Legislature:
Category:
Reset
Active:

Twettiq ta’ Direttiva (UE) 2020/1828

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħol qed isir fit-twettiq tad-Direttiva (UE) 2020/1828 tal-25 ta’ Novembru 2020 dwar azzjonijiet rappreżentattivi għall-protezzjoni tal-interessi kollettivi tal-konsumaturi, u li tħassar id-Direttiva 2009/22/KE wkoll fid-dawl tal-liġi attwali tal-Att dwar Proċedimenti Kollettivi (Kap. 520) li diġà tirregola diversi aspetti dwar din il-materja? Jista’ jgħid jekk hemmx il-ħsieb li ssir konsultazzjoni pubblika dwar l-istess?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lil Ministru kkonċernat.

MCCAA — Direttur Ġenerali - multi u penalitajiet amministrattivi - ksur tad-dispożizzjoni ta' Kap. 379

Question

B’referenza għat-twegibiet għall-mistoqsijiet parlamentari 10169 ta’ din il-leġiżlatura u 27947 tat-12-il Leġiżlatura, jista’ l-Ministru jgħid jekk sussegwenti għal Mejju tal-2019 s’issa ġewx imposti multi jew penalitajiet irrespettivament tal-mod kif deskritti fuq talba jew wara intervent tad-Direttur Ġenerali tal-Kompetizzjoni? Jekk ġew imposti, kemm kien l-ammont u x’kien il-ksur tal-liġi fejn allura ġiet imposta l-multa jew penali?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li sussegwenti għal Mejju tal-2019 ma ġiet imposta l-ebda penali.
Leg 13 PQ #20403 Sitting 454 2021-04-28 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Proġett ta’ Villa Lauri f’Birkirkara

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proġett ta' Villa Lauri f'Birkirkara li kien tħabbar f'Jannar 2019 u jgħid jekk tlestewx ix-xogħlijiet infrastrutturali kollha u jekk le x'fadal issir u meta hi ppjanata li tkun lesta minn kollox din il-binja u għalhekk tkun tista' tibda tilqa’ fiha istudenti li jkunu qed jistudjaw f'Malta u familji Għawdxin li jkunu qed jagħmlu trattamenti ġewwa l-isptar f'Malta?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant, li x-xogħol strutturali ta’ Villa Lauri f’Birkirkara tlesta f’Diċembru li għadda. Bħalissa qed issir l-evalwazzjoni tal-offerti għal xogħlijiet ta’ M&Es u Finishes, u qed isir l-abbozz ta’ tender biex tinxtara l-għamara u l-appliances. Dan il-proġett mistenni jkun lest sa nofs is-sena 2022 u jibda jilqa’ fih l-istudenti li jkunu qed jistudjaw f'Malta kif ukoll familji Għawdxin li jkunu qed jagħmlu trattamenti ġewwa l-isptar f'Malta fit-tielet kwart tas-sena 2022.
Leg 13 PQ #20404 Sitting 454 2021-04-28 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Vetturi li huma proprjetà tal-Ministeru għal Għawdex li għandhom l-isticker tal-logo Proġett Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid sena b'sena min ta approvazzjoni u kemm ġew jiswew l-istickers bil-logo ta' 'Proġett Għawdex' li saru fuq diversi vetturi proprjetà tal-Ministeru għal Għawdex f'dawn l-aħħar tliet snin u nofs? Jista’ jgħid kemm hemm ħsieb li jintefqu flus matul is-sena 2021 biex iktar vetturi proprjetà tal-Ministeru għal Għawdex ikollhom fuqhom l-istickers il-logo ta' Proġett Għawdex?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-sena 2018 kienet intefqet is-somma ta’ € 1,327.50 fuq dawn l-istickers.
Leg 13 PQ #20405 Sitting 454 2021-04-28 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ta’ Sannat – Triq it-Tabib Anton Tabone — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ħa jibda x-xogħol (xahar u sena) biex tinbena mill-ġdid parti minn Triq it-Tabib Anton Tabone (imsejħa wkoll bħala l-Qasam) li twassal għad-daħla tar-raħal Ta’ Sannat, peress li din il-parti tinsab f'kundizzjoni ħażina ħafna u għal xi raġuni ma saritx mal-parti ta' fuq tal-istess triq?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol mistenni jibda fil-ġimgħat li ġejjin, wara li titlesta it-Triq ta’ Sannat.

