Jista’ l-Ministru jgħid liema huma t-toroq li huma ppjanati ġewwa l-Mosta u Ħ’Attard biex jittranġaw tul is-sena kurrenti u jekk l-ispiża hux se tkun minn fondi Lokali jew Ewropej? Jista’ l-Ministru jgħid meta se titlesta Triq Lord Strickland ġewwa Ħ’Attard?
Response (BORG, IAN)
Fil-ftit żmien kemm ilha li twaqqfet, Infrastructure Malta diġà bniet mill-ġdid u għamlet titjib f’madwar 500 triq. Matul l-2020 bniet mill-ġdid mal-155 triq residenzjali madwar Malta, jiġifieri medja ta’ tliet toroq kull ġimgħa.
Il-Mosta hija waħda mil-lokalitajiet fejn l-aktar li saru toroq ġodda minn Infrastructure Malta minħabba t-telqa u s-snin twal ta’ nuqqas t’investiment li kien hemm f’din il-lokalità fil-passat. Fil-Mosta diġà saru Triq Dawret il-Wied, Triq il-Qares, Triq is-Snajja’, Triq San Pawl tal-Qliegħa, Triq tas-Sriedek, Sqaq Madre Tereża Spinelli, Triq Rużar Briffa (Żokrija), Triq Kumbu, Triq San Silvestru, Triq Alofju Wignacourt, Triq il-Ballata, Triq Dun Karm Schembri, Triq il-Bdoti, Triq il-Familja Cumbo, Triq it-Taħħan, Triq ta’ Venezja, Triq il-Baqqunier u Triq tal-Wej, waqt li bħalissa qegħdin isiru Triq Durumblat, Triq il-Kbira, u Triq Patri Ġuże Delia.
Saru wkoll xogħlijiet fi Triq il-Fortizza, Triq il-Fortizza tal-Mosta u Triq il-Kostituzzjoni waqt li diġà hemm ippjanti diversi toroq oħrajn f’din il-lokalità biex isiru xogħlijiet fihom fiż-żmien li ġej li jinkludu Triq Rumani, Triq il-Fuħħar, Triq l-Imsaqqfin, Triq il-Garrier, Triq Gio C Dei Marchesi Mallia Tabone, Triq bla isem ħdejn Triq San Anton Abbati, Wied ta’ Għajn Rihana, Triq Ta’ Żejfa, Pont tal-Bidnija, Triq Rafel Caruana Dingli u Triq il-Mitjar.
Fil-lokalità ta’ Ħ’Attard diġà saru Triq il-Ġamar, Triq Dun Alwiġ Galea, Triq il-Marġ, Triq Hannibal, Sqaq Rajgu, Triq Annibale Preca, Triq Ferdinandu Inglott, Triq qrib San Anton, Triq Kananea, Triq Oliver Agius u Triq Lord Strickland li għadha kemm tlestiet. Bħalissa għaddej xogħol fi Triq l-Imdina, Triq iż-Żagħfran, Triq in-Nutar Zarb, Triq il-Belt Valletta, Triq Ħaż-Żebbuġ, Triq Wied ta’ Rmiedi u Triq San Anton.
Fl-istess lokalità diġà hemm ukoll diversi toroq oħrajn ippjanati biex isiru xogħlijiet fihom fiż-żmien li jinkludu Trejqet ir-Reġina, Triq l-Isptar, Triq l-Inħasa, Triq Ta’ Fgieni, Triq il-Pitkali, Triq il-Linja, Triq A Schembri u Triq Ħal Warda.
Uħud mit-toroq li qegħdin isiru bħalissa f’Ħ’Attard jagħmlu parti mis-Central Link Project, li huwa investiment ewlieni li Infrastructure Malta qed twettaq anke b’fondi Ewropej biex ittejjeb il-kwalitá, is-sigurtá, s-sostenibilità u l-effiċjenza fir-rotta arterjali li testendi mill-Bypass tal-Imrieħel, tul Triq l-Imdina f’Birkirkara, Ħal Balzan u Ħ’Attard, sar-roundabout li hemm fil-bidu tat-Telgħa tas-Saqqajja, fl-inħawi ta’ Ta’ Qali. Il-ħin tal-ivvjaġġar f’dan in-netwerk ta’ toroq fiċ-ċentru tal-pajjiż għandu jonqos bin-nofs. Ser jonqos l-ammont ta’ persuni li jkollhom jgħaddu minn toroq residenzjali fl-inħawi biex jippruvaw jaslu aktar malajr. B’hekk ser igawdu mhux biss il-lokalitajiet ta’ Ħal Balzan u Ħ’Attard, iżda wkoll oħrajn viċin bħal Ħal Lija u Birkirkara.
