Jista’ l-Ministru ġentilment jara li d-Distrett tal-għassa ta’ Ħal Qormi ma jibqgħux b’karozza tal-pulizija nieqsa biex ikunu jistgħu jlaħħqu mad-domanda tax-xogħol kbir li għandhom, b’mod effiċjenti?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi l-vettura tal-pulizija tal-għassa ta’ Ħal Qormi li tinsab nieqsa minħabba ħsarat, ġiet temporanjament sostitwita b’vettura oħra sakemm it-tiswijiet jitlestew.
B’referenza għall-artiklu ta’ Lovin Malta, li qed jingħata separatament, jista’ l-Ministru jgħid x’qed tagħmel l-Awtorità tal-Kostruzzjoni u awtoritajiet oħra biex jassiguraw li ma jiġrix inċident ieħor bħal dak li ħasad il-ħajja tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?
Response (FARRUGIA, AARON)
Jien infurmat li l-Awtorita’ għall-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) ħadet kull miżura li tippermettilha l-Liġi biex ikun dejjem assigurat li d-Drittijiet ta’ Terzi jkunu mħarsa. Infurmat ukoll li l-BCA kienet f'kuntatt dirett mal-familja Montebello.
Jista’ l-Ministru jgħid f'kemm hemm dokumenti fil-kollezzjoni magħrufa bħala Ġuljana Letard-Ciantar? Jista’ jindika jekk sarx inventarju sħiħ tagħhom u jekk għandhomx restawr? Jista’ jindika wkoll jekk id-dokumenti humiex għad-dispożizzjoni tal-pubbliku?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li l-kollezzjoni Ġuljana Letard-Ciantar tikkonsisti f’1009 volum kif ukoll ammont ta’ dokumenti sfużi. Bħal f’kull każ ta’ kollezzjoni li tasal fl-Arkivji Nazzjonali, din il-wasla tiskatta diversi proċessi arkivistiċi. Dawn jikkonsistu f’tindif preliminari, katalogar, konservazzjoni professjonali jekk ikun hemm bżonn, diġitaliżazzjoni jekk ikun hemm bżonn u finalment ftuħ għal pubbliku. F’dan il-każ ġew assenjati żewġ arkivisti professjonali li ħadmu fuq din il-kollezzjoni. Tlesta l-katalgu preliminari u bħalissa qed tiddaħħal din l-informazzjoni f’katalgu elettroniku. Il-kollezzjoni għada mhux miftuħa għal pubbliku, iżda hu maħsub li dan isir sal-aħħar ta’ din is-sena.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarx inventarju u elenku sħiħ tal-kollezzjoni tar-ritratti magħrufa bħala "Karmenu Fava Collection? Jista’ jinforma jekk din hiex aċċessibbli għall-pubbliku?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li l-Arkivji Nazzjonali bħalissa għaddejjin bix-xogħol fuq il-katalgu tal-Kollezzjoni Ray Fava, li hi waħda estensiva u li tikkonsisti f’albums, ritratti, kif ukoll eluf ta’ ritratti fuq format ta’ negattivi f’rollijiet. Il-kollezzjoni ser tkun aċċessibbli għall-pubbliku hekk kif ikun lest il-katalgu.
Jista’ l-Ministru jara li l-mixja tul San Ġiljan u Tas-Sliema jsir tindif kemm fuq l-art kif ukoll fuq il-baħar, peress li tinsab maħmuġa?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-promenade minn San Ġiljan sa’ Tas-Sliema titnaddaf kuljum. It-tindif isir kemm fuq il-bajjiet kif ukoll tul il-promenade. It-tindif u tbattil ta’ kontenituri tal-skart tul il-promenade isir 3 darbiet kuljum. Ta’ min wiehed jinnota t-tibdil fil-logistika tal-ġbir tal-iskart f’dawn l-aħħar ġimgħat u għaldaqstant, qed isiru sforzi sabiex is-sistema ta’ ġbir tigi aġġornata wkoll għal dawn iċ-ċirkostanzi ġodda.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm familji f’Malta u f’Għawdex li jagħmlu użu mis-servizzi taċ-Childcare Centres? Kemm hemm tfal jattendu fiċ-Childcare Centres? Kemm minn dawn it-tfal għandhom sena jew inqas u kemm għandhom minn sena sa tliet snin?