Inawgurazzjoni tal-Marsa Junction — nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il inawgurazzjoni saret b'rabta mal-multi-level junction tal-Marsa u tal-Underpass ta' Santa Luċija? Kemm ġiet tiswa kull inawgurazzjoni?

Response (BORG, IAN)

Tagħrif dwar il-proġett tal-mini ġodda taħt ir-roudabout ta’ Santa Luċija, u l-inawgurazzjoni ta’ dan l-investiment t’€20 miljun ingħataw fit-tweġiba għall-mistoqsija Parlamentari numru 18432 f’Seduta 422. Għal tagħrif dwar il-Marsa Junction Project, l-akbar proġett infrastrutturali li qatt sar fit-toroq Maltin, b’investiment ta’ €70 miljun, u dwar l-attivitajiet t’inawgurazzjoni u ta’ ringrazzjament lill-pubbliku u l-ħaddiema ta’ dan il-proġett li saru fl-2019 (meta nfetħu l-ewwel żewġ flyovers), u fil-ġimgħat li għaddew, nirreferi lill-Onorevoli Bezzina għat-tweġiba tal-mistoqsijiet Parlamentari 11260, 20562 u 20564 li ngħataw fis-Seduti 251, 452 u 453 rispettivament.

Public Service Obligation (Maritime Transportation)

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex jikkonsisti l-Public Service Obligation (Maritime Transportation), għal kemm ammont fi flus, x'rotot koprew, kemm kien il-patronaġġ u min huma l-operaturi li bbenefikaw minn dan il-Public Service Obligation, sena b'sena, mill-2015 sal-2020?

Response (BORG, IAN)

Ninsab infurmat li l-operatur li jibbenifika minn dan il-Public Service Obligation (Maritime Transportation) huwa Malta Motorways of the Sea. L-għan ta’ dan il-PSO huwa li jiġi assigurat il-provista ta’ servizz ta’ merkanzija bil-baħar bejn Malta u l-portijiet ta’ Genoa, Reggio Calabria, Palermo jew Catania (skont il-ħtieġa). L-informazzjoni l-oħra mitluba f’din il-mistoqsija hija meqjusa bħala waħda ta’ natura sensitiva.

Public Service Obligation (Public Transport)

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex jikkonsisti l-Public Service Obligation (Public Transport), għal kemm ammont fi flus, kemm kien il-patronaġġ u min huma l-operaturi li bbenefikaw minn dan il-Public Service Obligation, sena b'sena, mill-2015 sal-2020?

Response (BORG, IAN)

Ninsab infurmat li l-operatur li jibbenifika minn dan il-Public Service (Public Transport) tirreferi għas- sussidju li jitħallas għas-servizz tat-trasport pubbliku bi skeda li jitħallas lill- operatur tat-trasport publiku jiġifieri il-Malta Public Transport. L-informazzjoni l-oħra mitluba f’din il-mistoqsija hija meqjusa bħala waħda ta’ natura sensitiva.

Public Service Obligation (Inter-Island Transportation)

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex jikkonsisti l-Public Service Obligation (Inter-Island Transportation), għal kemm ammont fi flus, kemm kien il-patronaġġ u min huma l-operaturi li bbenefikaw minn dan il-Public Service Obligation, sena b'sena, mill-2015 sal-2020?

Response (BORG, IAN)

Ninsab infurmat li l-operatur li jibbenfika minn dan il-Public Service Obligation (Inter-Island Transportation) huwa Gozo Channel Transport Joint Venture. L-għan ta’ dan il-PSO huwa li jiġi assigurat il-provista ta’ ‘life line’ services bejn Malta u Għawdex. L-informazzjoni l-oħra mitluba f’din il-mistoqsija hija meqjusa bħala waħda ta’ natura sensitiva.

Tal-Linja Card — Programm

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’tinkludi l-inizjattiva u programm ta' Tal-Linja Card kif inhu mniżżel fl-Estimi Finanzjarji tal-Bagit, għal kemm tammonta fi flus, min huma l-kumpanii u operaturi li bbenefikaw minn dawn il-flus u kemm kien il-patronaġġ minn din l-inizjattiva, sena b'sena, mill-2015 sal-2020?