Din il-ħidma ta’ titjib fit-toroq tagħna se tibqa’ għaddejja bla heda, sena wara l-oħra, sabiex niksbu l-infrastruttura ta’ kwalità li kapaċi tixpruna b’mod sostenibbli l-progress soċjali u ekonomiku tal-familji u n-negozji f’Malta.
Taħriġ mill-JobsPlus għal persuni li qed ifittxu xogħol
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm qiegħed jingħata taħrig mill-JobsPlus għal nies li qed ifittxu x-xogħol bejn l-2017-2020?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li hawn taħt issib tabella li turi n-numru ta’ taħrig It-taħrig jinkludi sheltered employment training, pre-employment training (Job Bridge) u korsijiet mainstream. li qed jingħata mill-Jobsplus għal nies li kienu qed ifittxu xogħol bejn l-2017-2020.
Sena
Total ta' taħrig għal nies li qed ifittxu x-xogħol
2017
628
2018
426
2019
478
2020
443
Minsiteru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — position of trust – persuni mlaqqma
Question
Jista’ l-Ministru jgħid, sal-15 ta’ Marzu kemm ġew imlaqqma persuni li jokkupaw Position of Trust fil-Ministeru tiegħu jew f’xi entità li taqa’ taħt il-Ministeru tiegħu? Jista’ jgħid x’inhi l-età ta’ dawn il-persuni?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, minbarra li dak li qed jitlob hu jikkostitwixxi għal tagħrif personali, dawk il-ħaddiema taħt il-Ministeru li huma meqjusin bħala frontliners ġew imlaqqmin parti minn proċess nazzjonali skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-awtoritajiet tas-saħħa.
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi — position of trust – persuni mlaqqma
Question
Jista’ l-Ministru jgħid, sal-15 ta’ Marzu kemm ġew imlaqqma persuni li jokkupaw Position of Trust fil-Ministeru tiegħu jew f’xi entità li taqa’ taħt il-Ministeru tiegħu? Jista’ jgħid x’inhi l-età ta’ dawn il-persuni?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li, minbarra li dak li qed jitlob hu jikkostitwixxi għal tagħrif personali, dawk il-ħaddiema taħt il-Ministeru li huma meqjusin bħala frontliners ġew imlaqqmin parti minn proċess nazzjonali skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-awtoritajiet tas-saħħa.
Ministeru għal Għawdex — position of trust – persuni mlaqqma
Question
Jista’ l-Ministru jgħid, sal-15 ta’ Marzu kemm ġew imlaqqma persuni li jokkupaw Position of Trust fil-Ministeru tiegħu jew f’xi entità li taqa’ taħt il-Ministeru tiegħu? Jista’ jgħid x’inhi l-età ta’ dawn il-persuni?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, minbarra li dak li qed jitlob hu jikkostitwixxi għal tagħrif personali, il-Ministeru m’għamilx rakkomandazzjonijiet biex jitlaqqmu xi ħaddiema minn tiegħu.
Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol — position of trust – persuni mlaqqma
Question
Jista’ l-Ministru jgħid, sal-15 ta’ Marzu kemm ġew imlaqqma persuni li jokkupaw Position of Trust fil-Ministeru tiegħu jew f’xi entità li taqa’ taħt il-Ministeru tiegħu? Jista’ jgħid x’inhi l-età ta’ dawn il-persuni?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li, minbarra li dak li qed jitlob hu jikkostitwixxi għal tagħrif personali, il-Ministeru m’għamilx rakkomandazzjonijiet biex jitlaqqmu xi ħaddiema minn tiegħu.
Ministeru għall-Edukazzjoni — position of trust – persuni mlaqqma
Question
Tista’ l-Ministru tgħid, sal-15 ta’ Marzu kemm ġew imlaqqma persuni li jokkupaw Position of Trust fil-Ministeru tagħha jew f’xi entità li taqa’ taħt il-Ministeru tagħha? Tista’ tgħid x’inhi l-età ta’ dawn il-persuni?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li, minbarra li dak li qed jitlob hu jikkostitwixxi għal tagħrif personali, dawk il-ħaddiema taħt il-Ministeru li huma meqjusin bħala frontliners ġew imlaqqmin parti minn proċess nazzjonali skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-awtoritajiet tas-saħħa.
