Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #20558 Sitting 453 2021-04-27 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħlasijiet lill-Università Amerikana fl-Isla

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm tħallas fil-passat, u/jew għadu qed jitħallas minn fondi pubbliċi biex ġie restawrat il-bini tal-Università Amerikana fl-Isla? Jista’ jgħid hekk dawn il-figuri jinkludux ukoll xi sussidji li qed jitħallsu għal din l-entità privata kif ukoll promessi li ġew inklużi fil-kuntratt ta’ taxxa sussidjata fuq il-qligħ?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li ma tħallsu l-ebda fondi pubbliċi kif qed jindika hu.
Leg 13 PQ #20559 Sitting 453 2021-04-27 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Ħlasijiet lill-Università Amerikana fl-Isla

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallas fil-passat, u/jew għadu qed jitħallas minn fondi pubbliċi biex ġie restawrat il-bini tal-Università Amerikana fl-Isla? Jista’ jgħid hekk dawn il-figuri jinkludux ukoll xi sussidji li qed jitħallsu għal din l-entità privata kif ukoll promessi li ġew inklużi fil-kuntratt ta’ taxxa sussidjata fuq il-qligħ?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-Mistoqsija Parlamentari Numru 20558.

Inawgurazzjoni tal-Marsa Junction — nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa l-inawgurazzjoni tal-proġett tal-Marsa Junction li saret nhar il-Ħamis 15 ta' April 2021?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Bezzina li din il-mistoqsija normalment issir mill-kollega tiegħu l-Onorevoli Aquilina. Fil-fatt, nitolbu jirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 20562 tas-Seduta 452.
Leg 13 PQ #20611 Sitting 453 2021-04-27 Oral · Final From: KEVIN CUTAJAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

React EU – nefqa tal-fondi

Question

Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Parlament dwar il-mod li bih Malta se tonfoq il-fondi Ewropej allokati għaliha taħt l-hekk imsejjaħ React EU?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li Malta ġiet allokata madwar € 112-il miljun (prezzijiet kurrenti) f'Fondi tal-UE taħt il-programm REACT UE. Il-Gvern ser juża dawn il-Fondi biex jagħmel tajjeb għal-parti mill-ispiża tal-iskema tal-Malta Enterprise li biha ġew salvagwardjati l-impjiegi b’riżultat tal-COVID 19.

Passi fil-konfront tal-Assistent Kummissarju tal-Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi ser jittieħdu fil-konfront tal-Assistent Kummissarju tal-Pulizija li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament dwar l-illegalitajiet, abbużi u mġieba ħażina li wettaq matul iż-żmien li ilu jservi fil-Korp tal-Pulizija?

Response (CAMILLERI, BYRON)

F’dan il-pajjiż l-investigazzjonijiet jsiru mill-istituzzjonijiet u l-awtoritajiet relevanti li huma regolati mil-liġijiet tal-pajjiż u mhux mill-politiku.

Persuni li jbatu minn Myalgic Encephalomyelitise — statistika

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid, jekk hawnx statistika ta’ kemm hawn persuni li jbatu mill-Myalgic Encephalomyelitise?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi din l-istatistika ma tinżammx.

Persuni li jbatu minn Myalgic Encephalomyelitise – vaċċin kontra l-COVID-19

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta persuni li huma vulnerabbli u li jbatu mill-Myalgic Encephalomyelitise ser jingħataw l-vaċċin kontra l-COVID-19?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tilqim kontra l-Covid-19 għaddej b’ritmu mgħaġġel skont l-eta’.

Ministeru għas-Saħħa — rappreżentant tas-settur tad-diżabilità fil-kumitati, fora u bordijiet