Response (BORG, IAN)

Nibda biex infiehem lill-Onor. Interpellant li l-benefiċċjarji tal-miżura tat-trasport pubbliku b’xejn huma persuni li jaqgħu f’ċertu faxex ta’ passiġġiera u mhux lill-kumpanji jew operaturi. Fit-tabella sussegwenti wieħed isib l-informazzjoni mitluba: Sena Benefiċċarji Patronagg Valur 2017 Persuni ta 18 il-sena 573,861 €244,403.19 2018 Persuni ta bejn is-16 u 20 Sena 5,262,838 €2,227,727.55 2019 Persuni ta bejn 14 u 20 sena, Studenti ta 21 u izjed u persuni b'disabilita 7,948,860 €3,400,904.70 2020 Persuni ta bejn 14 u 20 sena, Studenti ta 21 u izjed, persuni b'disabilita u persuni li għandhom 75 sena u aktar 5,702,083 €2,083,648.50

Karozzi tal-linja — Inċidenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm inċidenti li kienu jinvolvu karozzi tal-linja, sena b'sena, mill-2013 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li minn informazzjoni miksuba mingħand l-operatur tat-trasport pubbliku l-ammont ta’ inċidenti li fihom kienu involuti karozzi tal-linja mill-2015 sa l-aħħar tat-2020 kien hekk kif ġej: · 2015 - 1,852 · 2016 - 2,151 · 2017 - 1,855 · 2018 - 1,834 · 2019 - 1,579 · 2020 - 878

Ministeru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza — rappreżentant tas-settur tad-diżabilità fil-kumitati, fora u bordijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20486 u jgħid kemm u liema huma l-kumitati, fora, bordijiet u forma oħra ta’ tmexxija li taqa’ taħt l-Ministeru u min hu jew hi r-rappreżentant tas-settur tad-diżabilità u lil min din l-persuna tirrappreżenta fuq dawn il-kumitati, fora, bordijiet eċċ?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-bordijiet, li jirregolaw l-entitajiet governattivi indikati fl-emendi fl-Att VII tal-2015, attwalment kollha għandhom membru li hu/i persuna b’diżabilità, għajr wieħed. F’dan il-każ, mhux isir użu mill-pożizzjoni ta’ membru li żdiedet bl-emendi fil-Liġi sakemm tinstab persuna idonea li tkun tista’ tokkupa r-rwol. In¿id li l-Liġi msemmija ma tobbligax li l-membru b’diżabilità jkun fuq bord bħala “rappreżentant għall-persuni b’diżabilità”, kif qed jindika l-istess interpellant. Ma’ dan irid jingħad ukoll li hemm għadd ta’ bordijiet, kumitati, fora u forom oħrajn ta’ tmexxija li għandhom fi ħdanhom membri li huma persuni b’diżabilità, avolja ma jaqgħux taħt l-emendi fl-Att imsemmi aktar ’il fuq.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi — rappreżentant tas-settur tad-diżabilità fil-kumitati, fora u bordijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20485 u jgħid kemm u liema huma l-kumitati, fora, bordijiet u forma oħra ta’ tmexxija li taqa’ taħt l-Ministeru u min hu jew hi r-rappreżentant tas-settur tad-diżabilità u lil min din l-persuna tirrappreżenta fuq dawn il-kumitati, fora, bordijiet eċċ?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-bordijiet, li jirregolaw l-entitajiet governattivi indikati fl-emendi fl-Att VII tal-2015, attwalment kollha għandhom membru li hu/i persuna b’diżabilità, għajr wieħed. F’dan il-każ, mhux isir użu mill-pożizzjoni ta’ membru li żdiedet bl-emendi fil-Liġi sakemm tinstab persuna idonea li tkun tista’ tokkupa r-rwol. Inżid li l-Liġi msemmija ma tobbligax li l-membru b’diżabilità jkun fuq bord bħala “rappreżentant għall-persuni b’diżabilità”, kif qed jindika l-istess interpellant. Ma’ dan irid jingħad ukoll li hemm għadd ta’ bordijiet, kumitati, fora u forom oħrajn ta’ tmexxija li għandhom fi ħdanhom membri li huma persuni b’diżabilità, avolja ma jaqgħux taħt l-emendi fl-Att imsemmi aktar ’il fuq.

