Public Broadcasting Services Ltd – frekwenzi tar-radju
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il frekwenza tar-radju għandu l-Public Broadcasting Services Ltd u kemm minnhom ma jintużawx? Xi pjanijiet hemm sabiex il-frekwenzi li ma jintużawx jibdew jintużaw fil-futur qarib?
Response (ABELA, CARMELO)
Il-Public Broadcasting Services Ltd għandha erba' (4) frekwenzi tar-Radju li jintużaw kollha.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma s-salarji u l-perkaċċi tal-Avukat Ġenerali?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant li s-salarju huwa skont kif inhu imniżżel fis-Suppliment tal-Gażżetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 20,553 tat-12 ta’ Jannar 2021.
Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali — Avukati u prokuraturi li telqu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ avukati u prokuraturi legali li telqu mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali sa mill-bidu tal-2020?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninfurma lill-Onor. Interpellant li mill-bidu tal-2020 sas- 6 t’April 2021, kien hemm 8 avukati li rreżenjaw iżda fl-istess perjodu ta’ min jinnota li ġew impjegati 19 avukati ġodda.
Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali – twaqqif tal-eżodu tal-professjonisti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’qed isir biex jitwaqqaf l-eżodu tal-professjonisti mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninfurma lil Onor. Interpellant li l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali ħadem matul is-snin biex itejjeb il-kundizzjonijiet tal-professjonisti li joperaw fi ħdanu. Fil-fatt bħalissa qed isiru negozjati dwar l-ewwel ftehim kollettiv bil-parteċipazzjoni tal-professjonisti ta’ dan l-uffiċċju.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li l-Gvern qed jirrifjuta li fin-negozjati li għaddejjin mal-Gvern dwar il-professjonisti fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, il-ftehim il-ġdid ikun b’seħħ minn Ottubru 2020, jiġifieri minn meta bdew jiġu implimentati r-riformi al-Kummissjoni Venezja kif qed titlob il-UHM?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Kif diġà rrimarkajt fit-tweġiba għall-PQ18470 tal-istess Onor. Interpellant, hi l-prassi li kull fejn ikun hemm ftehim kollettiv skadut, in-negozjati għal ftehim ġdid jesiġu li dan jibda jgħodd proprju minn meta jieqaf ta’ qablu u għaldaqstant qed naqblu li dan il-ftehim jibda jgħodd minn Ottubru 2020.
Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali u Uffiċċju tal-Avukat tal-Istat – Director for Corporate Services
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min hu d-Director for Corporate Services fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali u fl-Uffiċċju tal-Avukat tal-Istat? X’kienet ir-raġuni li l-istess persuna qed tokkupa dawn iż-żewġ karigi ta’ entitajiet distinti minn xulxin? Kemm hu s-salarju totali ta’ din il-persuna inkluż il-perkaċċi? Il-Kummissjoni Venezja taf b’dan l-arranġament?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li il Kap tal-Corporate Services fi ħdan l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali ilu jokkupa din il-po¿izzjoni mill-2010. Dan id-Direttur baqa jagħti għajnuna biex l-Uffiċċju tal-Avukat tal-Istat ikun jista jitmexxa b’mod idoneju u jsiru l-proċessi kollha meħtieġa biex dan l-uffiċċju jieħu l-istat indipendenti tiegħu. Dan il-proċess tlesta wara sena u fil-fatt ħarget sejħa għal Kap ta’ Corporate Services fi ħdan l-Uffiċċju tal- Avukat tal-Istat biex hekk iż-żewġ uffiċċini ikunu seperati hekk kif kienet irrakomandat il-Kummissjoni ta’ Venezja, tali proċess tal-għażla huwa wieħed li għaddej bħalissa.
Il-paga ta’ dan il-grad hija ta’ skala 4 tas-servizz pubbliku, 15% Disturbance allowance, 15% Performance bonus, expense allowance ta €4,000 u personal u car allowance ta’ €8,305. Tali pakkett ilu fis-seħħ mingħajr bidla minn Jannar tal-2013.