Minsiteru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli — position of trust – persuni mlaqqma
Question
Tista’ l-Ministru tgħid, sal-15 ta’ Marzu kemm ġew imlaqqma persuni li jokkupaw Position of Trust fil-Ministeru tagħha jew f’xi entità li taqa’ taħt il-Ministeru tagħha? Tista’ tgħid x’inhi l-età ta’ dawn il-persuni?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, minbarra li dak li qed jitlob hu jikkostitwixxi għal tagħrif personali, dawk il-ħaddiema taħt il-Ministeru li huma meqjusin li jagħtu servizz essenzjali ġew imlaqqmin parti minn proċess nazzjonali skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-awtoritajiet tas-saħħa.
Rabat Għawdex – uffiċini ġodda tal-Planning Authority fi Triq il-Kapuċċini
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess biex jinbnew uffiċini ġodda tal-Awtorità tal-Ippjanar fi Triq il-Kapuċċini kantuniera ma’ Triq Sir Luigi Camilleri, ġewwa r-Rabat Għawdex?
Response (FARRUGIA, AARON)
Jien infurmat li t-tender għax-xogħlijiet ġewwa Għawdex ġie revokat wara li tlesta l-proċess ta’ evalwazzjoni. L-unika offerta li daħlet ġiet meqjusa inferjuri għall-ispeċifikazzjonijiet tekniċi mitluba mill-Awtoritá fis-sejħa għall-offerti. Ir-riżultat ta’ dan it-tender ġie ppublikat nhar it-Tlieta 6 ta’ April 2021 mid-Dipartiment tal-Kuntratti, u kien suġġett għal perjodu ta’ appell ta’ għaxart ijiem fejn ma sar l-ebda appell.
Sadanittant, jien infurmat li l-Awtoritá qed tikkunsidra mill-ġdid jekk hemmx postijiet oħra tal-Gvern li jistgħu jaqdu l-ħtiġijiet tagħha biex b’hekk ma jkolliex għalfejn tinħareġ sejħa oħra.
Proġetti u programmi/inizjattivi kofinanzjati mill-Unjoni Ewropea
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari, 18363, 18106 u 16776 li oriġinarjament saru lill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u issa ġiet riferuta lilu u jagħti dettalji dwar il-proġetti u programmi/inizjattivi kofinanzjati mill-Unjoni Ewropea ġewwa Malta u Għawdex separatament li bħalissa għaddej ix-xogħol fuqhom jew għadhom għaddejjin? Jista' jagħti l-valur totali, għal kull proġett jew programm/inizjattiva, ta’ kemm se jiġi jiswa u kemm minnu hu kofinanzjat mill-fondi tal-Unjoni Ewropea? Jista' jgħid meta hu maħsub (xahar u sena) li jispiċċa kull proġett jew programm/inizjattiva?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema tal-Ministeru għal Għawdex jaħdmu ġewwa d-dry standing area ġewwa ż-Żewwieqa fil-Port tal-Imġarr u xi gradi huma?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li preżentament ma hemmx ħaddiema tal-Ministeru għal Għawdex ġewwa d-dry standing area fiż-Żewwieqa.
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 16623 u 18379 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Ekomija u l-Industrija u li issa ġew riferuti lilha u tgħid liema kienu l-proġetti ta' investiment barrani li l-Malta Enterprise rnexxielha ġġib lejn Għawdex matul is-snin 2016, 2017, 2018, 2019 u 2020?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Malta Enterprise hija koperta bil-kunfidenzjalita' imposta skont l-Artiklu 21(5) tal-Att dwar l-Intrapriża ta’ Malta (Malta Enterprise Act) u l-Artiklu 33 tal- Att dwar il-Promozzjoni ta’ Negozji (Business Promotion Act). B’hekk l-informazzjoni mitluba ma tistax tiġi ppublikata.