Ministeru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur — rappreżentant tas-settur tad-diżabilità fil-kumitati, fora u bordijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20484 u jgħid kemm u liema huma l-kumitati, fora, bordijiet u forma oħra ta’ tmexxija li taqa’ taħt l-Ministeru u min hu jew hi r-rappreżentant tas-settur tad-diżabilità u lil min din l-persuna tirrappreżenta fuq dawn il-kumitati, fora, bordijiet eċċ?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-bordijiet, li jirregolaw l-entitajiet governattivi indikati fl-emendi fl-Att VII tal-2015, attwalment kollha għandhom membru li hu/i persuna b’diżabilità, għajr wieħed. F’dan il-każ, mhux isir użu mill-pożizzjoni ta’ membru li żdiedet bl-emendi fil-Liġi sakemm tinstab persuna idonea li tkun tista’ tokkupa r-rwol. Inżid li l-Liġi msemmija ma tobbligax li l-membru b’diżabilità jkun fuq bord bħala “rappreżentant għall-persuni b’diżabilità”, kif qed jindika l-istess Interpellant. Ma’ dan irid jingħad ukoll li hemm għadd ta’ bordijiet, kumitati, fora u forom oħrajn ta’ tmexxija li għandhom fi ħdanhom membri li huma persuni b’diżabilità, avolja ma jaqgħux taħt l-emendi fl-Att imsemmi aktar ’il fuq.
Leg 13 PQ #20645 Sitting 454 2021-04-28 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Minsiteru għall-Finanzi u x-Xogħol — rappreżentant tas-settur tad-diżabilità fil-kumitati, fora u bordijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20483 u jgħid kemm u liema huma l-kumitati, fora, bordijiet u forma oħra ta’ tmexxija li taqa’ taħt l-Ministeru u min hu jew hi r-rappreżentant tas-settur tad-diżabilità u lil min din l-persuna tirrappreżenta fuq dawn il-kumitati, fora, bordijiet eċċ?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor, Interpellant li l-bordijiet, li jirregolaw l-entitajiet governattivi indikati fl-emendi fl-Att VII tal-2015, attwalment kollha għandhom membru li hu/i persuna b’dizabilità, għajr wieħed. F’dan il-kaz, mhux isir uzu mill-pozizzjoni ta’ membru li zdiedet bl-emendi fil-Liġi sakemm tinstab persuna idonea li tkun tista’ tokkupa r-rwol. Inzid li l-Liġi msemmija ma tobbligax li l-membru b’dizabilità jkun fuq bord bħala “rapprezentant għall-persuni b’di¿abilità”, kif qed jindika l-istess interpellant. Ma’ dan irid jingħad ukoll li hemm għadd ta’ bordijiet, kumitati, fora u forom oħrajn ta’ tmexxija li għandhom fi ħdanhom membri li huma persuni b’dizabilità, avolja ma jaqgħux taħt l-emendi fl-Att imsemmi aktar ’il fuq.
Leg 13 PQ #20646 Sitting 454 2021-04-28 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — rappreżentant tas-settur tad-diżabilità fil-kumitati, fora u bordijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20478 u jgħid kemm u liema huma l-kumitati, fora, bordijiet u forma oħra ta’ tmexxija li taqa’ taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u min hu jew hi r-rappreżentant tas-settur tad-diżabilità u lil min din l-persuna tirrappreżenta fuq dawn il-kumitati, fora, bordijiet eċċ?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-bordijiet, li jirregolaw l-entitajiet governattivi indikati fl-emendi fl-Att VII tal-2015, attwalment kollha għandhom membru li hu/i persuna b’diżabilità, għajr wieħed. F’dan il-każ, mhux isir użu mill-pożizzjoni ta’ membru li żdiedet bl-emendi fil-Liġi sakemm tinstab persuna idonea li tkun tista’ tokkupa r-rwol. Inżid li l-Liġi msemmija ma tobbligax li l-membru b’diżabilità jkun fuq bord bħala “rappreżentant għall-persuni b’diżabilità”, kif qed jindika l-istess interpellant. Ma’ dan irid jingħad ukoll li hemm għadd ta’ bordijiet, kumitati, fora u forom oħrajn ta’ tmexxija li għandhom fi ħdanhom membri li huma persuni b’diżabilità, avolja ma jaqgħux taħt l-emendi fl-Att imsemmi aktar ’il fuq.

