xi forma ta’ manutenzjoni.

Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali – azzjonijiet industrijali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex jikkonsistu l-azzjonijiet industrijali fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali li għaddejjin bħalissa?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt f' mistoqsija numru 19060.

Third Country National – self employed

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma jew jispjega jekk hijiex policy tal-Gvern li Third Country National ma jistax ikun self employed f’Malta?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-linji gwida dwar il-liċenzji għall-impjieg ta’ Jobsplus jistabilixxu li barranin li jkunu ċittadini ta’ pajji¿i terzi jistgħu jingħataw liċenzja biex jaħdmu għal rashom kemm il-darba jissodisfaw waħda minn dawn il-kriterji: · Jinvesti f’Malta kapital ta’ mill-anqas €500,000 sa sitt xhur minn meta tinħareġ il-liċenzja. · ‘ Highly Skilled Innovators ’ bi proġett vijabbli u li jikkommeti li jimpjega mill-anqas tlett persuni Maltin /EAA /Swiss · Ikun qed imexxi proġett approvat mil-Malta Enterprise Barranin li jkollhom residenza fit-tul (Long-term Residents), refuġjati, dawk li għandhom protezzjoni sussidjarja, dawk li għandhom protezzjoni umanitarja u dawk li applikaw għall-a¿il, ukoll għandhom bzonn liċenzja biex jaħdmu bħala self-employed izda dawn huma ezenti mil-kriterji msemijja hawn fuq.

Third Country National – kuntratt ta’ impjieg

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk biex Third Country National jaħdem f’Malta jridx ikun impjegat u allura jkollu kuntratt ta’ impjieg?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li biex persuna ċittadina ta pajjiz terz taħdem hawn Malta, trid tkun impjegata u jkollha kuntratt ta’ impjieg. Persuna ċittadina ta pajjiz terz jistgħu wkoll jingħataw liċenzja biex jaħdmu għal rashom kemm il-darba jissodisfaw waħda minn dawn il-kriterji: · Jinvesti f’Malta kapital ta’ mill-anqas €500,000 sa sitt xhur minn meta tinħareġ il-liċenzja. · ‘ Highly Skilled Innovators ’ bi proġett vijabbli u li jikkommeti li jimpjega mill-anqas tlett persuni Maltin /EAA /Swiss · Ikun qed imexxi proġett approvat mil-Malta Enterprise Barranin li jkollhom residenza fit-tul (Long-term Residents), refuġjati, dawk li għandhom protezzjoni sussidjarja, dawk li għandhom protezzjoni umanitarja u dawk li applikaw għall-azil, ukoll għandhom bzonn liċenzja biex jaħdmu bħala self-employed izda dawn huma ezenti mil-kriterji msemijja hawn fuq.