Tista’ l-Ministru tgħid x’kien l-ammont ta’ fuel (inkluż diesel) li ġie pprovdut lill-Uffiċċju tal-Presidenza tar-Repubblika, kull sena mill-2008 sal-2015, xahar b’xahar u kemm kien l-ammont imħallas għal kull xahar fil-perjodu msemmi?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li la l-Ministeru u lanqas l-entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilta tiegħi ma jkollu din it-tip ta’ informazzjoni.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew rinovati Blokok tal-Gvern bl-iskema tal-Komun? Jista’ jgħid kemm minn dawn il-blokok, id-dawl tal-komun inqaleb fuq l-inkwilini tal-istess blokka? Jista’ jgħid, jekk għadhom ma nqalbux, meta hemm il-ħsieb li jinqalbu kollha?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninsab infurmat illi bejn is-sena 2011 u s-sena 2020 l-Awtorità irrenovat ċirca ta’ 70 blokka fis-sena taħt l-iskema ta' manutenzjoni fil-komun tal-blokok tal-Gvern.
Dwar li l-kont tad-dawl tal-komun jiġi trasferit fuq ir-residenti din mhux il-prassi tal-Awtorità tad-Djar.
Numru 145 – telefonati għall-appuntamenti għat-tilqim tal-COVID
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il telefonata fuq in-numru 145 saret biex isiru appuntamenti għat-tilqim tal-COVID? X’forma ta’ taħriġ jingħata?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi mill-15 ta’ Marzu ta’ din is-sena sal 21- t’April saru 107,042 telefonata fuq in-numru 145. Ninfurmah ukoll illi jsir taħriġ b’mod regolari lill-aġenti mill-Infection Control Unit ta’ Mater Dei. Dan it-taħriġ jikkonsisti minn informazzjoni dwar it-tipi differenti tal-vaċċin, kif ukoll fuq il-proċessi tal-applikazzjoni.
Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – servizz/għajnuna mid-Dipartiment tal-Edukazzjoni
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' servizz/għajnuna qed jagħti d-Dipartiment tal-Edukazzjoni lill-Faċilità Korrettiva ta' Kordin? Kemm hemm għalliema jgħallmu?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li d-Direttorat għar-Riċerka, Tagħlim tul il-Ħajja u l-Impjegabiltà joffri s-servizzi tiegħu ta’ Tagħlim tul il-Ħajja b’kollaborazzjoni mal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin lir-residenti t’hemmhekk. Bħalissa, in-numru ta’ għalliema impjegati biex jgħallmu fil-Faċilità huwa ta’ sitta.
Ministeru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal — position of trust – persuni mlaqqma
Question
Jista’ l-Ministru jgħid, sal-15 ta’ Marzu kemm ġew imlaqqma persuni li jokkupaw Position of Trust fil-Ministeru tiegħu jew f’xi entità li taqa’ taħt il-Ministeru tiegħu? Jista’ jgħid x’inhi l-età ta’ dawn il-persuni?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, minbarra li dak li qed jitlob jikkostitwixxi tagħrif personali, dawk il-ħaddiema taħt il-Ministeru li huma meqjusin bħala frontliners ġew imlaqqmin parti minn proċess nazzjonali skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-awtoritajiet tas-saħħa.
Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar — position of trust – persuni mlaqqma
Question
Jista’ l-Ministru jgħid, sal-15 ta’ Marzu kemm ġew imlaqqma persuni li jokkupaw Position of Trust fil-Ministeru tiegħu jew f’xi entità li taqa’ taħt il-Ministeru tiegħu? Jista’ jgħid x’inhi l-età ta’ dawn il-persuni?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, minbarra li dak li qed jitlob hu jikkostitwixxi għal tagħrif personali, il-Ministeru m’għamilx rakkomandazzjonijiet biex jitlaqqmu xi ħaddiema minn tiegħu.