Ministeru għall-Ekonomija u l-Industrija — rappreżentant tas-settur tad-diżabilità fil-kumitati, fora u bordijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20479 u jgħid kemm u liema huma l-kumitati, fora, bordijiet u forma oħra ta’ tmexxija li taqa’ taħt l-Ministeru u min hu jew hi r-rappreżentant tas-settur tad-diżabilità u lil min din l-persuna tirrappreżenta fuq dawn il-kumitati, fora, bordijiet eċċ?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-bordijiet, li jirregolaw l-entitajiet governattivi indikati fl-emendi fl-Att VII tal-2015, attwalment kollha għandhom membru li hu/i persuna b’diżabilità, għajr wieħed. F’dan il-każ, mhux isir użu mill-pożizzjoni ta’ membru li żdiedet bl-emendi fil-Liġi sakemm tinstab persuna idonea li tkun tista’ tokkupa r-rwol. Inżid li l-Liġi msemmija ma tobbligax li l-membru b’diżabilità jkun fuq bord bħala “rappreżentant għall-persuni b’diżabilità”, kif qed jindika l-istess Interpellant. Ma’ dan irid jingħad ukoll li hemm għadd ta’ bordijiet, kumitati, fora u forom oħrajn ta’ tmexxija li għandhom fi ħdanhom membri li huma persuni b’diżabilità, avolja ma jaqgħux taħt l-emendi fl-Att imsemmi aktar ’il fuq.

Arbli tad-dawl — Postijiet rurali

Question

Tista’ l-Ministru tgħid, fl-aħħar tmien snin, f’liema postijiet rurali twaħħlu arbli tad-dawl (lighting poles) ġodda fejn qabel ma kinux installati? Kemm twaħħlu arbli b’kollox u kemm kilometri ġew koperti b’dawn il-lighting poles?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Raħal il-Ġdid – Triq li tgħaddi fi Pjazza Antoine De Paule

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 19980, jista’ l-Ministru jara li jintbagħat uffiċjal tal-Ministeru biex jassisti għax it-triq qiegħda tisfronda biċċa biċċa u trid terġa’ ssir mill-ġdid?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jitlob l-informazzjoni meħtiega lill-Ministeru kkonċernat.

Raħal Ġdid – Knisja ta’ Sant’Ubaldesca – irranġar taż-żona tal-madwar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk iż-żona ta’ madwar il-Knisja ta’ Sant’Ubaldesca f’Raħal Ġdid, it-toroq l-Arkati, Santa Ubaldesca it-Tramuntana, humiex ser jiġu rranġati?

Response (BORG, IAN)

Bit-twaqqif ta’ Infrastructure Malta t-titjib fl-infrastruttura ta’ pajjiżna jinsab fuq quddiem nett tal-ħidma ta’ dan il-Gvern. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq fil-pajjiż. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis. Infrastructure Malta qed twettaq ħafna proġetti biex ittejjeb is-sigurezza u s-sostenibilità tas-sistema tat-toroq ewlenin, toħloq infrastruttura ta’ kwalità u ambjent aħjar fit-toroq residenzjali f’kull lokalità u tibni mill-ġdid ukoll ħafna toroq sekondarji oħra, fosthom kilometri ta’ toroq rurali fil-kampanja. Dan l-investiment diġa qed iħalli l-frott mixtieq, b’diversi toroq residenzjali mibnija mill-ġdid u b’ħafna proġetti ta’ titjib fit-toroq ewlenin tas-sistema tat-trasport bl-art f’pajjiżna. Fil-ftit żmien kemm ilha li twaqqfet, Infrastructure Malta diġà bniet mill-ġdid u għamlet titjib f’aktar minn 500 triq. Matul l-2020 bniet mill-ġdid mal-155 triq residenzjali madwar Malta, jiġifieri medja ta’ tliet toroq kull ġimgħa. Bħal toroq oħrajn, it-toroq indikati jinsabu fil-pjanijiet ta’ Infrastructure Malta biex jinbnew mill-ġdid ukoll fiż-żmien li ġej. Apparti li Raħal Ġdid qed igwadi mill-proġetti multimiljunari li l-aġenzija wettqet fit-toroq arterjali partikolarment il-Marsa Junction Project u l-Mini ta’ Santa Luċija, bħala toroq residenzjali f’din il-lokalità diġà saru Triq Ġużeppi Agius, Triq iċ-Ċimterju, Triq il-Ġdida, Triq il-Prinċipessa Marija, Triq il-Qalb ta’ Ġesù, Triq il-Wied, Triq ix-Xewk, Triq Kordin, Triq M Moran u Triq Sammat, waqt li bħalissa qegħdin isiru wkoll xogħlijiet fi Triq is-Sorijiet u Triq Karl Chircop.