Taċ-Ċawla, Rabat Għawdex – tender għal bini ta’ appartamenti u open spaces ikkanċellata
Question
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 18381 li ngħatat iktar minn xahrejn ilu, fejn fiha ngħad li t-tender li ġiet ikkanċellata fil-15 ta Mejju 2020: Tender for the Construction of a Block of Apartments and Open Spaces at the Housing Estate at taċ-Ċawla, Victoria, Gozo, ingħad li ' qiegħed għand id-Dipartiment tal-Kuntratti għall-vetting', jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-process tal-vetting ta' din it-tender u meta hu maħsub li jingħalaq biex tkun tista’ toħroġ din it-tender ferm importanti?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment tal-Kuntratti għaddej bl-ivvettjar biex din it-tender tkun tista’ tiġi pubblikata.
Sal-ħin li fih qed tingħata din ir-risposta, id-Dipartiment qed jistenna xi informazzjoni u dokumenti li talab mingħand l-Awtorità Kontraenti, biex ikun jista’ jkompli bl-ivvettjar, u jippubblika t-tender mill-aktar fis possibbli.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il twelid kien hemm f’Għawdex kull sena mis-sena 2016 sas-sena 2021? Jista’ jgħid minn dawn it-twelid kemm minnhom kienu ta’ ġenituri li t-tnejn kienu ċittadini Maltin? Kemm minnhom kienu ta’ ġenituri li huma t-tnejn ta’ ċittadinanza barranija u kemm minnhom kienu ta’ ġenituri li wieħed jew waħda huma ċittadini Maltin u l-ġenitur l-ieħor huwa ċittadin barrani?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għandha tintalab lill-Ministeru kkonċernat.
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 17863, jista’ l-Ministru jgħid meta ser jiġi mwaqqaf li state-of-the-art National Traffic Control Centre, peress li dan kellu jiġi mwaqqaf sas-sena 2020? Jista’ jgħid f’liema stadju wasal dan il-proġett u meta se jiġi inawgurat? Min huma l-kuntratturi/Consortium/Joint Venture li ġew ikkummisjonati jwettqu dan il-proġett? Kemm fil-fatt ser jiġi jiswa dan il-proġett?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li ninsab infurmat li d-dokumenti ta’ tenders qedgħin jiġu rreveduti minn konsulenti esterrni u ser ikun qedgħin jiġi ppublikat dalwaqt.
B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 17428 u 17670, peress li l-Ministru diversi drabi jgħid li qed jintefqu l-miljuni ta' ewro biex isiru diversi xogħlijiet ta' toroq madwar Malta u Għawdex u għalhekk anke minħabba accountability żgur li Infrastructure Malta li hi l-aġenzija tal-Gvern responsabbli minn dawn ix-xogħlijiet għandha r-records neċessarji tax-xogħolijiet li saru , jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra informazzjoni ta' kemm-il kilometru ta’ toroq ġodda jew bini mill-ġdid ta’ toroq saru mill-2013 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari (għal kull sena separatament), kif ukoll jgħid:
(a) kemm minnhom kienu toroq arterjali u distributorji;
(b) kemm minnhom tlestew kompletament u liema minnhom għadhom mhux lesti;
(c) f'każ ta' dawk it-toroq li għadhom mhux lesti, x'persentaġġ ta' xogħol fadal u meta jaħseb li ser jitlesta dan ix-xogħol;
(d) x'tip ta' servizzi nbidlu (dawl,
mains
tal-ilma tax-xorb,
mains
tad-drenaġġ, eċċ.);
(e) fejn saru
water culverts
u x'tulijiet ta'
waterculverts
saru f'kull triq; u
(f) kemm kien stmat li tiġi tiswa kull triq u kemm fil-fatt ġiet l-ispiża?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din id-domanda mressqa titlob ammont qawwi ta’ riżorsi umani u ħin, u għalhekk hija meqjusa bħala umanament impossibbli. Ikun aktar għaqli li l-ħin u r-riżorsi utilizzati għal dan il-għan, minflok jiġu utilizzati fuq xogħol aktar effettiv u produttiv. Li hu żgur, li b’investiment bla preċedent ta’ €700 miljun it-toroq kollha fil-pajjiż se jsiru mill-ġdid, għax aħna l-wegħdi nżommuhom.
Jista’ l-Ministru jgħid x'xogħol sar s’issa fil-mini ta' Ħal Kirkop u x'xogħol fadal isir peress li x-xogħol ilu ammont ta' żmien għaddej? Jista’ jgħid meta dan ix-xogħol ser ikun kompletament lest għax ir-residenti li jużaw dan il-mini regolarment qed jgħaddu minn inkonvenjent kbir, anke minħabba diversi xogħlijiet fl-akkwati?