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġb il-mistoqsija parlamentari 20488 u jgħid kemm u liema huma l-kumitati, fora, bordijiet u forma oħra ta’ tmexxija li taqa’ taħt l-Ministeru u min hu jew hi r-rappreżentant tas-settur tad-diżabilità u lil min din l-persuna tirrappreżenta fuq dawn il-kumitati, fora, bordijiet eċċ?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-bordijiet, li jirregolaw l-entitajiet governattivi indikati fl-emendi fl-Att VII tal-2015, attwalment kollha għandhom membru li hu/i persuna b’diżabilità, għajr wieħed. F’dan il-każ, mhux isir użu mill-pożizzjoni ta’ membru li żdiedet bl-emendi fil-Liġi sakemm tinstab persuna idonea li tkun tista’ tokkupa r-rwol. Inżid li l-Liġi msemmija ma tobbligax li l-membru b’diżabilità jkun fuq bord bħala “rappreżentant għall-persuni b’diżabilità”, kif qed jindika l-istess interpellant. Ma’ dan irid jingħad ukoll li hemm għadd ta’ bordijiet, kumitati, fora u forom oħrajn ta’ tmexxija li għandhom fi ħdanhom membri li huma persuni b’diżabilità, avolja ma jaqgħux taħt l-emendi fl-Att imsemmi aktar ’il fuq.

Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar — rappreżentant tas-settur tad-diżabilità fil-kumitati, fora u bordijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20487 u jgħid kemm u liema huma l-kumitati, fora, bordijiet u forma oħra ta’ tmexxija li taqa’ taħt l-Ministeru u min hu jew hi r-rappreżentant tas-settur tad-diżabilità u lil min din l-persuna tirrappreżenta fuq dawn il-kumitati, fora, bordijiet eċċ?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-bordijiet, li jirregolaw l-entitajiet governattivi indikati fl-emendi fl-Att VII tal-2015, attwalment kollha għandhom membru li hu/i persuna b’diżabilità, għajr wieħed. F’dan il-każ, mhux isir użu mill-pożizzjoni ta’ membru li żdiedet bl-emendi fil-Liġi sakemm tinstab persuna idonea li tkun tista’ tokkupa r-rwol. Inżid li l-Liġi msemmija ma tobbligax li l-membru b’diżabilità jkun fuq bord bħala “rappreżentant għall-persuni b’diżabilità”, kif qed jindika l-istess interpellant. Ma’ dan irid jingħad ukoll li hemm għadd ta’ bordijiet, kumitati, fora u forom oħrajn ta’ tmexxija li għandhom fi ħdanhom membri li huma persuni b’diżabilità, avolja ma jaqgħux taħt l-emendi fl-Att imsemmi aktar ’il fuq.

Premjijiet tat-tiġrijiet – ħlas

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk hux minnu li l-premjijiet tat-tiġrijiet ilhom ma’ jitħallsu minn Jannar? Tista’ tgħid għaliex meta r-reġistrazzjonijiet tal-owners jitħallsu qabel u mhux wara? Tista’ tgħid jekk din hux sempliċi każ ta’ traskuraġni jew ta’ klabb li falla finanzjarjament?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.

EquestriMalta – Kap eżekuttiv

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 20422 tista’ l-Ministru tgħid min mela l-kariga ta' Kap Eżekuttiv ta’ EquestriMalta? Meta u fejn ħarġet l-applikazzjoni pubblika? Kemm applikaw għal din il-kariga? Min kienu l-membri fil-bord tal-għażla? X'kundizzjonijiet għandu l-Kap Eżekuttiv?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kariga ta’ Kap Eżekuttiv ta’ EquestriMalta mtliet mis-Sur Max Zammit. L-applikazzjoni ġiet pubblikata fis-7 ta’ Frar 2021 fuq il-gazzetta The Sunday Times u fuq il-websajt tal-Ministeru għall-Inklużjoni u Kwalita’ tal-Ħajja u ġew riċevuti żewġ applikazzjonijiet. Il-membri fil-bord tal-għażla kienu s-Segretarju Permanenti ta’ dan l-istess Ministeru u żewg uffiċjali pubbliċi li huma rrtirati. S-salarju tal-Kap Eżekuttiv huwa mqabbel ma’ skala 3 tas-Servizz publiku.
Leg 13 PQ #20680 Sitting 453 2021-04-27 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Introduzzjoni ta’ Teknoloġija edukattiva