Ministeru għall-Anzjani u l-Anzjanità Attiva — position of trust – persuni mlaqqma
Question
Jista’ l-Ministru jgħid, sal-15 ta’ Marzu kemm ġew imlaqqma persuni li jokkupaw Position of Trust fil-Ministeru tiegħu jew f’xi entità li taqa’ taħt il-Ministeru tiegħu? Jista’ jgħid x’inhi l-età ta’ dawn il-persuni?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, minbarra li dak li qed jitlob hu jikkostitwixxi għal tagħrif personali, dawk il-ħaddiema taħt il-Ministeru li huma meqjusin bħala frontliners ġew imlaqqmin parti minn proċess nazzjonali skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-awtoritajiet tas-saħħa.
Ministeru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja — position of trust – persuni mlaqqma
Question
Tista’ l-Ministru tgħid, sal-15 ta’ Marzu kemm ġew imlaqqma persuni li jokkupaw Position of Trust fil-Ministeru tagħa jew f’xi entità li taqa’ taħt il-Ministeru tagħha? Tista’ tgħid x’inhi l-età ta’ dawn il-persuni?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minbarra li dak li qed jitlob jikkostitwixxi għal tagħrif personali, dawk il-ħaddiema taħt il-Ministeru li huma meqjusin bħala frontliners ġew imlaqqmin bħala parti minn proċess nazzjonali skond ir-rakkomandazzjonijiet tal-Awtoritajiet tas-Saħħa.
Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa — position of trust – persuni mlaqqma
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid, sal-15 ta’ Marzu kemm ġew imlaqqma persuni li jokkupaw Position of Trust fil-Ministeru tiegħu jew f’xi entità li taqa’ taħt il-Ministeru tiegħu? Jista’ jgħid x’inhi l-età ta’ dawn il-persuni?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20169 filwaqt li ninfurmah li sal-bieraħ is-27 t’ April 2021 ngħataw 323,324 do¿i tal-vaċċin kontra l-Covid-19 u li proċess tat-tilqim kontra l-Covid-19 għadu għaddej u wkoll miexi b’ritmu mgħaġġel.
Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali — position of trust – persuni mlaqqma
Question
Jista’ l-Ministru jgħid, sal-15 ta’ Marzu kemm ġew imlaqqma persuni li jokkupaw Position of Trust fil-Ministeru tiegħu jew f’xi entità li taqa’ taħt il-Ministeru tiegħu? Jista’ jgħid x’inhi l-età ta’ dawn il-persuni?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, minbarra li dak li qed jitlob hu jikkostitwixxi għal tagħrif personali, il-Ministeru m’għamilx rakkomandazzjonijiet biex jitlaqqmu xi ħaddiema minn tiegħu.
Ministeru għal Għawdex – Intervention Unit — promotions
Question
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 18389 li ngħatat fit-2 ta' Frar 2021, jista’ l-Ministru jgħid jekk żdiedux ħaddiema ġodda fis-sezzjoni tal-Intervention Unit fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex u jekk iva, xi grad huma dawn il-ħaddiema u kemm ilhom jaħdmu mas-Servizz Pubbliku? Jista’ jgħid kemm hu t-total ta' ħaddiema f'din is-sezzjoni u għal kull wieħed u waħda mill-ħaddiema li jaħdmu ma’ din is-sezzjoni, jista’ jgħid ukoll kemm ilhom jaħdmu mas-Servizz Pubbliku u xi grad huma, kif ukoll jgħid fiex tikkonsisti l-ispeċjalizzazzjoni min għandu l-promozzjoni ta' tradesman?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-preżent in-numru ta’ impjegati fl-Intervention Unit huwa dak ta’ 16. Il-ħaddiem li ġie deployed fil-Unit dan l-aħħar ilu jaqdi dmirijietu fil-grad ta’ Tradesman għal dawn l-aħħar erba’ snin. Is-snin ta’ servizz tal-bqija tal-ħaddiema li lkoll huma mpjegati mas-Servizz Pubbliku, jvarja minn 40 sena għal 4 snin. Il-gradi huma Chief Scientific Officer, Senior Principal, Customer Care Official, Supervisors, Tradesmen u Labourers. Il-promozzjonijet fil-grad ta’ Tradesman huma plumbers, mechanic, welder u stone mason.