Response (BORG, IAN)
Infrastructure Malta qed tirrestawra l-erba’ strutturi tal-mini prinċipali li għandna fis-sistema tat-toroq tagħna biex tassigura s-sigurtà u l-istabbilità tagħhom għal tul ta’ ¿mien. Ix-xogħlijiet estensivi u tiswijiet li hemm b¿onn biex jiġu msaħħin l-istrutturi tal-mini f’Ħal Kirkop, Santa Venera, Tal-Qroqq u Ta’ Giorni, qegħdin isiru f’daqqa. Kull struttura hija magħmulha minn żewġ mini li jagħtu lejn direzzjonijiet opposti, u kull waħda fiha żewġ korsiji li flimkien iġibu total ta’ 4.8 kilometri tas-sistema ta’ toroq arterjali li hawn fil-pajjiż. L-eqdem struttura hija dik Ta’ Giorni, li nbniet fl-1967. Waqt li l-mini f’Tal-Qroqq huma l-i¿jed riċenti u nbnew fl-1996.
Minn dawn il-mini jgħaddu eluf ta’ persuni kull siegħa. Għalhekk, it-titjib ta’ dawn il-mini jingħaqad mal-investiment bla preċedent li qed isir minn Infrastructure Malta f’ħafna toroq arterjali oħrajn, fosthom dawk li jagħtu għall-istess strutturi, biex pajji¿na jkollu infrastruttura tal-ivvjaġġar aktar sigura, aktar effiċjenti u aktar sostenibbli.
Minn studji tekniċi li ġew ikkummissjonati ħareġ li għalkemm strutturalment jinsabu f’qagħda tajba, il-mini jeħtieġ li ssirilhom manutenzjoni sostanzjali u tiswijiet. Fost affarijiet oħrajn irri¿ulta li s-sistema tal-elettriku u tad-dwal hija antikwata u jeħtieġ li tinbidel biex tkun skont standards internazzjonali. Hemm bżonn ukoll li jsir titjib kbir fis-sistemi ta’ sigurtà u dawk ta’ kontra n-nirien, kif ukoll fil-passaġġi u l-bibien tal-ħruġ mill-mini f’każ ta’ emerġenza.
Wara tindifa lill-ħitan biex tneħħa n-nugrufun li tħalla jinġema għal għexieren ta’ snin saru tiswijiet tal-istruttura tagħhom u bdiet tinbidel is-sistema tad-dwal biex il-mini ma jibqgħux imdallmin. Il-ħitan qed jinksew b’materjal apposta li jsebbaħhom u jdawwalhom aktar. Minbarra li jipprovdi vi¿ibilità aħjar fil-mini, dan il-materjal għandu jiffaċilita wkoll it-tindif u l-manutenzjoni li jkun hemm bżonn isiru kull tant żmien. Bis-sistema l-ġdida li qed tiġi nstallata l-qawwa tad-dawl ġewwa l-mini se tinbidel mal-ġurnata, billi jitbaxxa jew jogħla mal-ħin, ħalli l-għajnejn joqgħodu mill-ewwel meta tidħol fihom.
F’kull mina nbniet kamra tal-kontroll li minnha jiġu kkontrollati sistemi ġodda ta’ cameras, alarms ta’ kontra n-nirien, apparat li jkejjel il-kwalità tal-arja, tabelli elettroniċi u tagħmir ta’ emerġenza. Dawn se jkunu wkoll imqabbdin maċ-Ċentru Nazzjonali għall-Kontroll tat-Traffiku biex ikun hemm monitoraġġ kontinwu. Il-cameras se jkollhom sistema li awtomatikament tinforma lill-awtoritajiet jekk ikun hemm diffikultajiet, bħal xi karozza wieqfa fil-mina, biex tintbagħat l-għajnuna minnufih.
Il-ħruġ ta’ emerġenza minn kull mina se jiġi mtejjeb b’diversi apparat bħalma huma bibien re¿istenti għan-nirien u apparat biex iċċempel għall-għajnuna bħal dak li nsibu fil-liftijiet, kif ukoll sinjali u dwal li jidderiġuk minn fejn għandek toħroġ. F’kull mina qed jiġu nstallati wkoll sistemi ta’ kanen li l-pumpieri jkunu jistgħu jgħaqqdu magħhom għal provvista tal-ilma minn fuq il-post stess u apparat ieħor għal kontra n-nirien.