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 20420 tista’ l-Ministru tagħti timeframe ta’ meta se tiddaħħal it-teknoloġija edukattiva l-ġdida? Tista’ tgħid min qiegħed jaħdem fuq din l-introduzzjoni? Tista’ tpoġġi l-pjan fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. interpellant li filwaqt li f’pajjiżna diġà għandna pjattaforma diġitali u teknoloġika b’saħħitha, ġie konkluż studju dwar x’inhuma l-aħjar modi ta’ kif tiġi introdotta teknoloġija ġdida. Issa qegħdin isiru l-preparamenti neċessarji biex jiġi ffinalizzat il-proċess ta’ xiri tal-kontenut diġitali. Hu maħsub li fl-ewwel fażi, l-għalliema mistennija jingħataw taħriġ dwar il-kontenut diġitali għat-tagħlim u l-assessjar. Min-naħa tal-MFED hemm involuti bosta dipartimenti, filwaqt li qed isiru wkoll diskussjonijiet b'mod regolari mal-partijiet konċernati.
Leg 13 PQ #20681 Sitting 453 2021-04-27 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Eżamijiet tal-Matsec

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 20429, tista’ l-Ministru tispeċifika li l-eżamijiet tal-MATSEC se jsiru kif kien stipulat iżda tmexxew għal data iktar tard? Se jsiru kif stipulat? Jew se jsiru aktar tard?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ngħarraf lill-Onorevoli interpellant li l-eżamijiet tas-SEC u tal-Matrikola mistennija jsiru fi żmien stipulat kif tħabbar f’Ottubru 2020 skont l-iskeda tal-eżamijiet. L-eżamijiet qed ikunu iktar tard mis-sessjonijiet preċedenti minħabba l-pandemija. Dawn ser isiru skont il-protokolli tal-Awtoritajiet tas-Saħħa.
Leg 13 PQ #20682 Sitting 453 2021-04-27 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Eżamijiet tal-Benchmark

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk kienx hemm tibdil fid-dati ta’ meta se jsiru l-eżamijiet tal-benchmark fis-sitt sena tal-primarja? Jekk iva, għaliex inħass il-bżonn li jsir dan?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ngħarraf lill-Onorevoli interpellant li minħabba li jridu jinżammu l-miżuri tas-saħħa, l-eżamijiet tal-Benchmark se jsiru fuq tlett (3) ijiem minflok fuq ħamest (5) ijiem kif kien isir qabel il-pandemija.

Il-Mellieħa – Bajja tal-Għadira – proposta tal-estensjoni

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dettalji, inkluż studji li saru (jekk saru) b'rabta mal-proposta tal-estensjoni tal-Bajja tal-Għadira fil-Mellieħa?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Promenade tal-bajja tal-Għadira – xogħlijiet ta’ tisbiħ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjan li jsir xogħol ta' tisbiħ fil-promenade tal-Bajja tal-Għadira fil-Mellieħa? Jekk iva, jista’ jpoġġi l-imsemmi pjan fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru kontinwament jaħdem fuq interventi ta’ manteniment u investiment fil-prodott lokali fil-lokalitajiet kollha turistiċi.

Il-Mellieħa – pjan għal tnaqqis ta’ konġestjoni tat-traffiku

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjan jew studji li saru jew qed isiru sabiex titnaqqas il-konġestjoni tat-traffiku mix-Xemxija? Jista’ jindika kif dan il-pjan se jaffettwa l-bypass tal-Mellieħa u l-bypass ta’ San Pawl il-Baħar?

Response (BORG, IAN)

Nieħu gost ninnota li l-Oppożizzjoni qed tirrealizza li x-xogħol fit-toroq illum m’għadux isir kif kien isir “tmien snin ilu” u qed nieħdu gost li tistaqsu dwar il-ħidma li qed issir minn din l-Aġenzija fuq it-toroq li tħallew abbandunati bil-konsegwenza ta’ traffiku li hawn illum. Fil-ftit żmien kemm ilha li twaqqfet, Infrastructure Malta diġà bniet mill-ġdid u għamlet titjib f’madwar 500 triq. Matul l-2020, bniet mill-ġdid mal-155 triq residenzjali madwar Malta, jiġifieri medja ta’ tliet toroq kull ġimgħa. Infrastructure Malta għaddejja fuq ħidma bla waqfien sabiex intejbu t-toroq tagħna bħal ma sar fil-Marsa Junction, Santa Lucija, Central Link Project, il-proġett ta’ Hal-Kirkop li bħal issa għaddej ġmielu fost ħafna toroq u proġetti kbar oħra.