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 20725 u tgħid kemm-il darba kien hemm down time fil-powerstation tal-Electrogas u tas-Shangai Electric mill-ġurnata li fiha bdiet topera l-Electrogas?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-pjanijiet tax-Shore to Ship fejn għandha x’taqsam it-Tarzna?
Response (BORG, IAN)
Qabel xejn, qiegħed jiġi mifhum li bit-terminu “Tarzna”, l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għal Palumbo Shipyard.
Ninsab infurmat li Infrastucture Malta ghaddejja bl-istudji sabiex tiddetermina l-bżonnijiet li hemm u l-fattibilità għal Onshore Power Supply f’din it-tarzna.
Dan għaliex infrastruttura bħal din tirrikjedi investiment kbir u l-fatt illi hija mmexxija minn operatur privat, wieħed irid ukoll jikkunsidra l-mekkaniżmu adattat għal fondi neċessarju u għall-irkupru tal-ispejjeż.
Il-Gvern huwa konxju mit-tħassib u mill-ilmenti tar-residenti li joqogħdu fil-viċin minħabba l-emissjonijiet minn bastimenti kbar u huwa kommess li jindirizzahom.
Jista’ l-Ministru jgħid x’azzjoni ħadet l-Awtorità tal-Ippjanar, sabiex rapporti li saru fuq proprjetà li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, li hija proprjetà mitluqa, tista’ toħloq problemi? Jista’ jgħid x’azzjoni se tittieħed mill-Awtorità tal-Ippjanar sabiex dan il-periklu ta’ proprjetà bħal din li hija mitluqa, se jitneħħa?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lilll-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta se jasal iż-żmien li fih pazjenti/persuni fi sptarijiet bħalma hi San Vinċenz de Paule, u residenti fi djar tal-anzjani jkunu jistgħu joħorġu barra għal arja, u mhux jibqgħu magħluqa?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant illi t-tneħħija ta' mizuri fid-djar għall-anzjani huma kkoordinati flimkien mal-Ministeru għal Anzjani u Anzjanità Attiva,
skont is-sitwazzjoni epidemjoloġika.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw sentenzi mill-Bord tal-Kera f'Malta u Għawdex fl-2019 u fl-2020? Kemm minnhom kienu kawżi li saru skont l-artiklu 12B tal-Ordinanza li Tneħħi l-Kontroll tad-Djar, Kap. 158?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
In-numru ta’ sentenzi moghtija mill-Bord li Jirregola l-Kera f’Malta u Ghawdex fl-2019 u 2020 kien kif indikat fit-tabella t’hawn taht:
Bord li jirregola l-Kera
2019
2020
Malta
127
125
Ghawdex
3
7
Ma tinzammx statistika dwar il-kawzi li jsiru skont l-Ordinanza li Tnehhi l-Kontroll tad-Djar.
Operaturi ta’ minibuses i dgħajjes għall-użu ta’ skop turistiku – eżenzjoni mill-ħlas tal-liċenzji
Question
Jista' l-Ministru jispjega għaliex Transport Malta ma eżentatx l-operaturi ta' minibuses u dgħajjes li jintużaw għal skop turistiku mill-ħlas tal-liċenzji tagħhom matul il-perjodu tal-pandemija?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Tista' l-Ministru tgħid jekk il-Fibre Optic Cable il-ġdid bediex jopera u jekk iva, kemm qiegħda tintuża mill-kapaċità tagħha?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Fibre Optic Cable il-ġdid qed jopera. L-operaturi tas-servizz ġew allokati l-fibri neċessarji permezz ta’ fibre lease agreements sabiex ikunu jistgħu jagħtu l-aħjar servizz possibli lill-klijenti tagħhom. Il-volum ta’ traffiku ta’ kull operator hija informazzjoni kummerċjalment sensittiva. Il-cable kien iddisinjat għall-ħtiġijiet preżenti u futuri tal-kommunikazzjoni għal Għawdex skond l-istudji li saru qabel ma tnieda l-proġett.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intefqu fondi ewropej mill-Ministeru tiegħu sena b'sena mill-2013 'l hawn u f'kemm il-proġett? Kemm intefqu minnhom f'Għawdex, sena b'sena?