Ix-xogħol li jonqos isir fil-mini ta’ Ħal Kirkop fil-ġimgħat li ġejjin jinkludi t-tkomplija tal-kisi tas-saqaf u l-ħitan bil-materjal li se jtejjeb il-viżibilità ġewwa l-mini, l-installazzjoni ta’ sistemi tad-dawl u sistemi tal-cameras flimkien ma’ tagħmir ieħor tas-sigurtà. Finalment jerġgħu jinbnew il-korsiji ta’ ġol-mini u jinksew b’diversi saffi t’asfalt. Ix-xogħlijiet qed jiġu ppjanati b’mod li l-għeluq ikun mill-inqas u f’dawk il-ħinijiet li jkollhom l-inqas impatt fuq il-pubbliku, iżda fl-istess waqt mingħajr ma jpoġġu f’riskju saħħet il-ħaddiema. Ix-xogħlijiet ewlenin li jeħtieġu għeluq ta’ korsiji fil-mini mistennija jkunu lesti f’Ġunju.
L-Imqabba – Triq il-Konvoj ta’ Santa Marija – siġar fis-central strip
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x'tip ta' siġar u l-kwantità ta' kull tip ta' siġra li tħawwlu fis-central strip ta' bejn is-service road u t-triq prinċipali fi Triq il-Konvoj ta' Santa Marija fl-Imqabba wara li siġar li kien hemm eżistenti fl-istess central strip inqalgħu?
Response (BORG, IAN)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jitlob l-informazzjoni meħtiega lill-Ministeru ikkonċernat.
Jista’ l-Ministru jagħti indikazzjoni meta se jitlesta x-xogħol fi Triq San Ġorġ Birżebbuġa biex tissolva l-problema li jitla’ l-baħar fit-triq?
Response (BORG, IAN)
Ninforma l-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta qed timplimenta proġett li tfassal mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet u l-Infrastruttura fi ħdan l-istess Ministeru bil-għan li tittaffa l-problema tal-għargħar fl-inħawi ta’ Dawret il-Qalb Imqaddsa, biswit il-Bajja ta’ San Ġorġ f’Birżebbuġa.
It-toroq u l-bini f’din iż-żona jinsabu prattikament mal-livell tal-baħar. Ikun hemm drabi, mhux neċessarjament waqt xi maltimempata, fejn il-livell tal-baħar saħansitra jogħla aktar mil-livell tat-triq, bil-konsegwenza li jkun hemm diffikultajiet t’għargħar. Dan il-fenomenu ilu jikkaġuna problemi u inkonvenjenti kbar partikolarment lir-residenti għal ħafna snin. Ċerti proposti li saru fil-passat instab li jikkaġġunaw aktar riperkussjonijiet għal djar fil-viċin u bini ieħor.
Għaldaqstant, ried jinstab x’inhu l-aħjar intervent li għandu jsir biex itaffi l-problema tal-għargħar mingħajr ma jitpoġġew f’riskju l-proprjetajiet li hemm fl-inħawi. Wara li għal xi żmien ġiet evalwata s-sitwazzjoni partikolari tat-toroq fiż-żona, id-Dipartiment tax-Xogħlijiet u l-Infrastruttura stabbilixxa pjan li jidhirlu li huwa l-aħjar soluzzjoni għall-għargħar tat-toroq bil-maltemp jew meta jogħla l-livell tal-baħar, mingħajr ma jinħolqu konsegwenzi fuq il-bini tal-madwar.
Bil-proġett li qed timplimenta b’investiment ta’ madwar €400,000 Infrastructure Malta se timmodifika l-livelli tat-toroq. Barra minn hekk, se jiżdiedu l-kanali għall-ilma (water culverts) billi se jsiru oħrajn ġodda, waqt li dawk e¿istenti se jitwessgħu fosthom dak li hemm fil-ġnien pubbliku, jew jinbnew mill-ġdid. Wara mbagħad jinbnew ukoll mill-ġdid il-bankini u t-triq isirilha wiċċ ġdid b’diversi saffi t’asfalt. Ix-xogħol mistenni jitlesta fix-xhur li ġejjin, sas-sajf.
F’Birżebbuġa l-aġenzija diġà bniet mill-ġdid numru ta’ toroq oħrajn u hija impenjata li gradwalment tkompli ttejjeb in-netwerk tat-toroq ta’ din il-lokalità u infrastruttura marittima oħra fil-qrib.